Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165
illum | Il-Ħadd 08 ta' April 2018 18 Ġ imgħa wara li għadda Għid ieħor reġa' magħna tmiem il-ġimgħa ieħor b'temp mill-isbaħ u bosta attivitajiet fejn wieħed imur. Tassew żmenijiet tar-rebbiegħa huma fost l-isbaħ matul is sena kollha. Biss diffiċli wieħed ma jinnotax l-kontroversji u diskussjonijiet li nqalgħu din il-ġimgħa minħabba l-avvenimenti tal-ġimgħa l-oħra. Bi pjaċir ngħid li t-tradizzjonijiet relatati mal- Knisja f 'Malta għal darba oħra baqgħu ħajjin – mill-variet u l-kostumi mżejna sa ruħ ommhom tal-purċissjoni sal-ħruġ brijjuż tal-Irxoxt tant mistenni f 'Ħadd il-Għid. Mhux talli baqgħu ħajjin dawn it-tradizzjonijiet talli xi kultant wieħed faċli jintilef fix-xinxilli tad-dekorazzjonijiet u diffiċli jieqaf u jaħseb xi rwol tilgħab l-Knisja Kattolika f 'ħajtu speċjalment f 'dan il-perjodu. Iż- żmenijiet inbidlu, bħala soċjetà qed nsiru iktar liberali u l-valuri u l-opnijonijiet tagħna lkoll jinbidlu kontinwament. Diskussjoni li ta' spiss issemmiet din il-ġimgħa hija dik tad-donazzjoni li l-Gvern għamel lil-Puttinu f 'maratoni ta' ġbir ta' fondi organizzata minn Xarabank. Donazzjoni għal kawża bħal din mingħajr ebda dubju hija fiha nfisha ferm pożittiva. L-Ingilterra għext u naf kemm ir-renta, speċjalment f 'Londra, hija għolja. Nista' nimmaġina wkoll il-piż ta' ħsibijiet, inkwiet u stress li jgħaddu minnhom il- ġenituri meta jaraw lil uliedhom jikkombattu mard serju. Huwa għalhekk għan nobbli u ferm bżonjuż dak li tagħmel il-karità Puttinu għal dawn l-familji. Iżda nqgħalu domandi għall- mod kif saret id-donazzjoni. Il-Prim Ministru, permezz ta' telefonata mil-Awstralja ħabbar li l-Gvern ser jgħati €5 miljun minn fondi li ġejjin mil- famuża skema tal-passaporti. Nafu li llum hawn ħafna mezzi ta' komunikazzjoni, minn emails sa posts fuq diversi medja soċjali. Il-mezz li hawn intagħżel, telefonata fuq programm imxandar dirett, huwa mezz li jirrikjedi ċerta loġistika u li bla dubju kien maħsub biex iħalli effett massimu. Biss biss hemm tmien sigħat differenza bejn Malta u l-Awstralja. Mingħajr dubju dan ħadem. Il-magna tal-marketing tal-Gvern għaddejja ġmielha u ta' spiss wieħed jingħata ftit ċans ta' xejn jomgħod dak li jkun qed jisma' u jara. Fi żmien fejn kulħadd aljenat bil-purċissjonijiet u wirjiet ta' ġrajjiet ġejjin mill-Bibbja, donnu kulħadd nesa valur ferm importanti li tant priedka Ġesù – l-umiltà. Membri tal-Partit Nazzjonalista bħal Beppe Fenech Adami u Jason Azzoppardi malajr urew id- diżappunt tagħhom u qabblu din id-donazzjoni ma' waħda ġejja mill-flus li jsiru mil- kriminalità. Messaġġ aħrax mingħand żewġ politikanti li raġġiera żgur m'għandhomx. Il-kontroversja ħadet spinta oħra meta l-Arċisqof Charles Scicluna għamel retweet ta' artiklu ta' The Shift li wkoll jikkumpara d-donazzjoni tal-Gvern ma' waħda ġejja mill-kriminalità. Post li fl-opinjoni tiegħi kienet irresponssabli. Min-naħa l-oħra, diversi segwaċi tal- Partit Laburista esprimew rabja saħansitra li bdiet tiċċirkola petizzjoni ssejjaħ għat-tneħħija tal-Arċisqof Scicluna mill- pożizzjoni tiegħu. Tassew Malta mimlija Nsara. Uħud minn dawk li ċċirkolaw din il-petizzjoni kien ċertu Josef Caruana, uffiċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Bl-istess mod li bih l-Arċisqof Scicluna kellu jrażżan l-opinjoni personali tiegħu ladarba għandu pożizzjoni għolja fil-Knisja f 'Malta, hekk ukoll kellu Josef Caruana juri xiber intelliġenza u kawtela milli jkompli jiċċirkola petizzjoni bħal dik. Fid-dawl ta' dan, il-Gvern irrisponda billi jgħid li l-opinjoni ta' Caruana mhix dik tal-Gvern. Prosit għalina – bħalma Pilatu ħasel idejh milli jieħu deċizjoni jekk Ġesù jgħaddix mill-kalvarju jew le, l-istess għamel l-Gvern. Imma kulħadd jaf illi akkontabilità titlob li jittieħdu passi dixxiplinarji. Kull Gvern għandu dmir li l-ewwel u qabel kollox jindirizza n-nuqqasijiet tas- soċjetà u jnaqqas il-bżonn tal-karità. Ladarba dan stabillit, il-karità hija ġest sabiħ. Però bħalma fil-passat il-Gvern uża mezzi diretti, bħal press release, l-istess seta' jsir f 'dan il-każ. L-umiltà u ġenwinità huma sfortunatament żewġ kwalitajiet li kulma jmur isiru rari. Politikant li tassew għandu għal qalbu il-poplu huwa kapaċi juri empatija b'ġenwinità. Empatija bi spettaklu hija waħda li tħalli dubji kemm hi ġenwina. Ħassejt ukoll li l-Gvern ma kellux għalfejn jispeċifika s-sorsi tal-fondi pubbliċi – iktar u iktar mill-iskema tal-passaporti li għandha mistoqsijiet kbar imdendlin fuq rasha. Madanakollu, ħareġ ukoll li l-Ministru Edward Scicluna stqarr li s-sorsi ta' dawn il-fondi huma allokati mill-baġit. Mhux talli l-Gvern ma kienx fuq paġna waħda rigward din id-donazzjoni, imma għal darba oħra saħħaħ id-dubji li nqalgħu dwar l-għan aħħari ta' din id-donazzjoni; voti jew karità mil-qalb? Povru Puttinu spiċċa ballun politiku – imma dan ma kellux ikun. Kien x'kien l-għan, naħseb li lkoll naqblu li Puttinu se jagħmel użu siewi ta' dawn il-flus. Minn qalbi nirringrazzja lil kull min hu involut f 'Puttinu għal karità kbira li qed issir ma' ħafna tfal u familji Maltin u Għawdxin. 18 Opinjoni Ħassejt ukoll li l-Gvern ma kellux għalfejn jispeċifika s-sorsi tal- fondi pubbliċi – iktar u iktar mill- iskema tal-passaporti li għandha mistoqsijiet kbar imdendlin fuq rasha. Puttinu, Pilatu u l-politika Fi żmien fejn kulħadd aljenat bil- purċissjonijiet u wirjiet ta' ġrajjiet ġejjin mill-Bibbja, donnu kulħadd nesa valur ferm importanti li tant priedka Ġesù – l-umiltà. LEE BUGEJA BARTOLO