Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 08 ta' April 2018 16 Opinjoni Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Skużawni, imma ma stajtx inkun magħkom il-ġimgħa l-oħra kelli bżonn nagħmel operazzjoni – bejnietna ssewwejt. Għax il-partner qaltli 'she wants the real thing, no more rubber!' U kif kont qed nirkupra d-dar wasalli tajp privat ta' diskors bejn Xmun u Charles l-Isqof. Ajma ma, jiena mhux ser nikkummenta imma nħalli f 'idejkom ta' Nsara li intom. Xmun: "Hello, Is that you Excellency!" Isqof: "Iva, ta' Simon kif inti?" Xmun: "Ħa ngħidlek eċċelenza, rajta dik il-pastażata ta' Muscat. We have to do something!" Isqof: "Iva, il-mamà kważi xerqet fil- biskuttina u għajjtitli biex narah. Che stronzo, questo Premier. U dak Xandru kif sar, qisu merċenarju." Xmun: "Jien l-istess kont fuq is-sufan u kelli l-partner fuqi, u xħin smajt li smajt, tajtha daqqa ġo ħalqha bi żball tant kont angry." Isqof: "Ma missekx tagħmel hekk, per amor di Dio. Agħmel bħali, meta nkun irrabbjat immur quddiem il-mera u ngħajjar lili nnifsi kemm jien sabiħ u kemm fini raġel." Xmun: "I see, l-aħħar darba li għamilt hekk quddiem il-mera, daret fuqi l-partner u she told me to stop being stupid, u ordnatli biex nerġa' ndawwar ġismi b'xugaman." Isqof: "Tajjeb, imma x'ser nagħmlu Xmun?" Xmun: "Jiena mhux ser noqgħod kwiet, dan qisu Toto Riina tal-Mafja. I do not give a beep beep if Adrian Delia ma jridx li niftaħ ħalqi. Imma jien ser nattakah fuq twitter." Isqof: "Tagħmel sew, anki jien tafx. Għalkemm suppost tajt kelma li noqgħod lura." Fil-backgrawnd- Charles, Charles ħanini, il-banju lest iddumx għax il-bubble bath ma jibqax. Tinsiex . - Ġej Mummy!" Xmun: "Ħa ngħidlek Muscat rufjan u mafjuż, ma nistax għalih aktar, kuljum nitlob li jinżel minn hemm." Isqof: "Jien nitlob ukoll, li n-nies jagħrfu bejn it-tajjeb u l-ħażin, ma nistax nifhem għax is-sena l-oħra fqajt il-ġenna kollha bit-talb u safrattant ara x'ġara." Xmun: "X'taħseb? Taħseb li għalxejn it-talb?" Isqof: "Jien hekk naħseb tafx, għax kieku kwart mit-talb ġie rrekordjat kieku Muscat qiegħed inkarċerat u ikatennat." Xmun: "Imma għalfejn nobogħdu daqshekk?" Isqof: "Jien nistaqsi l-istess ħaġa, imma mbagħad ngħid li verament nobogħdu għax inħobbu ħafna." Xmun: "I think I understand." Isqof: "Veru qed tifhem?" Xmun: "Iva ta, jien nobogħdu għax inħobbu, I love him because I cannot stand him." Isqof: "Anki jien tafx. Bejnietna jien ħadt ir- ruħ meta reġa' rebaħ. Għax trid tammetti ma kienx joqogħdlok ta' Prim Ministru." Xmun: "Taf li qed naqbel miegħek, jiena issa qed nammetti li I was not up for it. Ma kontx kapaċi. Ara vera qed inħossni aħjar li qed inkun sinċier." Isqof: "Jien nemmen li meta tkun sinċier l-aħjar ħaġa fid-dinja, bħal pereżempju l-aħħar darba kont Bormla u kien hemm wieħed u qalli li qisni ż*** ġo bott, u aħjar immur lura ċ-Ċili fost dawk il-qatta' … - fil-backgrawnd – Charles ħanini, ejja ħanini, dawk il-bubbles ser jisparixxu u l-ilma żgur kesaħ, ejja ħalli t-telefon – ħa jkolli mmur Xmun." Xmun: "Ċaw tafx, jien ħa nittwittja, imbagħad ikollok ċans ara x'tista' tagħmel int, blezzjoni." Isqof: "Nome del padre, del figlio e del spirito santo, io ti benedico." Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle minn Carmel Cacopardo L -Awtorità tal- Ippjanar qed toħroġ il-permessi ta' żvilupp għall-pompi tal-petrol u d-dijsil ħerġin bħall-pastizzi. Xi xhur ilu, f 'diskors li għamel il-Prim Ministru kien qal li l-Gvern immexxi minnu jaqbel li karozzi li jaħdmu bil-petrol jew bid-dijsil għandhom jispiċċaw mit-toroq Maltin. Nhar l-10 ta' Settembru 2017 Joseph Muscat kien ħabbar li l-Gvern kien fi ħsiebu li "dalwaqt" jagħti bidu għall- konsultazzjoni pubblika biex ikun stabilit meta u kif għandha tkun implimentata din il- politika li bħala riżultat tagħha jkunu jistgħu jinxtraw biss karozzi li jaħdmu bl-elettriku jew karozzi simili. Għaddew seba' xhur u għadna qed nistennew li jibda dan il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika. Sadanittant, aħna u nistennew, l-ispekulaturi tal- art, bl-għajnuna tal-Awtorità tal-Ippjanar għaddejjin xalata: jippjanaw kif jirrovinaw iktar raba', 3000 metru kwadru kull darba, u dan biex jibnu pompi li ftit ieħor mhux ser ikollna bżonn. Imbagħad x'nagħmlu bl- art li tkun diġà ġiet rovinata? Alternattiva Demokratika taqbel li m'għandniex ħtieġa ta' karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-dijsil fit-toroq tagħna. Fil-fatt kienet l-Alternattiva Demokratika, bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira strateġika ta' Karbonju Żero fil-gżejjer Maltin li fil-Manifest Elettorali tal- aħħar elezzjoni ġenerali poġġiet quddiem l-elettorat din il- proposta speċifika: li fi żmien 20 sena, ċioè sal-2037, għandhom jispiċċaw il-karozzi kollha li jaħdmu bil-petrol u d-dijsil mit-toroq Maltin. L-Alternattiva Demokratika kienet l-uniku partit politiku f 'Malta li kien ċar fuq dan f 'Malta sa minn qabel l-elezzjoni ġenerali. Id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru tal-10 ta' Settembru 2017 kellha twassal għall- konklużjoni loġika li m'għandniex bżonn ta' iktar pompi tal-petrol u d-dijsil. Kien ikun floku kieku tħabbar moratorju immedjat. Fil-fatt messna qegħdin ngħoddu l-ġranet li neħilsu darba għal dejjem mill-karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-dijsil. Bħala riżultat ta' dan messu hu ovvju li fil-futur qarib mhu ser ikollna bżonn l-ebda pompa tal-petrol jew dijsil: dawn għandhom jonqsu mit-80 li għandna llum sa xejn u dan meta tkun implimentata b'mod sħiħ il-politika mħabbra mill-Prim Ministru u li dwarha ilna 7 xhur nistennew il-konsultazzjoni pubblika. M'għandniex bżonn ta' pompi ġodda: imma għandna bżonn li jagħlqu l-pompi li diġà hawn mingħajr ma jinħolqu oħrajn flokhom. L-20 sena proposti minn Alternattiva Demokratika fil-manifest elettorali tal-2017 biex jispiċċaw mit-toroq Maltin karozzi li jaħdmu bil-petrol jew bid-dijsil kienu meqjusa raġonevoli, suffiċjenti u fl- istess direzzjoni ta' deċiżjonijiet politiċi simili li ittieħdu minn pajjiżi oħra. Dan hu żmien biżżejjed biex tkun żviluppata l-infrastruttura nazzjonali meħtieġa għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Hu wkoll biżżejjed biex dawk li għandhom dawn it-tip ta' karozzi jibdew jidraw ftit l-iżvilupp ta' din ir-realtà ġdida bla petrol jew dijsil. Bosta pajjiżi oħra diġà ddeċidew, inkella qegħdin fil- proċess li jiddeċiedu li fit-toroq tagħhom ma jkollhomx iktar karozzi li jaħdmu bil-petrol jew bid-dijsil. Dawn jinkludu n-Norveġja u l-Olanda (it-tnejn sal-2025), il-Ġermanja (sal- 2030), Franza, ir-Renju l-Indja u ċ-Ċina (lkoll sal-2040). Ma jdumx ma jkun hemm oħrajn ukoll. L-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tkompli tinjora dan l-iżvilupp importanti fil-politika tal-pajjiż billi tibqa' għaddejja bl-applikazzjoni tal-politika msejħa 2015 Fuel Service Stations Policy b'mod robotiku. Din il-politika dwar il-pompi tal-petrol u d-dijsil tippermetti qies massimu permissibli ta' 3000 metru kwadru imma l-Awtorità qatt ma qieset li kien neċessarju li tordna tnaqqis fil-qies tal-proposti li kellha quddiema. Għax kollha kellhom il-qies massimu ta' 3000 metru kwadru. Bħala riżultat ta' dan l-Awtorità tal-Ippjanar flok għal pompi qed toħroġ permessi għal żoni massiċċi kummerċjali barra miż-żona tal-iżvilupp. Din hi l-agħar forma ta' spekulazzjoni tal-art u f 'dan il-każ it-tort hu unikament tal-Awtorità tal-Ippjanar. L-Awtorità tal-Ippjanar hi ta' theddida għall-ġenerazzjonijiet futuri. Dan hu l-punt li għamlu ż-żgħażagħ mill-Moviment Graffiti u l-Kamp Emerġenza Ambjent meta nhar il-Ħamis ipprotestaw u ħarbtu laqgħa tal- Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar waqt li dan kien qiegħed jikkunsidra applikazzjoni għall- pompa ġdida tal-petrol u d-dijsil f 'Ħal Luqa. Għandna Awtorità tal-Ippjanar li hi ala bieba mill-ambjent u mill-kwalità tal-ħajja. Bil-provi. L-Awtorità tal- Ippjanar tinkoraġixxi l-ispekulazzjoni tal-art carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt http://carmelcacopardo.wordpress.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018