Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 01 ta' April 2018 Sports 28 'Li ma bdejniex favoriti u rnexxielna nirbħu l-Kampjonat huwa ta' sodisfazzjon akbar ' - Xavier Saliba FILJIEM li għaddew Valletta Futsal saru ċ-champions tal-Elite, wara li rebħu sfida ferm missielta kontra r-rivali tagħhom Luxol. Wara li huma rebħu l-ewwel finali bl-iskor ta' 5-1, il-Ġimgħa filgħaxija rebħu t-tieni finali bl-iskor ta' 5-4 wara l-għoti tal- penalties. Għal darb'oħra dawn iż-żewġ qawwiet fil- futsal lokali, offrew logħba mill-aktar eċitanti lill-folla numeruża preżenti fil- Padiljun Sportiv ta' Kordin. L-ewwel taqsima ntemmet mingħajr gowls, minkejja d-diversi azzjonijiet perikolużi fuq kull naħa. Wara erba' minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, azzjoni maħduma tajjeb wasslet lil Jovica Milijic biex jiftaħ l-iskor għall-Beltin. Daqs ħames minuti wara, Zvezdan Vukovic, ġab l-iskor indaqs għal Luxol. Meta kien fadal madwar żewġ minuti logħob, Dylan Musù reġa' poġġa lill- Beltin fil-vantaġġ u ta bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet Beltin. Iżda kontra kull mistenni, kollox waqaf ħesrem, hekk kif kien fadal biss sekonda u Luxol reġgħu ġabu d-draw. Minn korner, il-ballun ġie għand Emil Andrei Raducu li ta d-daqqa finali tat-2- 2. B'hekk iż-żewġ timijiet kellhom imorru għall-għoti tal-penalties. L-ewwel kien Gia Nikvashvili li ġie mċaħħad mill-goalkeeper ta' Luxol Christian Cassar. Celino Alves li rritorna għal din il-logħba finali, xeħet il- ballun fix-xibka. L-istess għamel Camilo Andres Gomez Vanegas għal Valletta. Andy Mangion falla l-penalti tiegħu għat-tim minn St. Andrews. Jovica Milijic għeleb lil Cassar u min-naħa l-oħra Raducu għeleb lil Brandon Debono. Fl-aħħarnett, Dylan Musu skurja l-penalti konsekuttiv, iżda Maicon Silva ta' Luxol falla u ta r-rebħa lil Valletta. Wara tmiem il-logħba ma naqasx il-ferħ inkontrollabli tat-tim kollu u l-partitarji Beltin, li wassal għall- preżentazzjoni finali. Il-qofol ta' kollox intlaħaq meta l-captain Belti Melvin Borg irċieva t-tazza mingħand il-President Onorarju tal- FMA l-Perit Mark Borg u t-Teżoriera Mireille Vella. Intant, Valletta kienu rebħu wkoll l-ewwel finali bl-aqwa minn tlieta, meta għelbu lill-istess Luxol bl-iskor ta' 5-1. Il-Beltin sa mill-bidu kienu magħqudin u determinati li ma jagħtux ċans lill-avversarji tagħhom. Fit-tnax-il minuta, kien il-plejer Ġorġjan Gia Nikvashvili li fetaħ l-iskor u poġġa lil Valletta fil-vantaġġ. Daqs minuta wara Andy Mangion għamel l-iskor indaqs u hekk intemmet l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, Valletta komplew fejn ħallew aktar qabel u wara biss żewġ minuti, reġa' kien Nikvasvili li poġġa lill-Beltin fil- vantaġġ. Ftit wara, kien imiss lill-Kolumbjan Camilo Andres Gomez Vanegas li għamilhom 3-1. Nikvashvili għaqad tripletta personali u Dylan Musu ssiġġilla r-riżultat finali ta' 5-1. Wara dan is-suċċess, ma setax jonqos li l-ILLUM tagħmel kuntatt mal-plejer- kowċ ta' Valletta Futsal, Xavier Saliba, li tana dawn il-kummenti: "Dan il-Kampjonat għalija jfisser ħafna għax bdejtu bħala plejer-kowċ. Imbagħad mal-ħin kelli injury f 'irkuptejja u ma stajtx inkompli nilgħab u ffukajt fuq il-kowċing biss u mal- ewwel darba rnexxielna nsiru champions mill-ewwel. Kull kampjonat fih l-istorja tiegħu biss però għalija l-kampjonati huma kollha sbieħ meta jintrebħu. Dan inqisu differenti għax kelli aktar responsabbiltà bħala kowċ. Din is-sena hija sena importanti ħafna għall-Beltin għax fiha qed niċċelebraw il-V18 u dan kien objettiv ċar mill-bidu li nipprivaw nirbħu l-Kampjonat propju fis-sena tal-V18. Il-fatt li ma bdejniex favoriti u rnexxielna nirbħu l-Kampjonat huwa ta' sodisfazzjon akbar! Irridu naħdmu sew għall- Futsal Cup u nippruvaw intejbu r-riżultati li kellna meta morna l-aħħar darba. L-għaqda li kien hemm fit-tim, kumitat, u l-istaff tekniku fost oħrajn kienet fundamentali għal dan is- suċċess. Insemmi wkoll il-plejers barranin li ġibna - kemm iż-żewġ Ġorġjani kif ukoll il- Kolumbjan li komplew ituna s-saħħa mat-tim tajjeb li diġà kellna. Huma kienu fattur importanti ħafna fis- suċċess li ksibna. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, lill-partitarji Beltin nixtieq nirringrazzjahom minn qiegħ qalbi tas-sapport kbir li tawna u kienu ta' kuraġġ kbir għat-tim kollu. Nirringrazzja wkoll lit- tfajla tiegħi tal-paċenzja li tieħu bija u li issa jekk Alla jrid matul dan ix- xahar, insiru ġenituri wkoll. Ringrazzjament imur ukoll lill-kumitat kollu tal- fiduċja, lit-technical staff tax-xogħol li jagħmel, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas lill-plejers kollha tal-qalb li urew. Dedikazzjoni żgħira ta' dan is suċċess tmur lill-għeżież ħija u missieri li m'għadhomx magħna," temm jgħid Xavier Saliba. Il-kowċ ta' Valletta Futsal, Xavier Saliba Vallettta Futsal jiċċelebraw wara r-rebħ tat-tieni Kamp- jonat tliet snin Ritratti - Joe Borg William Beck jerġa' jiġi elett bħala President tal-Malta Golf Association MATUL il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret reċentement, William Beck reġa' ġie elett bħala il-President tal-Malta Golf Association (MGA) għal perjodu ta' erba 'snin. Din ser tkun ir-raba mandat suċċessiv għas-Sur Beck minn meta l-Assoċjazzjoni twaqqfet fl-2006. Eletti wkoll mingħajr kontestazzjoni kienu Ian Restall, bħala Segretarju Ġenerali, Kenneth Micallef, bħala Teżorier, Maureen Borg u Doreen Balzan bħala Diretturi Eżekuttivi. Il-laqgħa annwali tal-MGA ħarset lejn il-ħidma tal- Assoċjazzjoni li saret lejn it-tixrid tal-logħba fuq livell nazzjonali u l-parteċipazzjoni fil-qasam internazzjonali. Ir-rapporti sottomessi enfasizzaw il-ħidmiet tal- Assoċjazzjoni għall-erba' snin li ġejjin hekk kif il-logħba tal-golf ser tgħaddi minn bidliet fir-regoli tal- logħob u s-sistema tal-handicap. Fuq livell nazzjonali, l-MGA tkompli bil-ħidma tal- programm tagħha għal golf għall-iskejjel billi tagħti it-taħriġ lill-għalliema tal- edukazzjoni fiżika tal-iskejjel primarji kollha bl-għodda meħtieġa biex jagħtu l-ħiliet bażiċi għat-tfal Maltin biex jibdew igawdu l-logħba tal-golf u biex jgħinu fil- preparazzjoni ta'tim ta' tliet plejers għall-Logħob Olimpiku Speċjali li se jsir is- sena d-dieħla f 'Abu Dhabi. Il-koperazzjoni pożittiva bejn ir-Royal Malta Golf Club u l-PGA ta' Malta rnexxielha tattira 99 junior biex jipparteċipaw fil-Malta Junior Open. Il-kompetizzjoni, mifruxa fuq tlett ijiem ser isseħħ fl-aħħar ġimgħa ta' Marzu u ser tkun l-ewwel kampjonat tal-golf Malti approvat mir-R & A lejn is-sistema ta 'Punti Dinjija tal-Klassifikazzjoni tal-Golf Amateur. L-atleti ser jkunu qedin jirraprezentaw tnejn u għoxrin pajjiż Ewropew, b'kontinġenti mdaqqsa jaslu mill-Ġermanja, l-Italja, it- Turkija, Ċipru, l-Ingilterra u l-Polonja. Tletin mill- atletli huma bniet, u aktar minn nofs il-parteċipanti għandhom handicap ta' ħamsa jew aħjar. F'Novembru, il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal- European Golf Association ser issir ġewwa Malta. Din il- laqgħa ser tilqa' lill-Presidenti u / jew Segretarji Ġenerali mill-45 pajjiż affiljati mal- EGA kif ukoll lil xi diretturi eżekuttivi mill-R & A. Din hija l-ewwel darba, minn meta twaqqfet l-EGA fl- 1937, li din il-laqgħa se tkun ospitat minn pajjiż emerġenti. Ma' din il-laqgħa, ser jiġi organizzat forum li fih ser jiġu diskussi l-kwistjonijiet attwali tal-golf f 'ħin li jara bidliet maġġuri li ser affettwaw il-mod kif titlagħab il-logħba. William Beck

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018