Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 08 ta' April 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ................ 1 Hibernians ............... 3 HIBERNIANS ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta' Birkirkara bl-iskor ta' 3-1. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Birkirkara spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta Mislav Andelkovic wettaq foul ikrah fuq Marcelo Dias li kawża tiegħu ntwera t-tieni karta safra u mbagħad il- ħamra. Hibernians skorjaw l-ewwel gowl fit-62 minuta meta Clayton Failla indirizza cross pinġut lejn Jackson Lima li għola tajjeb u minn pożizzjoni tajba tefa' l-ballun fix- xibka. Il-Pawlisti rduppjaw l-iskor fit-68 minuta meta f 'azzjoni kważi foto-kopja għaldik li minnha wasal l-ewwel goal, Jurgen Degabriele xeħet cross mix-xellug lejn Joseph Mbong li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fir-rokna tax- xibka, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel intemm ġewwa. Minuta biss wara, Hibernians issiġillaw ir-rebħa permezz tat- tielet goal meta Jurgen Degabriele, minn ġol- kaxxa venven xutt potenti li ma ta l-ebda ċans lil Kristjan Naumovski. Birkirkara rebħu penalty fid-90 minuta meta Timmy Tabone Desira waqqa' lil Ognjen Rolovic fil- kaxxa u mill-11-il metru nkariga ruħu l-attakkant Montenegrin li permezz ta' xutt ċentrali u fil-baxx tefa' l-ballun fix-xibka. Birkirkara Naumovski, Barbosa Pereira, Guillaumier (Rolovic 67') , Andelkovic, Grech (Herrera 67'), Zammit, Vukanac, Da Silva Gocalves Junior, Aosta Ferreira, Scicluna, Attard (Attard 78') Hibernians Hogg, Vella, Kreuzriegler, Lima (Da Gracia Gomes 81'), Soares (Bezzina 71'), Dias (Pereira Da Silva 66'), Degabriele, Failla, Tabone Desira, Mbong, Agius Referi Malcolm Spiteri JURGEN DEGABRIELE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja t-tielet gowl mit-tlieta ta' Hibernians. Huwa wieħed mill-aqwa plejers Maltin li pproduċa l-futbol Malti f'dawn l-aħħar snin. Hibernians jikkonvinċu u jegħlbu lil Birkirkara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018