Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165
illum | Il-Ħadd 08 ta' April 2018 Aħbarijiet 32 If you apply for a business overdraft of €10,000, you will be charged 0% interest for the first six months and a variable borrowing rate of 6.75% per annum thereafter. The total amount paid by you after 12 months will be €10,724.38. A one time processing fee of 0.30% (minimum €40) is applicable upon setup of the overdraft. This example is based on the assumption that you spend your overdraft limit in full at the start of the agreement and that it remains fully drawn down for the duration of the agreement, which is here deemed to be 12 months. Use of the overdraft in a di…erent manner may result in a higher total amount paid. The 12 month term of the overdraft facility is for guidance purposes only as our overdrafts are generally for an indefinite duration and repayable on demand. O…er valid until 30 April 2018. Approved and issued by HSBC Bank Malta p.l.c. 116 Archbishop Street, Valletta VLT 1444 which is regulated by the Malta Financial Services Authority. Licensed to conduct investment services business by the Malta Financial Services Authority. Terms and conditions may apply. www.hsbc.com.mt/fusion (Ref No. 100763 – 3/18) Together we thrive Because when business and life move fast, there will be times when you require short-term finance to keep your business running. This is HSBC Fusion. The combined This is HSBC Fusion. The combined service for your business and personal life. service for your business and personal life. Find out more at Find out more at hsbc.com.mt/fusion 0% Interest rate for 6 months, followed by 6.75% on Business Overdrafts opened before 30 April 2018 Processing fees apply Il-ħaddiema tal-HSBC fl-għama wara r-rapport ta' Bloomberg Ħaddiema li kellhom opportunitajiet ġodda ta' xogħol qalu mal-ILLUM li għalissa kollox wieqaf ĦADDIEMA tal-bank HSBC jinsabu fl-għama dwar il-futur tagħhom hekk kif wara li din il-ġimgħa ħarġet l-aħbar li l-Bank qed jikkunsidra li jħalli Malta, ħadd mit-tmexxija ma tkellem mal-impjegati. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' għadd ta' ħaddiema, kemm dawk li jaħdmu fil- kwartieri ta' Ħal Qormi u anke dawk li jaħdmu fil- fergħat. Kollha l-istess kelma: "Lilna ħadd ma qalilna xejn." Ħaddiema oħra, li kellhom opportunitajiet ġodda ta' xogħol mal-istess bank, qalu ma' din il-gazzetta li għalissa kollox jinsab wieqaf. Anke maniġers tal-fergħat u persuni f 'karigi aktar għolja fil-bank ma jafu xejn u ma semgħu xejn. Ikkuntatjat minn din il-gazzetta, il-President tal-Unjin Maltija għall- Impjegati tal-Banek (MUBE), William Portelli, irreferiena għall-istqarrija maħruġa nhar l-Erbgħa 4 ta' April, meta faqqgħet l-aħbar fuq Bloomberg. Minkejja dan, ma weġibx jekk minn dakinhar il-unjin tkellmitx mal-HSBC u jekk kienx hemm xi żviluppi, għalkemm fl-istqarrija qalet li se tkompli ssegwi l-iżviluppi kollha u anke jkollha l-assigurazzjoni tat- tmexxija tal-bank. Ir-rapport, li ħasad lil bosta, jgħid li l-Bank, li jopera f '67 pajjiż qed jippjana li jitlaq jew ibigħ l-operazzjoni minn pajjiżi żgħar bħal Malta, Bermuda u l-Uruguay. Bloomberg ikompli jgħid li huma l-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Holdings John Flint u ċ-Ċermen tal-istess bank Mark Tucker li qed jikkunsidraw li jnaqqsu l-ħidma tal-bank madwar id- dinja fi pjan li għandu jkun żvelat fix-xhur li ġejjin. Immedjata kienet ir- risposta tal-HSBC. "Dawn huma spekulazzjonijiet." L-MUBE kellha l-istess reazzjoni meta fi stqarrija ddeskriviet ir-rapport bħala "spekulazzjoni negattiva," waqt li tefgħet dubju fuq ir-rapport ta' Bloomberg. Iżda minkejja li l-aħbar malajr ġiet deskritta bħala spekulazzjoni, fl- ewwel reazzjoni tiegħu mal-MaltaToday, il- Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna saħaq li l-Gvern kien diġà ġie infurmat mill-bank stess li Bloomberg kien se jippubblika dan l-artiklu. Il-Ministru Scicluna qal ukoll li Bloomberg huwa sit tal-aħbarijiet li wieħed jista' joqgħod fuqu u għalhekk saħaq li jista' jkun li saret il-laqgħa li jsemmi r-rapport u li fiha ssemmiet il-possibbilità li l-bank iħalli Malta. "Huwa kredibbli li din il-laqgħa saret," qal il- Ministru. "Jekk saret ifisser li għadhom qed jiddiskutu." Il-Professur Scicluna qal ukoll li fil-jiem li ġejjin se jkun hemm diskussjonijiet mat-tmexxija tal-HSBC biex il-Gvern ikun infurmat. Mal-istazzjon nazzjonali, il-Ministru qal ukoll li sorsi viċin l-industrija tal- banek li jekk fl-aħħar mill- aħħar il-bank jiddeċiedi li jgħaddi l-operat lil investituri oħra, il-proċess mhux se jseħħ mil-lum għall-għada għax, fost affarijiet oħra jkun hemm bżonn l-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorju Maltin u anke tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li saħaq li wieħed ma jistax jinfaxxa rasu qabel jaqsamha, il-Ministru qal li din hija twissija li wieħed għandu jżommha taħt osservazzjoni. Temm jgħid li f 'dan l-istadju, il-prijorità hija li Malta tkun ippreparata għal kull eventwalità. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio