Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 01 ta' April 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum Barbera, Mitchinson u Pauls rebbieħa tal-24 edizzjoni tat-Tour ta' Malta L24 Edizzjoni ta' The Cyclist Tour ta' Malta kellha tiġi fi tmiem tagħha fuq iċ-ċirkwit fil-By-Pass ta' San Pawl il-Baħar iżda minħabba maltemp qawwi dan l-istadju kellu jitħassar biex fuq kollox titħares is-sigurtà tal-istess ċiklisti. Għaldaqstant kienu ddikjarati uffiċjalment bħala rebbieħa dawk li kienu l-aħjar fil-klassifiċi ġenerali fi tmiem it-tielet stadju. B'hekk fil- Kategorija Elite kien iddikjarat bħala rebbieħ tal-24 Edizzjoni ta' The Cyclist Tour ta' Malta 2018Baldassare Barbera (Team Grasso Villanti Spagnolo) b'ħin ta' 4:19:37.23. Fit-tieni post spiċċa Will Corden (Velo Runner) b'ħin ta' 4:26:37.42, filwaqt li fit-tielet pozizjoni spiċċa Josh Housley (TBW Bottecchia Wigmore RT) b'ħin ta'4:28:03.80. Christian Formosa ta' The Cyclistspiċċa bħala l-aħjar Malti b'ħin 4:29:56.70. Huwa kien segwit minn Alexander Pettett ta' Pro Action Volata Cycling Team b'ħin ta' 4:30:34.07 filwaqt li fit-tielet post spiċċa Maurice Formosa ta' The Cyclist b'ħin ta' 4:30:51.33. Fil-Kategorija tal-Masters kien iddikjarat rebbieħ Dave Mitchinson ta' Contour Cycles RT b'ħin ta' 3:06:09.16. Fit- tieni pożizjoni spiċċa Andrew Hicklin ta' Peak Road Club b'ħin ta' 3:06:25.52, mentri fit-tielet pożizjoni kklassifika Filippo Porpora tat-Team Grasso Villanti Spagnolo b'ħin ta' 3:06:26.54. Bħala l-aħjar Malti fil- kategorija tal-Masters spiċċa Michael Camilleri ta' Pro Action Volata Cycling Team b'hin ta' 3:06:45.05. Fit-tieni post spiċċaFabio Spiteri ta' Mosta AF Sign Studio Cycling Clubb'ħin ta' 3:07:10.78u Ivan Zammit ta' Birkirkara St Joseph spiċċa it-tielet b'ħin ta' 3:08:00.40. Fil-Kategorija tan-Nisa, Mathilde Pauls tat-TW 1 Racing spiċċat dikjarata rebbieħa b'ħin ta' 3:17:31.78. Fit-tieni pożizjoni spiċċat Marie Claire Aquilina (Team Greens) b'ħin ta' 3:18:37.17, distakk ta' 1:05.39u fit-tielet post spiċċat Gabriella Nordin (TW 1 Racing) b'ħin ta' 3:19:48.90. Bħala l-aħjar Mara Maltija spiċċat Marie Claire Aquilina (Team Greens) b'ħin ta' 3:18:37.17. Fit-tieni post spiċċatHannah Pace Mosta AF Sign Studio Cycling Club b'ħin ta'3:23:05.67 u t-tielet spiċċat Michelle Vella Wood Team Greens b'ħin ta' 3:26:05.54. Il-Kumitat Organiżżattiv tat-Tour jixtieq jirringrazza lil diversi sponsors fosthomlil The Cyclist l-isponsor prinċipali tat-Tour, lil Ministeru għat-Turiżmu, Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, lis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Ministeru għat- Trasport u l-Infrastruttura, Sport Malta, Kumitat Olimpiku Malti, Kunsilli Lokali tal-Mtarfa, Mġarr, Ħaż-Żebbuġ u San Pawl il- Bahar, General Soft Drinks, BBB Cycling, Garmin, kif ukoll lil Korp tal-Pulizija, Gwardjani Lokali, ARRTS Timing System, Soreda Hotel u l-Palazzin Hotel. Ħajr speċjali lil klabbs u ċ-ċiklisti kollha parteċipi, kif ukoll lill- voluntiera kollha tal-għajnuna tagħhom. Huma rringrazzjaw ukoll lill-pubbliku inġenerali tal-koperazzjoni murija biex kollox mexa kif mixtieq fejn bla dubju is-suċċess ta' dan it- Tour kien wieħed totali li kien imfaħħar minn dawk kollha li pparteċipaw. Fi tmiem dan it-Tour saret il-premjazzjoni lir-rebbieħa minn Jack Sciavone ta' The Cyclist fejn anke l-President tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, John Zammit ippreżenta l-Merit Awards lil Stephanie Degiorgio fin- nuqqas ta' missierha Mario Melili kien indispost, kif ukoll lil Daniel Borg Olivier għas- sehem tagħhom fid-diversi edizzjonijiet tal-istess Tour. It-tliet rebbieħa - Pauls, Barbera u Mitchinson Rebħiet importanti għal Liverpool, Manchester United, Inter u Lazio minn Cristian Antony Muscat LIVERPOOL kisbu rebħa tajba ta' 2-1 barra minn darhom kontra Crystal Palace. Kien Luka Milivojevic li fetaħ l-iskor għal Crystal Palace minn penalty wara 13-il minuta iżda Sadio Mane ġab l-iskor indaqs fid- 49 minuta. Kellu jkun l-Eġizzjan Mohamed Salah li skorja l-gowl tar-rebħa għar-Reds fl-84 minuta. Manchester United kisbu rebħa importanti ta' 2-0 f 'Old Trafford kontra Swansea City. Kien l-attakkant Belġjan Romelu Lukaku li fetaħ l-iskor għar- Red Devils wara biss ħames minuti waqt li l-attakkant miċ-Ċili, Alexis Sanchez, irdoppja l-iskor biex issiġilla r-rebħa għalihom fl-20 minuta. Mill-istess Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra, Leicester City kisbu rebħa ta' 2-0 barra minn darhom kontra Brighton & Hove Albion, waqt li Newcastle United irreġistraw rebħa minima ta' 1-0 ġewwa darhom f 'St James Park kontra Huddersfield Town. Watford u AFC Bournemouth temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2, waqt li Burnley barra minn darhom għelbu lil West Brom bl-iskor ta' 2-1. Dan sabiex West Ham United ġewwa darhom għelbu lil Southampton bl-iskor konvinċenti ta' 3-0. Intant mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Roma barra minn darhom sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 1-1 minn Bologna. Inter f 'darhom fi Stadio San Siro kkonvinċew bis- sħiħ u għelbu lil Verona bl-iskor ta' 3-0. Lazio ukoll ġewwa darhom umiljaw lil Benevento meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 6-2. Dan sabiex Fiorentina f 'darhom irreġsitraw rebħa ta' 2-0 kontra Crotone. Atalanta ukoll ġewwa darhom kisbu rebħa identika ta' 2-0 meta għelbu lil Udinese, waqt li Torino barra minn darhom kisbu rebħa importanti ta' 4-0 kontra Cagliari. Il- konfront bejn Genoa u Spal intemm fi draw ta' 1-1. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 31 ta' Marzu Crystal Palace vs Liverpool 1-2 Brighton & Hove Albion vs Leicester City 0-2 Manchester United vs Swansea City 2-0 Newcastle United vs Huddersfield Town 1-0 Watford vs AFC Bournemouth 2-2 West Bromwich Albion vs Burnley 1-2 West Ham United vs Southampton 3-0 FIXTURES Il-Ħadd 1 t'April 14:30 Arsenal vs Stoke City 17:00 Chelsea vs Tottenham H. Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 31 ta' Marzu Bologna vs Roma 1-1 Atalanta vs Udinese 2-0 Cagliari vs Torino 0-0 Fiorentina vs Crotone 0-4 Genoa vs SPAL 2013 1-1 Inter vs Hellas Verona 3-0 Lazio vs Benevento 6-2 Plejers ta' Inter ji rħu wara wieħed mit-tliet gowls kontra Verona

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018