Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 08 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet miftuħa 24 siegħa kuljum ...x'qed jgħidu dwar il-PN? Dan ir-rapport b'numru ta' proposti huwa tragward għall-PN fis-sens li huwa l-ewwel dokument li qed jippubblika minn meta tilef l-aħħar elezzjoni u minn meta Adrian Delia kien elett Kap tal-PN. Għalkemm għadu kmieni, hekk kif dan l-artiklu qed jinkiteb ftit wara li kienu ppubblikati dawn il-proposti, wieħed jista' malajr jintebaħ 1)- x'inhi l-linja ta' ħsieb wara l-fatt illi ġew ippubblikati tali proposti u 2) il-proposti nfushom x'jistgħu qed juru dwar dak li se jkun qiegħed, politikament, jibbattalja fuqu għaż- żmien li ġej il-PN. • Huwa ċar li l-kwistjoni tas- sigurtà se tkun qed tilgħab parti importanti ħafna fil-ħidma tal-PN. Dan ir-rapport ma jistax ikun ikkunsidrat f 'iżolament imma fid-dawl ta' bosta żjarat ta' Adrian Delia f 'diversi għases (fosthom tal-Imsida u tal- Marsa) kif ukoll fid-dawl ta' diversi diskorsi tal-istess Delia. Naturalment teżisti perċezzjoni, li hija b'saħħitha ħafna, illi f 'xi żoni ta' xi lokalitajiet teżisti nuqqas ta' sigurtà, ġeneralment minħabba konċentrazzjoni ta' barranin. Il-PN jeħtieġ joqgħod attent li meta jkun qed ipoġġi s-sigurtà fuq nett tal-aġenda tiegħu u tal- Kunsilli Lokali ma jkunx, fl-istess nifs, qed jilleġitimizza sentimenti razzisti mhux neċessarjament mibnijin fuq il-fatt. In-nuqqas ta' sigurtà trid tkun mibnija aktar fuq il-fatti u l-figuri li juru illi hemm żieda fi kriminalità partikolari, f 'żona partikolari. Minn hemmhekk tagħmel ħafna sens il-proposta tal-PN għal Pulizija fil-Komunità, wara li jkun iċċarat bil-fatti fejn huma dawk il-'pockets' ta' żoni illi fihom hemm ħafna kriminalità u x'tip ta' kriminalità qed nitkellmu dwarha. • Minkejja li tissemma l-integrazzjoni, ftit hemm ħeġġa biex din tkun indirizzata. Il-verità hija li aktar milli lokalitajiet, hemm żoni f 'lokalitajiet b'mod speċjali Buġibba fejn għandek problema ta' nuqqas ta' infurzar u komunitajiet li qed jifjorixxu li ħafna Maltin ma jridux ikunu madwarhom. F'żona partikolari, pereżempju, lejn in-naħiet taċ- ċinema l-ewwel fetaħ bar li fih imorru nies Afrikani u li ħafna drabi kellhom jiġu l-Pulizija jagħlquh minħabba storbju u/jew ġlied (bħal kull bar ieħor wara kollox), imbagħad fetaħ barbier u garaxx inbidel f 'post ta' talb, bil- klijenti u l-kongregazzjoni tkun Afrikana. Ħdejhom hemm ħanut tal-merċa wkoll immexxi minn persuni Afrikani. Dan ifisser illi hawnhekk qed tinbet komunità Afrikana. Issa kull min jaf iż- żona sew u jaf lir-residenti, jaf ukoll li ħafna mhumiex kuntenti bis-sitwazzjoni kif inhi. Il-PN x'qed joffri lil dawn in-nies? U mistoqsija akbar minn hekk hija jekk fil-fatt hemmx soluzzjoni jew għandniex inħallu s-sitwazzjoni tevolvi waħedha. Fuq din il-kwistjoni, għalkemm jista' jkun konsonanti ma' dak li jħossu diversi nies, il-PN jeħtieġ joqgħod ferm attent għax tanġibilment is- soluzzjonijiet, jekk hemm, jistgħu jkunu drastiċi żżejjed jekk mhux ukoll totalment illegali. • Il-PN għamel proposta mill-aktar interessanti biex f 'kull Kunsill ikun hemm Kunsillier li huwa responsabbli mill-qasam soċjali. Il-fatt li l-PN qed jipproponi dan il-kunsillier u Kumitat li jkollu kuntatt ma' diversi nies fil-bżonn jew vulnerabbli, juri illi l-PN għandu l-ħeġġa biex ikompli fejn ħalla fl-aħħar snin f 'dan il-qasam. Minkejja li ma rebaħx l-elezzjoni, l-attentat tal-PN fl-aħħar snin biex jersaq iktar lejn iċ-ċentru xellug u jmiss feriti tan-nies, kienet xi ħaġa pożittiva. Bl-aċċenn partikolari f 'din il-proposta jidher li apparti r-ridimensjonar tal-Kunsilli l-PN irid jidher li qed iżomm viċin nies li mhux neċessajrament dejjem tawh l-appoġġ. • Lura għall-Pulizija, jidher li hawnhekk il-PN qed jagħmel bidla strateġika fi-direzzjoni. Minn kritika u attakk dirett fuq il-Kummissarju tal-Pulizija, għall-attenzjoni partikolari fuq Pulizija differenti, f 'lokalitajiet u għases differenti. Dak li huwa iktar day-to-day. • Pożittivi huma wkoll diversi punti oħrajn bħal modi ġodda ta' kif il-Kunsilli jistgħu jkollok introjtu. Min-naħa l-oħra l-PN baqa' lura milli jgħid jekk jaħsibx li s-sindki għadhomx ikunu full time jew le. Qal biss li jrid li tibda konsultazzjoni. • L-aktar punt importanti imma huwa li fil-fatt kienu ppubblikati dawn it-80 proposta. L-ewwel 80 tal-PN taħt Adrian Delia. Minnu nnifsu dan huwa pass pożittiv għax sa fl-aħħar qed juri li 1) – Il-PN mhux rieqed raqda, bħalma fil-fatt hija l-perċezzjoni popolari 2) Li l-PN qed ikun parteċipant iktar milli spettatur biss u 3) li l-PN beda jiddiversifika aktar il- ħidma tiegħu biex tinkudi aktar kwistjonijiet li jaffetwaw lin-nies. ĠERMANIŻA, bid- dmugħ f 'għajnejha, talbet lill-Qorti biex ma tintbagħatx lura f 'pajjiżha għax tibża' li tinqatel mill-eks sieħeb tagħha li skont dak li ntqal fil-Qorti huwa persuna influwenti fil- Ġermanja. Il-mara tressqet il-Qorti wara li kienet arrestata skont Mandat ta' Arrest Ewropew wara li qed tkun akkużata li tat in-nar apposta lil stalel taż- żwiemel. Fil-Qorti nstema' kif il- mara qed tkun akkużata li kkawżat madwar €200 u li "possibbilment weġġgħet xi żwiemel." L-avukat tal-mara, Yanika Camilleri, qalet lill-Qorti li l-mara kienet qed tikkontesta l-Mandat ta' Arrest għax qed tibża' li l-eks sieħeb tagħha, li minnu kellha t-tfal, joqtolha. Intqal ukoll li nħareġ mandat ta' arrest mhux għax kien hemm il-ħtieġa iżda għax l-eks sieħeb tagħha għandu ħafna kuntatti. Camilleri kompliet tisħaq li s-sitwazzjoni jeħtieġ tkun analizzata mill-awtoritajiet Ġermaniżi għax skontha, reat li kkawża €200 fi ħsara ma kellux iwassal għall-Mandat ta' Arrest Ewropew. Il-Qorti spjegat li jekk il-mara tikkontesta l-mandat, il-każ tagħha jkun irid jiġi deċiż fi żmien xahar u ma tkunx intitolata għall-ħelsien mill-arrest. L-avukat informat lill- Qorti li l-akkużata qed tikkontesta l-mandat. Qalet ukoll li l-mara kienet qed tirċievi terapija fil-Ġermanja għax tbati minn claustrophobia u kien għalhekk li talbet lill-Qorti biex tinżamm fl-Isptar Monte Karmeli u mhux f 'Kordin. Dwar il-biża' li tinqatel jekk tkun estradita, il-Qorti qalet li tirrakkomanda lill- awtoritajiet Ġermaniżi biex jassiguraw li tingħata l-protezzjoni kollha iżda l-maġistrat insista li hu ma jistax jordna lill- Pulizija Ġermaniża. Il-Qorti ordnat psikjatra biex jeżamina lill-mara u r-rapport dwar il- kundizzjoni tagħha u anke r-rakkomandazzjonijiet jingħataw lid-direttur tal-ħabs biex jiddeċiedi jekk għandhiex tinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Għalkemm l-akkużi huma għalkollox differenti, dan huwa l-istess argument li qed jintuża minn Maria Efimova biex ma terġax tintbagħat Malta mill- Greċja. Hija dejjem argumentat li telqet minn Malta għax kienet qed tibża' li l-ħajja tagħha u ta' familtha kienet fil-periklu. Titlob li ma tintbagħatx lura l-Ġermanja għax tibża' li tinqatel mill-eks sieħeb tagħha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018