Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 08 ta' April 2018 | illum Sports 27 Ritratt: Joe Borg minn Cristian Antony Muscat NAXXAR L ................. 0 GZIRA U ................... 2 Doppjetta ta' Amadou Samb ikkastigat lil Naxxar Lions, hekk kif Gzira United għelbu lil-Lions bl- iskor ta' 2-0. Naxxar Lions kellhom bidu diżastruż hekk kif wara biss 13-il minuta huma sfaw jilagħbu b'10 players meta r-referee Matthew Degabriele keċċa lil Daren Falzon wara daħla kerha fuq Clifford Gatt Baldhacchino. Ħames minuti wara Gzira United fetħu l-iskor minn penalty meta r-referi Degabriele nnota imbuttatutra fil-kaxxa fuq Mambouana u mill-11- il metru Amadou Samb għeleb lil Polli Gomes. Fis-36 minuta xutt fil-baxx ta' Duane Bonnici għal- Lions ġie salvat b'diffikulta minn Anthony Curmi. Erba' minuti wara Gzira United ħolqu l-periklu meta wara li rċeva minn kross ta' Andrew Cohen, Amadou Samb kellu xutt fi-pront li spiċċa ftit barra. Fis-46 minuta, xutt angulat fil-baxx ta' Haruna Garba għall-maroons għadda tul il-lasti ta' Naxxar Lions u ntemm barra. Fit-53 minuta xutt insidjuż ta' Duane Bonnici għan- Naxxarin kien salvat b'diffikulta minn Curmi. Fis-70 minuta Gzira United skorjaw it-tieni gowl tagħhom, fejn kien Andrew Cohen li beda l-azzjoni qabel kompla lejn Roderick Briffa b'dan jikkrossja fin-nofs, fejn daħal Amadou Samb li b'daqqa ta'ras preċiża tefa' l-ballun ġewwa. Naxxar L. Polli Gomes, Henqriques Caetano, Souza Duarte Junior, Grech, Micallef, Falzon, Bonnici, Bustos (Debono 88'), Belhadj (Cassar 60'), Belhadj (Fenech 85'), De Jesus Messias Gzira U. Curmi, Briffa, Borg, Mambouana, Gatt Baldacchino, Scerri, Bilbao Zarate, Garba (Thackray 65'), Cohen, Samb (Muscat 85'), Okoye. Referi Matthew Degabriele ANDREW COHEN Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil- grawnd. Huwa wieħed mill-aqwa plejers Maltin li pproduċa l-futbol Malti fl-aħħar snin. Doppjetta ta' Amadou Samb tikkastiga lil Naxxar Lions L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiltaqa' uffiċjalment mal-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Isport Ryan Callus ILKUMITAT Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kellu laqgħa uffiċjali mal-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Isport Ryan Callus fejn ġew diskussi diversi temi li jitrattaw l-Isport f 'pajjiżna. Ryan Callus filwaqt li faħħar il-ħidma tal-Għaqda Ġurnalisti Sports faħħar u awgura wkoll lill-ġurnalisti kollha li jirraportaw l-isport li jaħdmu f 'din il-professjoni tant importanti sabiex titkattar aktar il-kultura sportiva f 'pajjiżna. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni emfażizza fuq l-importanza ta' Sport nadif u għamel aċċenn għal-Liġi dwar il-Korruzzjoni fl-Isport li bdiet tiġi diskussa fil- Parlament ftit tal-jiem ilu u liema dibattitu fuqha se jkompli malli jerġa' jiltaqa' l-Parlament wara l-festi tal- Għid. Ryan Callus semma li hu personali fi ħdan il- Board tal-Gvernaturi tal- Awtorita' tal-Artijiet f 'isem l-Opoożizzjoni vvota favur id-deċiżjoni li l-Għaqda Ġurnalisti Sports tingħata binja fil-Belt Valletta sabiex din eventwalment tkun żviluppata f 'Mużew tal-Isport. Tenna jgħid li l-isport għandu jkun mezz li jgħaqqadna bħala poplu fejn nwarrbu l-partiġġjaniżmu sabiex naħdmu flimkien għal rizultati tajbin. Sandro Micallef President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports filwaqt li awgura li r-relazzjoni mal-Partit Nazzjonalista tkompli tisaħħaħ fuq ir-relazzjoni li mbniet matul l-aħħar snin,elenka wkoll it-tliet proposti li l-Għaqda Ġurnalisti Sports qed tressaq b'mod uffiċjali lill-Gvern u lill-Opożizzjoni, liema proposti jekk ikunu attwati, l-Isport f 'pajjiżna jista' jieħu dimensjoni oħra u jitla' aktar 'il fuq fl-aġenda tal-pajjiż. It-Tliet proposti tal- Għaqda Ġurnalisti Sports huma: 1. Il-Partiti Politiċi għandhom iwedgħu fil-programm elettorali tagħhom qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss, li l-Isport jitla' f 'livell ta' Ministeru u ma' jibqax fuq livell ta' Segretarjat Parlamentari. 2. Il-Gvern permezz ta' SportMalta għandu jidentifika 10 Assoċjazzjonijiet Sportivi hekk meqjusa bħala 'organizzati tajjeb' u li l-Isport tagħhom jista' fil-futur qarib jikseb riżultati tanġibbli fix- xena internazzjonali u jassenjalhom permezz ta' secondment, persuna li jaħdem fiċ-ċivil u dan ikun l-Amministratur full time tal-Assoċjazzjoni. Dan għandu jsir wara sejħa interna fiċ-ċivil bil- kundizzjoni li l-ħaddiem jerġa' lura fil-grad oriġinali tiegħu jekk jiddeċidi li jieqaf jaħdem mal- Assoċjazzjoni. 3. Il-Gvern ikompli iżied il-budget għall-Isport għall-assistenza diretta lill-atleti b'miljun ewro fis- sena fuq medda ta' ħames snin u ż-żieda fil-vot tkun irrispettivament jekk f 'dik is-sena partikolari jkunx hemm kompetizzjoni internazzjonali bħal Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar eċċ. Fil-Budget li jressaq il-Gvern ta' kull sena għandu jkun hemm distinzjoni bejn il-vot għall-proġetti kapitali bħal faċilitajiet sportivi u l-vot li jmur direttament għall- assistenza u għat-taħriġ tal-atleti Elite. Id-delegazzjoni tal- Għaqda Ġurnalisti Sports kienet immexxija mill- President Sandro Micallef filwaqt li s-Sur Callus kellu jakkumpanjawh lil diversi membri ta' Team Sport PN. Il-Membri tal-Eżekuttiv tal-ĠĦĠS imkien mal-Onorevoli Ryan Callus Ritratt: MFA Ritratt - Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018