Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 08 ta' April 2018 Sports 26 minn Cristian Antony Muscat LIJA A ...................... 1 ST ANDREWS ............. 2 ST Andrews għelbu lil Lija Athletic bl-iskor ta' 2-1 u b'hekk komplew jittamaw li staġun ieħor jilagħbu fil- Premier. Kien biss fid-29 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota fil-partita b'St Andrews ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Degran Jackson kellu x-xutt mid-distanza tiegħu jistampa mal-mimduda qabel ma d-difiża ta' Lija Athletic ikklerjat il-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Lija Athletic wieġbu fit- 33 minuta meta minn azzjoni personali, Erjon Beu, kellu x-xutt ċentrali u fraġli tiegħu jiġi salvat mingħajr wisq diffikultà mill-goalkeeper tas-Saints Matthew Calleja Cremona. Iżda kienu St Andrews li fetħu l-iskor fis-36 minuta meta l-captain Joseph Farrugia indirizza cross preċiż lejn Kevaughn Atkinson li mill-viċin għola tajjeb u antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper ta' Lija Athletic Jonathan Martinelli u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' l-ballun fix-xibka. Fail-ftuħ tat-tieni taqsima, St Andrews komplew fejn ħallew fl-ewwel waħda u fis-46 minuta, Kemar Reid qabeż żewġ plejers avversarji, avvanza tajjeb fil-kaxxa, iżda ma keinx preċiż fil-konklużjoni tiegħu hekk kif kellu x-xutt tiegħu mill-viċin jintemm ftit barra. Disa' minuti wara Kemar Reid tilef ċans tad- deheb li jirdoppja l-iskor għas-Saints meta minn pożizzjoni angulata kellu x-xutt tiegħu jistampa ma' sieq il-wieqfa. Iżda minuta biss wara huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni goal meta l-attakkant Ġamajkan Kevaughn Atkinson ittanta xortih permezz ta' xutt minn tarf il-kaxxa u tefa' l-ballun fix-xibka. Lija Athletic naqqsu l-marġni tal-iskor fis-70 minuta meta Abubakar Bello-Osagie pprovda assist lejn ERJON BEU li permezz ta' xutt angulat fil-baxx tefa' l-ballun fix- xibka. Lija A. Martinelli, Borg, Muscat, Scerri, Bello- Osagie, Sammut, Clinch, Beu, Hirose, Kooh Sona (Sammut 66'), Sidibe St Andrews Calleja Cremona, Borg, Miranda Gomez, Farrugia, Vandelannoite, Martin (Grima 73), Gauci, Atkinson, Jackson (Walker 66'), Reid, Blagrove Referi Luis Miguel Do Nascimento Teixeira (AND) KEVAUGHN ATKINSON Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Irreġistra doppjetta persinali f'din il-partita. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. St Andrews jibqgħu jittamaw li jżommu posthom mal-elite tal-futbol Malti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018