Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 08 ta' April 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 43 59 87 38 30 56 21 64 Chemimart Pharmacy Republic Street, 20/21, Triq ir-Repubblika, Valletta Brown's Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun St. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara Deby's Pharmacy, 1, Misraħ il-Barri- eri, Msida Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il- Mensija, San Ġwann Brown's Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema St. Joseph Pharmacy, 164, Annibale Preca Street, Lija Reeds Pharmacy, 191, Vjal il-21 ta' Settembru (previously "Lifetime Pharmacy"), Naxxar Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gen- dus, Bormla San Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant'Anna, Marsascala Martin's Pharmacy, 182, Triq Birzebbugia, Birżebbuġa Safi Pharmacy, St. John Street C/W Bieb il-Garra Street, Safi Remedies Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa (previously "St Nicholas Pharmacy"), Siġġiewi Make Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, Mtarfa Abela's Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria Ta' Pinu Pharmacy, Franġisk Portelli Street, Għarb Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 19˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 3 għal 4 li jdur minn Nofsinhar forza 2 għal 3 u jsir Xlokk forza 4 mal-lejl BAĦAR: Moderat li jsire ħafif L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ TEMP: L-biċċa l-kbira sabiħ ViŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 5 għal 6 li jsir forza 4 BAĦAR Qawwi 97% tat-turisti kienu kuntenti biż-żjara tagħhom f 'Malta FIXXITWA li għaddiet, l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ra żieda ta' 17% fin-numru ta' passiġġieri li għaddew minnu. Skont ċifri ppubblikati mill-MIA, matul din ix-xitwa għaddew minnu 1.8 miljun passiġġier. Stqarrija tispjega kif ix- xtiewi għall-MIA dejjem qed isiru aktar impenjattivi, prinċipalment b'riżultat ta' ħidma kollaborattiva biex Malta tkun promossa bħala destinazzjoni tul is-sena kollha. Eżerċizzju li jsir kull xahar fost passiġġieri li ma jkunux qed jivvjaġġax għal finijiet ta' negozju, żvela kif għall- perjodu bejn Novembru u Frar, il-kultura u t-temp kienu l-aktar żewġ fatturi li attiraw turisti lejn Malta. 97% qalu li Malta laħqet l-aspettattivi tagħhom. Iż-żieda fin-numru tal- passiġġieri ġiet irreġistrata b'mod parallel ma' żieda ta' 16.6% fil-movimenti tal- ajruplani u żieda ta' 18.1% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet. Min-naħa l-oħra, is-seat load factor (SLF) naqas bi ftit u kien ta' 77.2% għall-istaġun. Ir-Renju Unit (+11.6%) u l-Italja (+12.9%), baqgħu l-aktar swieq importanti għall-Ajruport Malti u t-tnejn li huma rreġistraw żieda. Warjhom ġew il-Ġermanja, Franza u l-Belġju Flimkie, dawn is-swieq, kienu responsabbli għal aktar minn 1.3 miljun moviment tal-passiġġieri mit-traffiku totali tal-ajruport għax-xitwa. Filwaqt li x-xhur kollha tax-xitwa esperjenzaw tkabbir, Marzu kiber bl-aktar rata mgħaġġla, jiġifieri dik ta' 22.5%. Il-vaganzi tal-Għid u t-tnedija ta' skeda tas-sajf li toffri aktar minn 100 destinazzjoni kienu fatturi importanti. Issa li bdiet l-iskeda tas-sajf, l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta diġà inawgura 12-il rotta ġdida għall-istaġun, u ser ikun qed iniedi aktar rotot f 'April. Dan minstenni jikkontribwixxi għal żieda fin-numru ta' passiġġieri li jgħaddu mill-ajruport. Bi tmien check-in desks addizzjonali u Żona tal- Iskrining tas- Sigurtà ġdida l-ajruport huwa ottimist li se jkun qed jopera b'mod aktar effiċjenti. L-Awtorità tal-Ippjanar mhux qed tħares l-interess pubbliku ILPROĊESS tal-applikazzjoni qed jsir mingħajr National Masterplan u anke mingħajr Masterplan għal Paceville u għal daqstant il-PA qed jieħu kull żvilupp f 'dawn l-inħawi b' mod fragmentat u bla linji gwida professjonali għax ma jinkludux projezzjonijiet u lanqas jikkunsidraw l-impatti ħolistici b'mod ġenwin u xjentifiku fuq ir- residenti u l-madwar. L-istess applikazzjoni tmur kontra l-istess Pjan Lokali. Il-PD jinotta li dan il-mega project hu wieħed li qed jsir mingħajr Development Brief u għalhekk il-pubbliku qed jiġi mċaħħad minn opportunità oħra ta' konsultazzjoni. Il-PD ifakkar li hemm investigazzjoni għaddejja mill-Uffiċċju tal- Awditur dwar il-mod kif din l-art ingħatat lil DG group u għaldaqstant l-Awtorità tal-Ippjanar tidher li mhux qed tirrikonoxxi dan il-fatt. Il-PD hu tal-fehma li kull biċċa art, b' mod partikolari li tkun ġiet mgħoddija mill- gvern b'konċessjoni, għandha tintuża b' mod li għandha tħares il-vera sostenibbiltà tal-ekonomija, tal-iżvilupp u tal-ambjenta ta' pajjiżna. Hu fatt li l-PA hi maħkuma minn direzzjoni politika li hi 'l bogħod mill-vera prosperità li jixraqlu pajjiżna. Jidher carr li kemm il-PL u PN huma jdejhom marbuta dwar dan il- proġett għax qed iqisu l-uċuħ u mhux l-interess pubbliku. Għall-protesta pubblika organizzata llum mir-residenti l-Partit Demokratiku kien irrappreżentat mill-mexxej Dr Anthony Buttigieg u Lee Bartolo.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018