Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 08 ta' April 2018 Intervista 12 H elena Dalli. Min jaraha bħala musbieħ ta' tama għal pajjiż iktar progressiv u inklussiv u min jaraha bħala l-mara li daħlet liġijiet moralment rigressivi li għamlu ħsara lill-familja, fil-forma strettament eterosesswali kif jifhmuha huma. Niltaqgħu ma' Dalli u nħarsu lura, lejn it- tragwardi fil-qasam tal- LGBTIQ. Ħafna jgħidu li issa f 'dan il-qasam m'hemmx iktar drittijiet x'jingħataw 'issa l-gays ħadu li riedu' jkun hemm jgħid. Imma dan vera? Ilħaqna l-apiċe tad-drittijiet ta' persuni LGBTIQ u daqshekk? Għad fadal xogħol xi jsir? "Jiena għalija din mhux kwistjoni ta' nies LGBTIQ, imma kwistjoni ta' ugwaljanza. Aktar kemm ikollna ugwaljanza, aktar ikollna pajjiż b'saħħtu. Mhux sew, mhux ġust u mhux tajjeb għal pajjiżna li kellna min tratta lil ċerti nies daqslikieku kienu tat- tieni klassi, li ma kellhomx id-drittijiet li kelli jien. Din mhux soċjetà ġusta." Il- Ministru Dalli tkompli tgħid illi l-Gvern Laburista daħħal u se jkompli jdaħħal drittijiet mhux biss għal setturi differenti tal- poplu imma wkoll għal dawk li ssejħilhom 'inter- sezzjonijiet'. "Li tkun mara jew persuna gay u fl-istess ħin persuna b'diżabilità jfisser illi jkollok ċirkustanzi li jagħmluha aktar diffiċli għalik," "Meta inti għandek sitwazzjoni li tkun magħmula aktar diffiċli b'sitwazzjonijiet oħra, aħna rridu naraw kif se ntejbu l-ħajja ta' dik il-persuna." Imma l-Gvern bħalissa qed jagħmel xi ħaġa f 'dan ir-rigward? "Iva, mela. Qed naħdmu fuq il-Liġi tal- Ugwaljanza kif ukoll liġi li se twaqqaf Kummissjoni għad-Drittijiet tal-bniedem u l-Ugwljanza. Din il-liġi se titratta s-setturi kollha tal- ħajja u mhux lill-komunità LGBTIQ biss." 'Il-mewġa lejn il-lemin tista' tipperikola dak li ksibna' U x'inhu l-akbar sodisfazzjon ta' Dalli? "Kuljum ikolli xi forma ta' sodisfazzjon jekk intejjeb b'xi mod il-ħajja ta' xi ħadd, imqar ta' persuna waħda biss. Naturalment, kuntenta li biddilna u għamilna liġijiet, għalkemm jibqa' jiddispjaċini li kellna ndumu daqshekk biex wettaqna dawn il-bidliet." Hawn min jara l-liġijiet li ppilotat Dalli bħala rigress. Mhux biss numru kbir ta' votanti, imma wkoll nies fil-midja, nies influwenti fil-Knisja u lil hinn minnha u anke gazzetti, meqjusin influwenti wkoll. Meta Dalli ma tibqax u lanqas Gvern Laburista, temmen li x-xogħol li sar jista' jkun ipperikolat? Dalli ma tirrispondix direttament b'iva jew le, imma tagħmel parallel ma' dak li qed jiġri madwarna fejn diversi partiti tal-lemin, li ġeneralment jippropogaw politika konservattiva u huma appoġġjati minn faxex ta' nies aktar konservattivi soċjali, jew żiedu l-voti, jew ġabu riżultati rispettabbli jew inkella saħansitra spiċċaw fil-Gvern. Dalli tgħid li, iva, il- mewġa madwarna favur politika iktar leminija u partiti aktar konservattivi tista' tilħaq lil pajjiżna u tista' tipperikola x-xogħol kollu li sar. Irridu ngħinu mhux indgħajfu lill-vittmi tal- vjolenza domestika Induru fuq il-vjolenza domestika. Saru bosta rapporti. Wieħed minnhom huwa 'Il-Vjolelnza Domestika –Vittmi u servizzi' li sar mill- Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u li kien ippreżentat lill-Kamra tar-Rappreżentanti fl-2015. F'dan ir-rapport hemm diversi proposti fosthom il-bżonn li jinħoloq spazju apposta fl-għases fejn persuna tkun tista', fi ftit privatezza tkellem Pulizija hi u tagħmel rapport dwar abbuż jew vjolenza fuqha. Nirrimarka li donnu f 'dan il-qasam, apparti l-kelma tal-Liġi fuq il-karta, ftit li xejn sar. "Kien dak l-iskop li għamilna tim inter- ministerjali mal-Ministri kollha li d-dekasteru tagħhom imiss b'xi mod ma' din il-problema," bdiet tispjega Dalli. "Apparti l-istrateġija tal-Gvern li nġibu l-bidliet billi naġġornaw il-liġijiet, kif għamilna meta aġġornajna l-liġi biex tkun konformi mal-Konvenzjoni ta' Istanbul, qed naraw kif konkretement lil dik il- persuna nistgħu ngħinuha. Qed naraw kif se ngħinuha billi naraw kif noħolqu ambjent aħjar u billi naraw kif l-aħjar mod li tkun trattata..." Tammetti li l-maġġoranza tal-għases m'għandhomx spazji apposta biex jisimgħu każi ta' vjolenza domstika (u kull każ ieħor familjari jew personali ħafna). "Imma l-impenn hemm qiegħed u aħna se naraw li dawn l-ispazji jinħolqu biex ngħinu, mhux indgħajfu lill-vittma." It-tarbija fil-ġuf hija protetta diġà Imma ladarba qed insemmu l-Konvenzjoni ta' Istanbul, tajjeb illi Dalli tiċċara eżatt għalfejn il-Gvern ma żiedx fil-liġi l-bżonn li t-tarbija fil-ġuf tkun protetta. Jaqaw, kif wara kollox qed jakkuża l-PN, dan huwa xi mod biex minflok indaħħlu l-abort mill-bieb, indaħħluh mit- tieqa? "Le, assolutament, le," twieġeb mill-ewwel il- Ministru Dalli. "Fil-fatt għandna liġijiet aħna li jitrattaw il-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf filwaqt li l-abort huwa att kriminali. M'hemmx diskussjoni dwar dan, it-tarbija fil-ġuf protett bil-liġi u l-abort att kriminali kien u hekk se jibqa'." Dalli tagħti kuntest storiku billi tfakkar illi lura fl-1998 kienet ħarġet 'white paper' dwar il-vjolenza domestika, ftit qabel dak il-Gvern kien waqa' u kien reġa' tela' Gvern Nazzjonalista. Kont ngħid lill-Lawrence Gonzi, dak iż-żmien Ministru tal-Politika Soċjali, biex naħdmu fuqha. Taf meta resqet quddiem il- Parlament? Fl-2006, tmien snin wara. Biex tara x'ħeġġa kien hemm. U ħarġet bil- firma tiegħi, jiġifieri mhux vera kienu qed jaħdmu fuqha kif kienu qaluli li qed jagħmlu." Dalli tgħid li llum qed tara l-istess nuqqas ta' ħeġġa fil-PN, "qishom qed jilagħbu għall-ħin. Hemm liġi speċifika li tagħti protezzjoni u jien qed nagħti l-assigurazzjoni li dak li qed jattribwixxu lilna mhux veru," temmet tgħid Dalli dwar akkużi li Gvern Laburista jaf jintroduċi l-abort. Kontra dejjem u f 'kull każ Kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il- Partit Laburista ma jaqblux mal-abort fl-ebda każ. U Helena Dalli, x'taħseb? Helena Dalli kontra l-abort? 'Iva' F'kull każ? 'Iva' Jiġifieri int ma taqbilx mal-abort, lanqas fil-każ illi ħajjet l-omm tkun ipperikolata? 'Le' U lanqas fil-każ ta' stupru? 'Le'. Jiġifieri kontra l-abort f 'kull ċirkostanza? 'Iva'. Identità tal-ġeneru... x'hemm tiddiskuti? Ħafna jistaqsu għalfejn niddiskutu l-ġeneru. Il- ġeneru huwa mara jew raġel. Huma ħafna dawk li jaraw attentat biex nintroduċu termini tal- ġeneru newtrali bħala taħwid tal-imħuħ, minn Ministru li hija kważi 'hijacked' mill-'gay lobby'. Imma mhux leġittimi l-mistoqsijiet ta' dawn in-nies? "Jagħmel din il- mistoqsija, u ma nagħtihx tort li jagħmilha, għax min ma jkunx għadda mit- tbatija li jkollu xi tifel jew xi tifla li huma transgender jew intersex ma jkunx jaf xi tfisser. Jiena qabel ma ltqajt ma' dawn in-nies ma kontx naħseb li se jkollna ndaħħlu dawn il-liġijiet. B'dak li għamilna," tkompli Dalli, "taffejna ftit mill-problemi tan-nies li għandhom lil binthom jew binhom li ma jridux joħorġu mid-dar, pereżempju. Tfal li jiddejqu Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt 'Kieku kellna 'nkeċċu l-barranin Daħħalna dawn il-liġijiet biex intaffu ftit mill-inkwiet ta' ġenituri li jkunu beżgħana hux se jmorru d-dar u jsibu li binhom jew binthom tkun għamlet suwiċidju " " Mexxiet il-Liġi tal-Unjoni Ċivili u ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Qed taħdem għal iktar integrazzjoni. Kontra l-abort u tgħid li mhix ambizzjuża. Il-Ministru Helena Dalli intervistata mill-gazzetta ILLUM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018