Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 08 ta' April 2018 LAWTORITÀ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji qalet mal-ILLUM li meta tirċievi applikazzjoni biex istituzzjoni finanzjarja tingħata liċenzja, il-proċess ta' valutazzjoni, jinkludi wkoll verifiki fuq il- kompetenza u l-integrità tal-persuni kkonċernati, inklużi d-diretturi, l-uffiċjali ewlenin u sidien diretti u indiretti. Meta l-istess gazzetta talbet lill-MFSA tispjega jekk dan ifissirx li kienet sabet lis-sid tal-Bank Pilatus, Ali Sadr Hasheminejad, "kompetenti u integru," kelliem għall-Awtorità wieġeb biss li "fejn l-MFSA tiskopri evidenza ta' nuqqasijiet, din tieħu l-miżuri neċessarji." Hasheminejad għadda mit-test tal-integrità u l-kompetenza hekk kif fl- 2014 ingħata l-liċenzja biex jopera l-Bank f 'Malta. L-MFSA insistiet li l-informazzjoni li tiġbor waqt il-proċess tal-verifika tkun ivverifikata ma' sorsi indipendenti u regolaturi barranin u anke jinkisbu ċertifikazzjonijiet tal- kondotta mill-awtoritajiet kompetenti. Skont l-istess Awtorità, il-verifiki mhumiex limitati biss għall-informazzjoni minn sorsi pubbliċi iżda "f 'ċerti każi," jinvolvi wkoll il-kummissjonar ta' Intelligence Reports minn sorsi li huma speċjalizzati. Is-sid tal-Bank Pilatus, Ali Sadr Hasheminejad, kien arrestat fl-Istati Uniti fuq sitt akkużi serji u jekk jinstab ħati, jista' jispiċċa jqatta' l-bqija ta' ħajtu l-ħabs. Hashmenejad qed jiġi akkużat, fost oħrajn, li pprova jevadi sanzjonijiet tal-Istati Uniti. Għalkemm l-akkużi ma għandhom xejn x'jaqsmu mal-Bank Pilatus, Hasheminejad beda l-proċess biex japplika għal-liċenzja tal-Bank f 'Malta, fl-istess żmien li kien qed jevadi s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti u kien qed ikun investigat mill-Awtoritajiet Amerikani. L-MFSA f 'kuntatt mill-qrib mat-tmexxija tal-Bank... Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-MFSA jekk setgħetx tieħu passi fuq id-diversi allegazzjonijiet li saru f 'Malta kontra l-Bank Pilatus. Fit-tweġiba tagħha, l-Awtorità Maltija għas- Servizzi Finanzjarji saħqet li malli saru l-allegazzjonijiet dwar il-Bank Pilatus, ħadet passi immedjati u bdiet tissorvelja l-bank aktar mill-qrib. Fost miżuri oħra, l-MFSA insistiet li "kien hemm kuntatt mill-qrib mas-senior management tal-Bank." Saħqet ukoll li wettqet aġġornament tal-proċess tal-verifika, kienet f 'kuntatt ma' korpi regolatorji barranin u tenniet li saru spezzjonjiet fuq il-post, inkluż "eżami ta' konformità," flimkien mal-FIAU. Madanakollu, l-MFSA ħadet l-ewwel passi kontra l-Bank Pilatus wara li s-sid tal-Bank, Ali Sadr Hasheminejad, kien arrestat fl-Istati Uniti. Setgħet ħadet passi qabel? Mistoqsija jekk setgħetx tieħu passi qabel, l-MFSA insistiet li hi, bħal kwalunkwe regolatur tas- servizzi finanzjarji ieħor, ma tistax tieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq allegazzjonijiet jew suspetti biss iżda trid tikseb evidenza soda. Iżda, meta mistoqsija jekk waqt is-superviżjonijiet tal- Bank Pilatus irriżultatx xi evidenza ta' attività illegali, l-MFSA wieġbet biss li bħala regolatur tas-servizzi finanzjarji hija marbuta b'kunfidenzjalità stretta u għalhekk ma setgħetx tikkummenta. Tenniet biss li "wettqet diversi azzjonijiet ta' sorveljanza biex teżamina u tivverifika aspetti varji tal-operazzjonjiet ta' dan il-Bank u biex tivverifika jekk hemmx evidenza ta' xi nuqqas mill-aspett regolatorju. Spjegat li meta tiskopri evidenza ta' nuqqasijiet bħal dawn waqt is- sorveljanza li tkun qed tagħmel, "kemm jekk normali kif ukoll jekk straordinarja," hija għandha s-setgħa li tieħu firxa ta' miżuri li jinkludu restrizzjonijet fuq in- negozju, fuq it-tmexxija u r-revoka tal-liċenzja. Qabel l-arrest ta' Hasheminejad, ma jirriżultax li l-MFSA ħadet xi passi minn dawn fil- konfront tal-Bank Pilatus. Meta kienet qed tispjega l-proċess li tuża meta tiftaħ investigazzjoni fuq istituzzjoni finanzjarja, l-MFSA saħqet li fost il- passi, twettaq "enhanced due diligence," fuq l-istituzzjoni, inkluż id-diretturi, il-persuni li jeżerċitaw il-kontroll u anke s-sidien. Mistoqsija jekk l-Aġenzija tal-Gvern Kontra l-Ħasil tal-Flus ġibditx l-attenzjoni tagħha dwar suspett jew evidenza li seta' kellha fuq il-Bank Pilatus, l-MFSA wieġbet li ma tistax tikkummenta fuq id- dettalji ta' każi individwali. Insistiet li hi taħdem mill- qrib mal-FIAU, twettaq diversi spezzjonijiet kontra l-ħasil tal-flus u r-riżultati jkunu disponibbli għall- MFSA. Saħqet li fil-każ tal-Bank Pilatus ma kien hemm l-ebda eċċezzjoni. Fakkret f 'dak li qalet fi stqarrija ppubblikata l-ġimgħa li għaddiet li "eżami komprensiv u profond tal-operazzjonijiet ta' dan il-Bank tnieda xi żmien ilu u għadu għaddej." L-MFSA ma kinitx f 'pożizzjoni li tirrispondi mistoqsijiet oħra ta' din il-gazzetta, fosthom jekk kienx hemm regolaturi internazzjonali li ġibdulha l-attenzjoni dwar l-operazzjoni tal-Bank Pilatus u filwaqt li ma ċaħditx, saħqet li lanqas ma tista' twieġeb dwar jekk kienx hemm rapporti jew ilmenti minn klijenti tal- Bank Pilatus. X'għamel eżatt Hasheminejad? L-akkuża ddur ma' żewġ kumpaniji li Hasheminejad ħoloq biex allegatament jgħattu l-fatt li parti mill- flus li kienu deħlin fihom kienu qed imorru għand kumpaniji jew persuni Iranjani, kontra l-liġi tal- Istati Uniti. Skont prosekuturi Amerikani, il-kumpanija tal-enerġija fil-Veneżwela PDVSA daħlet f 'kuntratt ta' $476 miljun mal-Iranian International Housing Corporation, kumpanija inkorporata fl-Iran minn kumpanija tal-kostruzzjoni Iranjana li hija proprjetà tal-familja ta' Sadr. Fl-2010, Hasheminejad u missieru użaw passaporti ta' St Kitts u Nevis u indirizz f 'Dubaj biex jinkorporaw żewġ kumpaniji, Stratus International Contracting fit-Turkija u Clarity Trade and Finance fl-Iżvizzera. Bejn April tal-2011 u Novembru tal-2013, saru madwar 15-il pagament, li jammontaw għal $115-il miljun mill- kumpanija PDVSA lil dawn iż-żewġ kumpaniji ta' Hasheminejad u missieru. Il-pagamenti saru f 'kontijiet li Stratus u Clarity Trade and Finance għandhom f 'diversi banek mifruxa. Ħafna mill-fondi li waslu f 'dawn il-kontijiet ġew trasferiti f 'kumpanija fil-British Virgin Islands inkorporata minn Hasheminejad u oħrajn. Skont il-prosekuturi, il-benefiċjarji ta' dawn il- kumpaniji kienu individwi u entitajiet Iranjani. Hasheminejad qed ikun akkużat b'konfoffa biex ikun frodat l-Istati Uniti, b'konfoffa biex jikser is- sanzjonijiet imposti fuq l-Iran mill-Istati Uniti, bi frodi tal-bank, b'konfoffa biex isir frodi tal-bank, b'ħasil tal-flus u b'konfoffa biex isir ħasil ta' flus. B'kollox, il-piena massima li jista' jeħel hija dik ta' 125 sena ħabs. Investigat direttur ieħor tal-Bank Pilatus Din il-ġimgħa sar magħruf ukoll li direttur ieħor mhux eżekuttiv tal-Bank Pilatus, Mustafa Cetinel, ukoll kien investigat dwar l-involviment tiegħu f 'din l-iskema. Minkejja dan, ir- rapport fuq il-Financial Times jisħaq li minkejja l-investigazzjoni, Cetinel ma kienx akkużat. X'passi ħadet l-MFSA wara l-arrest ta' Hasheminejad? L-ewwel passi li l-MFSA ħadet kontra s-sid tal- Bank Pilatus kien dakinhar stess li sar magħruf li Hasheminejad kien arrestat fl-Istati Uniti. L-MFSA ma ssospendietx il-liċenzja tal-Bank iżda minflok talbet li Hasheminejad ikun sospiż u jitneħħa minn kull ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio L-MFSA ma tweġibx dwar jekk l-FIAU ġibditx l-attenzjoni dwar l-operat tal-Bank Pilatus L-MFSA vverifikat il-kompetenza Hasheminejad qabel tagħtu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018