Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165
Il-Ħadd 08 ta' April 2018 | illum Intervista 13 l-barranin kollha'...tieqaf Malta' joħorġu u juru l-ID card tagħhom bil-wiċċ tal-ġeneru tagħhom, daħħalna dawn il- liġijiet biex intaffu ftit mill- inkwiet ta' ġenituri li jkunu beżgħana hux se jmorru d-dar u jsibu li binhom jew binthom tkun għamlet suwiċidju." Dalli tkompli tistaqsi, "Tista' tagħti dahrek lil dawn in-nies? X'politika hija dik li nagħtu daharna lil xi ħadd sempliċiment għax mhux parti minn maġġoranza? Jekk nista' nagħmel xi ħaġa lil xi ħadd, biex ħajtu tkun aħjar anke jekk tkun l-aħħar ħaġa li nagħmel u anke jekk inkun waħdi, nagħmilha." Il-filmat li tefagħha f 'dawl xejn sabiħ... L-Intervista issa ddur fuq kwistjoni partikolari. Dik dwar filmat li dar ma' kull kamra tal-aħbarijiet u kien ippubblikat minn diversi siti tal-istess Ministru Dalli waqt konferenza barra mill- pajjiż timplika, jew tidher li qed timplika, li Gvern Laburista daħħal iż-żwieġ għall-persuni tal-istess sess billi tefagħha taħt it-tikketta tal-ugwaljanza anke jekk il-poplu kien fil-maġġoranza tiegħu, kien kontra. Ma tħossx li din kienet żelqa politika Dalli? 'Żelaq minn editja dak il- filmat. Dak li neħħew minnu huwa dak li għandi kif għidt lilek. Jiena kont qed ngħid li kien hemm stħarriġ, li fil-fatt sar mill-Kamra tal- Aħbarijiet tagħkhom, u li kien wera illi l-maġġoranza kienu kontra. Issa jiena, anke jekk ikun persuna waħda qed tbati, nagħmilha xi ħaġa." Ħerqana li tirribatti dan il-punt partikolari Dalli tfakkar illi jekk kien hemm partit li ma qgħadx lura fl- 2013 biex jgħid eżattament x'jaħseb u fejn qiegħed fuq din il-kwistjoni, kien il-Partit Laburista. "Konna aħna li fl-2013 rrispondejna l-mistoqsijiet li kienu bagħtu l-Malta Gay Rights Movement (MGRM) u għamilnieha ċara li se ndaħħlu l-unjoni ċivili, bi dritt li l-koppji japplikaw biex jadottaw." "Jiena mhux mill- filmat jinteressani. Jiena jinteressani minn min jiġi fuqi u jgħidli li grazzi għal Gvern Laburista qed ngħixu ħajja aħjar. Issa min irid jilgħab bil-filmati u jeditjahom jagħmel hu, jiena jinteressani minn x'ġid inkun qed nagħmel anke jekk għal persuna waħda. 'L-integrazzjoni hija fl- interess ta' pajjiżna' Inbiddlu s-suġġett u nitkellmu dwar l-integrazzjoni. Kwistjoni oħra li taqa' taħt id- dekasteru ta' Dalli. Infakkarha illi għad hawn reżistenza konsiderevoli għal integrazzjoni f 'pajjiżna. Jeżistu żoni f 'lokalitajiet fejn il-Maltin jiddarsu jew ma jridux jgħixu għax hemm ħafna barranin. Allura kif qatt tista' tirnexxi politika favur l-integrazzjoni jekk għandek dawn il-gruppi ta' nies li akkost ta' kollox ma jridux jintegraw? Dalli mill-ewwel tiċċara illi mhux kulħadd huwa hekk. "Jiena jiġu nies li jħaddmu u li jgħiduli kif se nġibu aktar nies lejn pajjiżna għax m'għandhomx nies biex jaħdmu. U iva, jiġu nies ukoll li mhumiex kuntenti bis-sitwazzjoni, bħalma kellna ilmenti mill-Masra. Għalhekk żidna l-infurzar u qed naħdmu biex ikun hemm iktar preżenza ta' Pulizija." Mill-ewwel Dalli tfakkar li Malta huwa pajjiż miftuħ, "u allura din hija r-realtà ekonomika. Għandna bżonn lil dawn in-nies li jiġu hawn, jikkontribwixxu u jħallsu t-taxxi. Iktar kemm nispjegaw dan kollu, aktar in-nies jifhmuha din." Hi titkellem kontra l-ġeneralizzazzjonijiet u tfakkar illi f 'kull nazzjonalità ssib min huwa tajjeb u ħażin, min jaħdem u min hu għażżien, inkluż fost il-Maltin u l-Għawdxin. "Huwa għalhekk fl-interess ta' pajjiżna stess li naraw kif dawk li jiġu hawn se jitgħallmu u jitħarrġu aktar dwar il-kultura tagħna, ikunu jafu l-liġijiet tagħna u jkollhom għarfien dwar il-lingwa wkoll," tgħid il-Ministru Dalli li tfakkar ukoll fiż-€2 miljuni li l-Gvern kiseb f 'fondi Ewropej biex fil-fatt isir dan it-taħriġ. "Li kieku kellna ngħidu li se nkeċċu l-barranin iħaġġruni dawk li jħaddmu, tieqaf Malta," tgħid Helena Dalli, li tinkoraġixxi lill- poplu biex ma jinsiex li meta qed nitkellmu dwar barranin, wieħed irid jiftakar li wħud minn dawn għandhom sieħeb jew sieħba jew saħansitra miżżewġin ma' persuna Maltija. "Allura f 'dak il-każ x'jiġri? Dalli tgħid illi għalkemm s'issa għadu ma bediex jidher il-frott tal-politika għall-integrazzjoni li nieda dan il-Gvern, dan se jibda jidher fiż-żmien li ġej. 'Ħriġt b'sens ta' obbligu' U finalment, hekk kif waslet fi tmiemha l-intervista nduru naqra fuq l-irwol tagħha fil- Partit Laburista. Lura lejn it-taqtigħa li tilfet, hekk kif kienet l-ewwel li kienet eliminata, għal Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista. Mistoqsija jekk tħossx li dak ir-riżultat tappanx xi ftit il-ħidma tagħha fil- PL, hija qalet illi qatt ma kienet ikkontestat kariga qabel, ħlief għall-Eżekuttiv Nazzjonali. "Imma n-numru ta' nies li kellmuni biex noħroġ għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-partit kien wieħed kbir ħafna. Meta rajt dik il-mewġa ta' nies li kienu qed jiġu fuqi u jħeġġuni noħroġ, iddeċidejt li nagħmel hekk. Kont inħossni qed nonqos kieku ma ħriġtx u lqajt it-talba tal-membri tal-partit. Ħriġt b'sens ta' obbligu lejn dawk il-ħafna li riduni noħroġ." U Dalli, taħseb li wasal iż-żmien li l-PL ikun immexxi minn mara? "Dejjem huwa ż-żmien. Imma jiena ma nagħmilx distinzjoni. Jekk turi li inti tajba u kompetenti in-nies jagħżluk." Teskludi li tkun terġa' toħroġ għall-kariga oħra fil-PL? "Neskludi iva," tkun ir-risposta immedjata ta' Dalli għalkemm xorta tħalli l-bieb miftuħ billi tgħid li fil-politika ċ-ċirkostanzi jistgħu jitolbu mod ieħor. Imma, ġimgħa twila fil- politika. Sena u nofs huma eternità. Min jaf tbiddilx fehmitha Dalli xi mkien fiż-żmien? Issa min irid jilgħab bil-filmati u jeditjahom jagħmel hu, jiena jinteressani minn x'ġid inkun qed nagħmel anke jekk għal persuna waħda " "