Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 08 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet Nazzjonali fil-Belt Kapitali ġebla tal-knisja l-ġdida li kellha tinbena fuq pjanta ta' Ġużè Damato. Ix-xogħol fuq il-bini ntemm fil-15 ta' Ġunju 1981, meta l-provinċjal Patri Manwel Gatt bierek din il-knisja wara tlieta u għoxrin sena ta' ħidma kontinwa. Fis-Santwarju tal-Karmnu tal-Belt Valletta, kien hemm tliet vari tal-Madonna tal- Karmnu. Tnejn minnhom kienu kkumissjonati mill- Konfraternità tal-Karmnu tal-Belt u oħra mill-Patrijiet stess. L-ewwel waħda saret fis- sena 1657 u kienet diġà toħroġ regolarment fil-purċissjonijiet tas-16 ta' Lulju u dik li kienet issir ġimgħa wara nhar l-Ottava. L-ewwel vara saret mill-fratelli tal-Karmnu u ġabuha minn barra, x'aktarx minn Ruma. Din il-vara għadha teżisti u tinsab fl-Oratorju tal-Konfraternità tal-Karmnu (tan-Nazzarenu) ġo niċċa. Fl-1780 il-fratelli tal-Karmnu ġabu vara oħra, din id-darba minn Napli. Din il-vara tinsab fil-Knisja tal-Karmnu ta' Balluta għaliex fl-1859 il-Konfraterità tal-Karmnu tal-Belt bniet il-knisja f 'din il-parti ta' San Ġiljan. Fl-1 ta' Frar 1890 il- Fratellanza tal-Karmnu irregalat din l-istatwa lill-Patrijiet Karmelitani u ttrasferew din il-vara għal din il-knisja. It-tielet u l-aħħar statwa, hija dik li nsibu bħalissa. Din saret fl-1781 u ħafna huma tal-fehma li hija opra ta' skultur Taljan x'aktarx ġejja minn Napli għalkemm fl-ebda dokument ma nstab min kien l-awtur tagħha. L-istatwa ħallas għaliha minn flusu r-Revdu. P. Majjistru Michel'Angelo Chircop, li ħallas ukoll għan- niċċa tagħha. L-istatwa l-ġdida saret biex il-Patrijiet Karmelitani jsolvu kwistjoni li nqalgħet bejn il-fratelli tal-Karmnu u l-komunità tal- Patrijiet. L-ewwel pedestall li kellha l-istatwa x'aktarx li kien magħmul mill-istess awtur tal-istatwa. Fl-1898, il-Pirjol P. Albert Grech għamel proposta lill-komunità Karmelitana biex isir pedestall ieħor ġdid, isbaħ u iktar xieraq għall-Verġni Omm u ġmiel tal-Karmelu, Il-pedestall li kien hemm ġie adattat għall-istatwa ta' Sant'Elija. Il-pedestall il- ġdid kien sabiħ ħafna u kellu skultura l-ġmiel tagħha b'erba' anġli żgħar li jingħad li huma tal-istatwarju magħruf Karlu Darmanin. Illum dan il- pedestall jinsab Santa Venera. Fis-27 ta' Diċembru 1930, il-Pirjol P. Albert Zammit wera x-xewqa tal-Konfraternità tal-Verġni SSma. tal-Karmnu lill-komunità Karmelitana Beltija li f 'għeluq il-ħamsin sena tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Karmnu, fis-sena 1931, jingħata bħala rigal lill-Madonna pedestall tal-fidda għall-istatwa tagħha li tintuża tal-purċissjonijiet. Il-komunità aċċettat b'ferħ kbir din il-proposta u sar disinn minn Abram Gatt. Il-mudell għamlu Vinċenz Apap u ġie esegwit fil-fabbrika Ġermaniża "Galvoplastih Geislingen Steige". Il-pedestall tal-lum huwa fost wieħed mill-isbaħ opri rikki u prezzjużi li nsibu f 'pajjizna. Il-brillanti, id-djamanti u d-deheb li għandha l-istatwa ġew lilha mogħtija jew b'devozzjoni kbira lejha jew inkella b'wegħdi. Din is-sena, wara għexieren ta' snin ta' ħidma, dan is- Santwarju Belti, minn fejn xterdet id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu f 'pajjiżna, ġie mżejjen b'paviment tal-irħam. Dan il-proġett ġab fi tmiemu l-bini tal-Bażilka l-ġdida li nfetħet 37 sena ilu. Għaxar snin ilu, il-Komunità Karmelitana mmexxija mill- Pirjol Patri Martin Schembri, wettqet l-ewwel fażi tal-proġett. Dan kien jikkonsisti f 'paviment tal-irħam għall-presbiterju, mad-dawra tat-tribuna. Id- disinn kien jinkludi diversi simboli, fosthom tal-erba' evanġelisti u oħrajn Marjani. Malli għaddiet il-festa tal- Madonna tal-Karmnu, nhar is- 16 ta' Lulju ta' din is-sena, beda x-xogħol fuq il-pavimentar tal-kumplament tal-knisja. Dan il-proġett daħlet għalih il- Komunità Karmelitana attwali fil-Belt Valletta, immexxija mill-Pirjol u Rettur tas- Santwarju Patri Alex Scerri u taħt id-direzzjoni tal-maniġer tal-proġett Lino Bartolo. Id-disinn sar mill-Kavallier Joe D'Amato, l-istess artist li ħadem l-iskultura li żżejjen dan is-Santwarju Bażilika. Fost affarijiet oħra, fid-disinn tiddomina l-arma tal-Bażilika f 'nofs is-Santwarju. L-għan kien li permezz ta' dan il-proġett ikun lest għaċ- ċelebrazzjoni tal-Konsagrazzjoni Solenni tas-Santwarju li saret mill-Arċisqof Charles Scicluna mgħejjun minn erba' isqfijiet oħra u biex f 'Lulju li ġej jiġu ċċelebrati festi speċjali f 'ġieħ il-Madonna tal-Karmnu fl- okkażżjoni tas-sitt ċentinarju minn meta l-ewwel patrijiet Karmelitani waslu Malta. għall-Università? X'leħen se jkollhom l-istudenti fl-għażla tad-dekan? Skont is-sistema attwali, dekan ta' fakultà jiġi elett b'maġġoranza ta' voti li jinġabru mill-istaff akkademiku. Skont ir-riforma proposta, għalkemm 70% jew il-maġġoranza ta' voti se jkunu qed jiġu mill-istess faxxa ta' akkademiċi, rappreżentati tal-istudenti se jingħataw 10% tal-voti totali. Apparti minn dawn il-membri tal-istaff amministrattiv u tekniku tal-fakultà se jkollhom dritt għall-vot, liema vot se jkun qed jiswa 20% tal-vot totali. Min se jippjana għall- futur ? Bidla oħra li se tkun qed tidħol fis-seħħ minn dawn ir-riformi hija l-formazzjoni ta' kumitat separat li se jkollu l-għan prinċipali li kontinwament jipprepara pjan strateġiku u pjan istituzzjonali għall-Università għall-perjodu ta' tliet snin. Apparti minn hekk dan il- kumitat se jħares li jiġi mħejji baġit, 'business plan' u pjan akkademiku anwali. Minkejja dan, il-funzjoni ta' dan il-bord huwa biss ta' parir, il-pjanijiet xorta waħda jridu l-approvazzjoni tal-Kunsill. Il-kumitat se jkun inkarigat ukoll biex joffri pariri fuq materji bħall-ħolqien, kambjament u tħassir ta' korsijiet ta' studju kif ukoll kundizzjonijiet ta' dħul fl- Università. Apparti minn hekk, se jkun qed jiġi mwaqqaf kumitat ieħor li se jkun qed jieħu deċiżjonijiet ta' kuljum ta' natura amministrattiva. Però, dawn il-poter sabiex dawn id- deċiżjonijiet jiġu meħuda se jingħata bil- Kunsill. X'bidliet se jsiru fil- bord tal-appell? Skont l-istess abbozz ta' liġi, il-Kunsill tal-Università se jkun qed jifforma bord ta' appelli ġdid li se jiddeċiedi appelli minn kwalunkwe uffiċjal, impjegat, membru tal-istaff tal-Università jew inkella student tal-Università. Bħalissa jeżisti forma ta' bord ta' appelli li għandu funzjonijiet bħal reviżjoni ta' karti. Minkejja dan il- Ministeru stqarr li l-bord preżenti mhuwiex armat biżżejjed sabiex ilaħħaq mal-esiġenzi tal- Università preżenti. appelli minn kwalunkwe uffiċjal, impjegat, membru Ministeru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018