Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 08 ta' April 2018 Valletta FLOKKAZZJONI tal-ġrajja storika li seħħet ftit jiem ilu, nhar l-Erbgħa 4 ta' April, meta ġie kkonsagrat b'mod l-iktar solenni s-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil- Belt Valletta, xtaqt niddedika dan l-artiklu lill-istorja ta' dan wieħed mill-imqades ewlenija ta' pajjiżna. Wara ftit iktar minn meta sena mill-wasla tagħhom f 'Malta propju 600 sena ilu, fl-1418, il-Karmelitani raw li n-nies kienet inġibdet ħafna lejhom, u li permezz tagħhom id- devozzjoni lejn il-Madonna tal- Karmnu kienet tferrxet ġmielha fost il-Maltin. Għalhekk xtaqu li jibnu kunvent ieħor fil-qalba tan-nies biex ikomplu jferrxu d-devozzjoni lejn il-labtu mqaddes. Għalhekk, appena bdiet tinbena il-Belt il-ġdida wara r-rebħa tal-Assedju l-Kbir, il-Karmelitan Patri Ġwann Vella, għamel talba lill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann biex jagħtuh biċċa art u fuqha jkun jista' jibni kunvent u knisja ddedikati lill-Madonna tal- Karmnu. Il-Granmastru Pietro del Monte laqa' din it-talba u fis- 27 ta' Lulju 1570 sar il-kuntratt tal-għoti tal-art. F'dik l-istess sena, il-Patrijiet Karmelitani bdew ix-xogħol tal- bini tal-knisja taħt it-tmexxija tal-inġinier tal-Ordni, Ġilormu Cassar. Iżda huma ma qagħdux jistennew li jitlestew ix-xogħlijiet tal-bini biex jibdew jaqdu lin- nies tal-Belt u sakemm inbniet il-knisja, in-nies kienet moqdija b'kappella żgħira proviżorja. Il-knisja damet tinbena 38 sena u tlestiet fl-1608. L-ordni tal- Kavallieri għen ħafna fl-ispejjeż tal-bini billi diversi kavallieri ħallsu għax-xogħol biex inbnew il-kappelli laterjali. Fil-Vista Pastorali ta' Monsinjur Dusina li saret fi Frar tal-1575 insibu deskrizzjoni dettaljata tal-knisja proviżorja li kienet tintuża sakemm tlestiet il-knisja tal-arkitett Cassar. Din il-knisja kienet iddedikata lil Marija Annunzjata u kienet isservi tal-ewwel parroċċa fil-Belt. Bil-permess tal-pirjol tal-Karmelitani, il-Kappillan ta' Ħal Qormi kien jamministra s-sagramenti mqaddsa f 'din il-knisja. Din hija lista ta' kappillani li servew f 'dan is-Santwarju meta serviet ta' parroċċa għall-Belt Valletta bejn Diċembru 1570 u Diċembru 1582; Dun Marjanu Briffa, Dun Teramo Balzan, Dun Gaspare Prat, Dun Nikol Burlò, Dun Xmun Blanco, Dun Anton Inguanez, Dun Nikol Bonnici u Dun Sebastjan Cuscusu. F'Diċembru 1582 meta tlestiet il-knisja ta' San Pawl Nawfragu saret purċissjoni speċjali li fiha ż-żjut imqaddsa u s-Santissimu Sagrament ġew meħuda uffiċjalment mill-Knisja tal- Karmnu sa dik ta' San Pawl f 'purċissjoni solenni li fiha ħa sehem il-kleru l-Ordni tal- Kavallieri ta' San Ġwann. Il-knisja mibnija minn Ġilormu Cassar kienet ta' għamla sempliċi: b'nava waħda mdaqqsa u bil-kappelli laterali u għaxar artali. Kienet twila 150 pied u 50 pied wiesa', u fuqha kellha koppla għamla baxxa u kampnar. Din il-knisja kienet ikkonsagrata fis-6 ta' April 1886 mill-Amministratur Appostoliku, Monsinjur Antonio Buhagiar. Is-saqaf tal-knisja, flimkien mal-koppla, il-koppletti u l-kappelli kienu tpittru bejn l-1703-1705 minn Raimondo de Domenicis u Filippo del Palazzo, iżda fl- 1743 is-saqaf kien ħass sewwa minħabba terrimot li kien sar, u l-pittura ġarrbet ħafna ħsarat. Fis-seklu għoxrin kienet reġgħet tpittret mill-ġdid minn Ramiro Calì. Malli kienet lesta l-knisja fit-8 ta' Ġunju 1608 ġie mqiegħed l-altar maġġur u l-Patrijiet Karmelitani mill-ewwel ħasbu biex iqiegħdu fuq l-altar maġġur kwadru, li jirrappreżenta lil Madonna qiegħda toffri l-labtu mqaddes lil San Xmun Stock. Skont dokumenti antiki, mal- bidu tal-bini tal-knisja fl-1570, il-Majjistru P. Ġwann Vella kien akkwista dan il-kwadru antik minn Sqallija. L-awtur tal-kwadru mhux magħruf imma probabbilment huwa xogħol pittur Taljan. Meta fl-1924 il-kwadru nqala' minn postu biex ikun restawrat propju warajh eżatt fl-istess post, instab ieħor kważi eżattament bħalu, bid-differenza li l-Bambin fil-kawdru li jinsabu espost għall-qima llum qiegħed fuq id-driegħ xellugi tal-Madonna, filwaqt li f 'dak li nstab taħtu, qiegħed fuq id- driegħ tal-lemin. Hemm ukoll ftit differenza fil-fond li huwa iktar skur minn dak fil-kwadru eżistenti. Għalkemm il-kwadru forsi ma jitqjiesx ta' preġju artistiku kbir, xorta jqanqal devozzjoni u mħabba kbira f 'min iżuru u jivvenerah. Fin-nofs bilqiegħda b'mod majestuż fuq sħaba tidher il-Madonna, liebsa ta' nazzarena bil-libsa ħamra u l-mant vjola li minn fuq spallejha jibqa' nieżel s'isfel u jgħattiha kollha b'riġejha b'kollox. Rasha hija mgħottija bi drapp abjad, fin u trasparenti mżejna b'kuruna tad-deheb bil-ġawhar. Fuq driegħha x-xellugija narawha terfa' 'l-Bambin bla ħwejjeġ li filwaqt li jserraħ idu x-xellugija fuq dik tal-Madonna, b'idu l-leminija qiegħed imissilha sidirha li minnu ħiereġ il-ħalib. Dan huwa sinjal tal-ħniena materna tagħha lejn l-erwieħ tal-Purgatorju li huma mpittra taħt il-Verġni Mqaddsa f 'qagħda li qed jitolbu l-ħniena. F'dan il-kwadru titulari espressiv, il-Bambin qiegħed iħares lejn dawn l-istess erwieħ b'imħabba u ħniena speċjali. Fuq ras il- Bambin hemm ukoll kuruna tad-deheb bil-ġawhar. Il-Verġni Mqaddsa f 'idha l-leminija qed iżżomm u tnewwel il-labtu Imqaddes tal-Karmnu. Taħt riġlejha hemm qamar kbir ħafna, simbolu tad-dinjità tagħha bħala Omm Alla. In-naħa t'isfel tal-Madonna nsibu hemm żewġ qaddisin San Xmun Stock fuq il-lemin, b'idejh magħqudin ma' sidru u f 'qagħda ta' qima u kbira u b'għajnejh fissi lejn il-Madonna li qiegħda tnewwillu l-labtu. Fuq in-naħa tax-xellug hemm il- verġni u martri Sant'Agata b'dixx tal-fidda f 'idha x-xellugija u li fih hemm sidirha. F'għajnejha naraw ħarsa speċjali lejn Ġesù u Marija. In-naħa ta' fuq nett hemm ukoll żewġ serafini jittajru u filwaqt li neżlin mis- sema b'idejhom qed iżommu kuruna tad-deheb. Fl-4 ta' Marzu 1942, fit-Tieni Gwerra Dinjija, waqt wieħed mill-attakki li saru fuq il-Belt Valletta, il-knisja tal-Karmnu ntlaqtet mill-bombi tal-għadu u ġarrbet ħsara kbar b'mod speċjali fil-kor. Il-proġett tal-bini tal-knisja l-ġdida beda fit-30 ta' April 1958, meta l-Ġeneral tal-Patrjiet Karmelitani poġġa l-ewwel Santwarju Nazzjonali CLIFFORD GALEA PROPOSTI ġodda li ġew ippubblikati din il-ġimgħa mill-Ministeru tal- Edukazzjoni se jkunu qegħdin jagħmlu bidliet strumentali fit-tmexxija tal-operat tal- Università ta' Malta. Skont il-Ministeru tal-Edukazzjoni dawn il-bidliet se jkunu qegħdin isaħħu l-proċess demokratiku f 'dan l-operat. Bħalissa l-operat tal-Università huwa mifrux fuq żewġ binarji; il-Kunsill li jieħu ħsieb l-operat tal-Università u s-Senat li jieħu ħsieb materji akkademiċi. Il-liġi li qed tiġi proposta se tkun qed tbiddel ħafna mill-operat ta' dan kif ukoll iżid magħhom diversi korpi ta' tmexxija Il-Gvern: Iktar jew inqas indħil? L-abozz propost se jkun qed ibiddel il-kompożizzjoni ta', kemm il-Kunsill tal-Università kif ukoll is-Senat. Il-membri eletti mill-istaff akkademiku, staff amministrattiv u tekniku u mill-istudenti se jiżdiedu minn tlieta għal erbgħa kull wieħed. Apparti minn hekk se jkun hemm membru appuntat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija. Il- membri maħtura mill-Gvern se jitnaqqsu minn 14-il membru għal sebgħa membri. Intant se jkun qed jiżdied in- numru ta' studenti Universitarji li jkunu membri tas-Senat, dan in-numru se jiżdied minn ħamsa għal 10. Apparti minn dan il-Kunsill se jkun obbligat ukoll li jorganizza forum pubbliku darba fis-sena, dan bil-għan li jiddiskuti materji akkademiċi, amministrattivi u finanzjarji. X'sar minna l-proposta ta' korp governattiv? L-abbozz preżentat elimina wkoll l-proposta tal-korp governattiv li kien se jkollu tliet membri minn ħamsa appuntati direttament mill-Gvern. Fil- passat riċenti din il-proposta kienet qajmet furur madwar l-akkademiċi minħabba l-fatt li għal ħafna din kienet tfisser kontroll totali mill-Gvern. Kif se jibda jinħatar ir- Rettur? Ir-rettur tal-Università ser jibda jiġi elett minn Kulleġġ Elettorali minflok mill-Kunsill. Dan l-hekk msejjaħ Kulleġġ Elettorali se jkun kompost minn 10 membri tal-istaff akkademiku tal-Università, 10 membri tal-istaff amministrattiv u tekniku tal-Università, 10 studenti tal-Università, sebgħa membri magħżula mill-Prim Ministru u kif ukoll membru appuntat minn National Skills Council. Sabiex wieħed japplika għal din il-kariga jeħtieġ li jkollu professorship u wara jrid jagħmel 'kampanja' li fiha jispjega l-viżjoni tiegħu għall- Università'. Biex jiġi elett Rettur hemm bżonn il-maġġornanza ta' 50% + 1 tal-membri votanti ta' dan il-kulleġġ. X'qed jipproponi l-Gvern għall-Università? Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jippreżenta l-ewwel abbozz ta' liġi li se jkun qed ibbidel l-operat tal-Università ta' Malta lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018