Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 01 ta' April 2018 Sports 26 Wara l-ewwel GP -Awstralja... X'għandna nistennew minn dan l-istaġun tal-F1? Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ġie organizzat l-ewwel GP tal-istaġun 2018 u li ntrebaħ minn Sebastian Vettel ta' Ferrari, f 'dan l-ar- tiklu ppreparat mill-espert tal-F1 u tal-awto-mobiliżmu f 'pajjiżna Pierre Vella, se nkunu qed nagħtu ħarsa dettaljata lejn x'għandna nisten- new minn dan l-istaġun li għandu jirriżulta bħala wieħed tassew emozzjonanti għad-dilettanti kollha ta' dan l-isport awto-mobilistiku. MERCEDES - Lewis Hamilton u Valtteri Bottas Bla dubju dan huwa kkunsidrat bħala l-aqwa tim tal-mument wara li għal erba' snin sħaħ kien dejjem minn ta' quddiem fil- klassifika filwaqt li rebaħ dak kollu li joffri dan l-isport. Wara erba' staġuni jiddominaw, il-Mercedes għandhom f'moħħhom illi jkomplu għaddejjin minn dan il-mument pożittiv. Fl-ittestjar huma marru tajjeb ukoll, għalkemm mis-sena l-oħra 'l hawn naqqsu xi ftit fil-ħinijiet tagħhom. Minkejja kollox, il-Mercedes huma magħrufin illi jħallu l-potenzjal veru tagħhom għall-aħħar speċjalment f'tiġrijiet kruċjali. Valtteri Bottas ser jagħmel minn kollox sabiex jegħleb lil Lewis Hamilton u ma jibqax aktar fid-dell tac-champion attwali. RED BULL RACING - Daniel Ricciardo u Max Verstappen L-attenzjoni tad-dilettanti tal-karozzi ser tkun fuq is-sewwieq żagħżugħ Max Verstappen illi huwa kkunsidrat bħala l-aqwa sewwieq tal-grid. Dan is-sewwieq Olandiż kellu wirjiet kbar matul l-istaġuni illi għaddew u mistenni jkompli jżomm l-istess pass. Sadanittant, ir-Red Bull żammew l-istess magna Renault filwaqt illi rnexxielhom iżommu chassis ferm eċċellenti u bilanċjat. Interessanti l-fatt illi r-Red Bull għadhom kemm taw promozzjoni għal Technical Designer lil Pierre Wache li kien il-viċi ta' Adrian Newey għal ħafna snin. Dan tal-aħħar kien sigħat biss 'il-bogħod milli jħalli lir-Red Bull iżda wara ħafna tentattivi mill-istess tim, dawn ikkonvinċewh jibqa' f'Milton Keynes biex jiddiżinja karozzi għal Aston Martin, l-isponsor ewlieni tar-Red Bull. Il-karozza tidher li saret b'reqqa kbira għalkemm wieħed irid jikkonsidra jekk kienx hemm xi titjib fil- magna Renault wara d-diżappunt tas-sena l-oħra. FERRARI - Sebastian Vettel u Kimi Raikkonen Dan it-tim ilu ħafna ma jirbaħ dan it-titlu mondjali għalkemm matul is-sena l-oħra resaq ferm viċin illi jagħmel dan. Madankollu xi żbalji min-naħa tal-grupp kif ukoll mis-sewwieqa naqqsu dawn iċ-ċansijiet sabiex kellhom jibqgħu b'xiber imnieħer. Riċentament, it-tim investa sabiex jegħleb dawn l-ostakli u s-sew- wieqa jinsabu kuntenti bil-vetturi ġodda tagħhom. B'hekk il-Ferrari żammew l-istess sewwieqa fuq insistenza ta' Vettel bil-għan illi jżommu l-kontinwita' li bdew dan l-aħħar. F'dak li għandu x'jaqsam mat-tyres ta' kwalità, il-Ferrari jidhru illi ħasbu sew għalihom u dawn setgħu jippruvawhom waqt it-tiġrijiet it-twal li kellhom. FORCE INDIA - Sergio Perez u Esteban Ocon Dan huwa tim ibbażat fil-konfini ta' Silverstone u li jimxi fuq baġit limitat. Minkejja kollox il-wirjiet tagħhom ma kinux ħżiena tant illi wettqu titjib kbir b'żewġ sewwieqa illi wkoll qed jagħtu l-almu tagħhom. Wieħed minnhom huwa sewwieq żagħżugħ li fl-opinjo- ni ta' ħafna jista' jagħti sfida denja lil Max Verstappen. Fl-isfond ta' dan kollu wieħed jammira ħafna dan il- grupp li minkejja l-finanzi ristretti, għandhom għaqda kbira bejniethom li eventwalment qed iwasslu għall- wirjiet tajbin ferm.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018