Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 01 ta' April 2018 18 L -elezzjoni fl-Italja issa ilha erba' ġimgħat li saret imma s'issa għadu ħadd ma jaf min ser jispiċċa jiggvernaha. Is- sitwazzjoni għadha inċerta għal aħħar u m'hemmx illi ċ-ċpar tar-riżultat elettorali jisparixxi. Kif kulħadd jaf, ir-riżultat elettorali kkonferma t-tendenza riċenti illi l-elettorat jinqasam bejn tliet skjeramenti: dak taċ-ċentru lemin, taċ-ċentru xellug u l-Moviment 5 Stelle li la tista' tgħid li hu lemin u l-anqas xellug. Mhux għax spiss bejn il-lemin u x-xellug hemm differenzi kbar: bosta politiċi għandhom ħabta jaqilbu min- naħa għal oħra mingħajr wisq problemi. Faċli tgħid min kienu r-rebbieħa u t-telliefa ta' din l-elezzjoni: rebħu Luigi Di Maio, il-kandidat għal Prim Ministru taċ-5 Stelle u Matteo Salvini, il-kap abrasiv tal-Lega. Mill-banda l-oħra, tilfu Matteo Renzi tal-partit Demokratiku, Silvio Berlusconi ta' Forza Italia u l-iskjerament il-ġdid xellugi ta' LiberieUguali mmexxi mill-president tas-Senat, Pietro Grasso. Minn dan faċli tinduna kemm ir-riżultat elettorali kien verament terremot fil-panorama politiku tal-pajjiż. Il-PD, eredi tal-partiti l-kbar tal-ewwel repubblika, id-Demokrazija Kristjana u l-Partit Kommunista li bejniethom kien ikollhom żewġ terzi tal-elettorat warajhom spiċċa b'anqas minn 19% tal-voti. Fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew ta' erba' snin ilu ġab 41%. Bosta mill-esponenti prinċipali tiegħu, fosthom diversi ministri, tilfu l-isfidi fil-kulleġġi uninominali. Dawn huma madwar terz tas-siġġijiet tal-Kamra tad-Deputati bis-sistema l-ġdida elettorali mlaqqma r-Rosatellum, hekk imsejħa wara dak li kien il-kap tal-PD fil-Kamra, Ettore Rosato. Is-Segretarju tal-PD, Matteo Renzi dlonk irriżenja. Ir- rispettatissima Emma Bonino tar-Radikali ma rnexxielhiex taqbeż it-3% bil- lista pro-ewropeista tagħha li kienet alleata mal-PD fl-elezzjoni tal-Kamra imma l-voti li ġabet ma ntilfux għax intgħaddu ma tal-PD. Irnexxielha madankollu ttella' tlett deputati fil-kulleġġi uninominali u senatur fejn taħdem sistema elettorali differenti. Ix-xiżma tax-xellug li ħarġet mill-PD mmexxija minn Grasso u li fiha kien hemm politiċi anzjani bħal Pier Luigi Bersani u Massimo D'Alema ġabet riżultat ferm deludenti b'anqas minn 4% tal-voti. D'Alema, l-unika Prim Ministru Taljan li qatt kien jimmilita fil-Partit Komunista u illi ġieli kien imqabbel ma' Palmiro Togliatti għall- makkakerija tiegħu, ġab ftit mijiet ta' voti fil-Puglia tiegħu. Il-Moviment 5 Stelle ttrijonfa b'33% tal-voti mentri fl-iskjerament taċ-ċentru lemin kien hemm terremot li għalkemm mhux totalment mhux mistenni, hu ċertament storiku. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-hekk imsejħa Tieni Repubblika Taljana (il-perjodu wara Mani Pulite li qerdet il-partiti li kienu protagonisti tal-ħajja politika Taljana minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija) Silvio Berlusconi ma baqax imexxi l-partit prinċipali tal- koalizzjoni taċ-ċentru lemin. Il-Lega kellha riżultat spettakulari u b'żieda fil-voti tagħha minn 4% fl-2013 għal 17% uqabżet Forza Italia ta' Berlusconi illi ġabet 14%. B'hekk, issa hu Matteo Salviniilli qiegħed imexxi l-koalizzjoni taċ-ċentru lemin u m'hux aktar l-ex kavalier Berlusconi. Dan hu riżultat tassew eċċezzjonali meta wieħed jiftakar illiSalvini laħaq segretarju meta l-Lega Nord kienet fi kriżi serja wara li sar magħruf illi l-fundatur tagħha, Umberto Bossi, membri tal-familja tiegħu u uffiċjali għolja tagħha kienu misappropjaw flejjes kbar mill-fondi tal-partit. Madankollu, il-Lega baqgħet forza qawwija fit-Tramuntana tal-Italja fejn issa ilha tmexxi b'kompetenza żewġ reġjuni sinjuri, il-Lombardija u l-Veneto li bejniethom jipproduċu 30% tal-PGD Taljan. Is-suċċess ta' Salvini hu dovut għall-fatt li rnexxielu jiġbor voti mill-Italja kollha, anke mill-Kalabrija u Sqallija. Ma baqgħetx Lega Nord u rrikalibrat il-messaġġ tagħha minn wieħed anti- meridjonalista għal wieħed predominatament kontra l-immigranti. Wieħed jista' jara s-suċċess tal-Lega bl-elezzjoni fi Sqallija tal- avukata penalista brillanti Palermitana, Giulia Bongiorno. Bongiorno kienet iddefendiet lil Andreotti fil- proċessi kriminali li kellha u kienet waħda mill-fedellisimi ta' Giancarlo Fini meta dan kisirha ma' Berlusconi li tiegħu kienet xewka kbira . Il-Lega sfruttat bil-kbir ir- risentiment li bosta Taljani għandhom lejn l-immigranti llegali illi qed jidħlu fil- pajjiż minkejja illi f 'dawn l-aħħar snin,il-ministru tal-Intern, Marco Minniti rnexxielu jillimita sew in- numru tagħhom. Inċident gravi f 'Macerata fil-Marche kompla jsaħħaħ il-Lega meta militanti tal-Lega spara u fera bosta suwed wara illi tfajla Taljana inqatlet f 'dak li kien hemm min ħaseb ħażin kien qtil ritwali Afrikan . Il-Lega hu partit ewroxettiku li spiss jikkritika l-ewro u l-awsterità mposta mit-trattati Ewropej għalkemm ma' jridx illi l-Italja toħroġ mill-U.E. Il-Lega, flimkien mal-partiti l-oħra tal-koalizzjoni taċ- ċentru lemin, qed jipproponu l-introduzzjoni ta' flat tax fuq id-dħul, jiġifieri illi kulħadd jiġi ntaxxat bl-istess rata rrispettivament mid-dħul tiegħu. Kważi l-osservaturi mparzjali kollha jemmnu illi din il-miżura hi mprattikabbli minħabba n-nuqqas ta' dħul illi l-istat ser ikollu. Il-partit anti-establishment l-ieħor, il-Moviment 5 Stelle kellu suċċess kbir fil-partijiet meridjonali tal-pajjiż tant illi fi Sqallija tilef senatur għax ma kellux biżżejjed kandidati. Jekk wieħed jara r-reġjuni fejn ittrijonfa, wieħed ikun qed iħares lejn il-mappa tar-Renju borboniku taż-Żewġ Sqalliji. Dan hu territorju b'ekonomija depressa, fejn jeżisti ħafna faqar u fejn n-nies jiddependu ħafna fuq l-assistenzjaliżmu statali. Il-Grillini wegħdu illi jiggarantixxu dħul minimu lil kulħadd. Anke hawnekk kull min hu f 'sensieh jaqbel illi l-Italja li għandha dejn pubbliku ekwivalenti għal 130% tal-Prodott Gross Domestiku ma tiflaħx għal tali miżura. Imma din il-proposta rebħet ħafna voti u l-għada tal-elezzjoni kien hemm min mar japplika għal din l-għajnuna! Ir-riżultat elettorali ma jippermettix illi xi skjerament jiggverna waħdu u biex tiggverna bilfors irid ikun hemm alleanza bejn min sa ftit ilu kien qatta' bla ħabel kontra xulxin. Il-manuvrar beda mill-ewwel għall- ħatra tal-Presidenti tal- kmamar. Instab kunsens illi l-president tal-Kamra jkun mill-Moviment 5 Stelle mentri dak tas-Senat ikun minn fost is-Senaturi ta' Forza Italia. Il-ħsieb ta' Salvini kien illi b'hekk, hu jkun jista' jilħaq Prim Ministru bl-appoġġ, estern jew mhux, taċ-5 Stelle. Imma f 'dan il-manuvrar mill-ewwel deher kemm l-affarijiet inbidlu. Wara rewwixta fost il-bażi taċ- 5Stelle, DiMaio ddikjara illi ma riedx jiddiskuti ma' Berlusconi illi hu interdett mill-karigi pubbliċi kien nstab ħati ta' evażjoni fiskali. Iċ-5 Stelle oġġezzjonaw ukoll għan-nomina ta' president tas-Senat ta' Paolo Romano li fil-passat kien jipproduċi l-programm Colpo Grosso imma mhux minħabba hekk imma għax kien instab ħati li misappropja fondi pubbliċi. Berlusconi webbes rasu imma dlonk deher ċar li m'għadux jikkmanda hu. Il-Lega vvutat għas-senatriċi Bernini minn Forza Italia imma Berlusconi ġagħalha tirtira u ddikjara illi kien ġest ostili mill-alleat tiegħu. Il-biża' ta' Berlusconi hu illi Salvini u DiMaio jalleajaw ruħhom u jaqtgħuh barra mil-logħba. Wara lejl ta' laqgħat imqallbin, is-Sibt tal-ġimgħa l-oħra, Roberto Fico tat- tradizzjonalisti 5Stellini li għandu tendenzi xellugin nħatar President tal-Kamra mentri għas-Senat laħqet il- figura mhux wisq magħrufa imma Berlusconjana D.O.C. ta' Maria Elisabetta Alberti Casellati illi hija qrib l-avukat ta' fiduċja ta' Berlusconi, Pietro Ghedin. Imma matul il-ġimgħa deher illi Matteo Salvini għadu fit- telgħa sabiex jifforma gvern bl-appoġġ taċ-5Stelle. Luigi Di Maio qed jinsisti illi hu jrid jilħaq Prim Ministru u għalkemm, il-PD ta' Renzi qed jagħlaq il-bibien taċ-5Stelle għall-alleanza bejniethom u qed jiddikjara illi jrid joqgħod fl-oppożizzjoni, huma bosta fil-PD li qed jagħfsu għal ripensament. Sabiex Salvini jkollu l-appoġġ taċ-5Stelle irid jissupera l-fatt illi l-programmi taċ- ċentru lemin u ċ-5Stelle huma spiss irrikonċiljabbli, u speċjalment fejn tidħol il-Lega. Madankollu, Salvini din il-ġimgħa stqarr illi hu favur id-dħul uniku għaċ- ċittadini sakemm tkun għal perjodu fiss, ħaġa li żgur mhux ser togħġob lill-bażi tiegħu. It-tieni problema hi illi ċ-5Stelle ma jridux jinnegozjaw ma' Berlusconi. Kollox issa jiddependi fuq il- mossa tal-President Mattarella li ser jibda jikkonsulta l-partiti nhar l-Erbgħa. F'dan l-istadju, kollox għadu fl-arja, anke elezzjoni bikrija fil-qrib. Li hu ċar hu illi wara snin twal ta' stanjazzjoni ekonomika, minkejja illi l-ekonomija stejqret ftit f 'dawn l-aħħar snin u l-qagħad nieżel, l-elezzjoni ta' ftit ġimgħat ilu ser iġġib bidla ġenerazzjonali ferm meħtieġa fit-tmexxija tal- Italja. Nieżel is-siparju fuq l-era ta' Berlusconi u ta' Bersani u bosta oħrajn u issa t-tmun tal-pajjiż ser jaqa' f 'idejn aktar żagħżugħa. Hu tassew ironiku illi Renzi li pprova jirriġenera l-klassi ta' tmexxija, spiċċa wkoll fuq l-artal tas-sagrifiċċju. Imma l-ħajja hija mimlija ironiji : Renzi issa laħaq senatur imma kieku għaddiet tiegħu fir- referendum kostituzzjonali ta' Diċembru 2016, kien jispiċċa bla xogħol. Il-ġimgħat li ġejin ser ikunu kruċjali għal dik li hi r-raba' l-akbar ekonomija tal-UE. 18 JOE ELLIS Opinjoni Li hu ċar hu illi wara snin twal ta' stanjazzjoni ekonomika, minkejja illi l-ekonomija stejqret ftit f 'dawn l-aħħar snin u l-qagħad nieżel, l-elezzjoni ta' ftit ġimgħat ilu ser iġġib bidla ġenerazzjonali ferm meħtieġa fit-tmexxija tal-Italja Kollox fl-Arja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018