Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 08 ta' April 2018 Sports 28 L-ebda rebbieħ d-Derby ta' Merseyside minn Cristian Antony Muscat FIDDERBY ta' Merseyside, ma rriżulta l-ebda rebbieħ hekk kif Everton u Liverpool temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. F'konfront ieħer AFC Bournemouth u Crystal Palace temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ieħor iżda din id-darba ta' 2-2. Brighton & Hove Albion u Huddersfield Town temmew il-partita fi draw ta' 1-1 fejn bl- istess skor intemmet il-partita bejn WBA u Swansea City. Tottenham Hotspur barra minn darhom għelbu l-isfida ta' Stoe City bl-iskor ta' 2-1 biex b'hekk komplew jimpressjonaw u jisfidaw biex jiksbu post fil- UEFA Champions League. F'kofront ieħor, Burnley barra minn darhom għelbu lil Watford bl-iskor ta' 2-1. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn Leicester City u Newcastle United, bil-Magpies ikunu huma li barra minn darhom joħorġu rebbieħa. Intant, fis-Serie A fl-Italja, Juventus barra minn darhom ikkonvinċew u għelbu lil Benevento bl-iskor ta' 4-2. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 7 ta' April Everton vs Liverpool 0-0 AFC Bournemouth vs Crystal Palace 2-2 Brighton & Hove Albion vs Huddersfield Town 1-1 Leicester City vs Newcastle United 1-2 Stoke City vs Tottenham Hotspur 1-2 Watford vs Burnley 1-2 West Bromwich Albion vs Swansea City 1-1 FIXTURES Il-Ħadd 8 ta' April 15:15 Arsenal vs Southampton 17:30 Chelsea vs West Ham United Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 7 ta' April Benevento vs Juventus 2-4 Il-Ħadd 8 ta' April 12:30 Torino vs Inter 15:00 Crotone vs Bologna 15:00 Hellas Verona vs Cagliari 15:00 SSC Napoli vs ChievoVerona 18:00 Udinese vs Lazio 20:45 AC Milan vs Sassuolo Dominic Calvert-Lewin jiddispra wara li tilef ċans tad-deheb li jiskorja għal Everton ILBIERAĦ fil-Port il-Kbir fil-Belt Valletta saret ir- Regatta Tradizzjonali ta' Jum il-Ħelsien liema data ġiet imressqa minħabba li l-31 ta' Marzu ta' din is- sena ħabat Sibt il-Għid. Kienu Birżebbuġa li rebħu l-Kategorija Open għat- tieni darba fl-istorja tal- club, bl-oħra tkun fl-2015. Sar-raba' tiġrija, huma kienu fit-tieni post wara Bormla biex kienet l-aħħar tiġrija, dik tal- Pass ta' b'Erbgħa li kellha tiddeċiedi kollox. Iżda kellha tintuża l-photo- finish biex Birżebbuġa ġew dikjarati rebbieħa segwiti minn Marsamxett u Marsa. Kategorija B ntrebħet minn Bormla li kellhom do¬minju assoluti hekk kif erba' tiġrijiet minn ħamsa b'dik li fallew tkun it-tiġrija tal-frejgatina bi tmunier meta spiċċaw fit-tieni post. Din kienet ir-raba' tiġrija li bil-punti li kisbu, Bormla aċċertaw mir-rebħ tax- Shield biex il-ħames waħda kienet biss formalitá. Saret ukoll it-tiġrija tal- veterani tal-Pass b'Erbgħa li kienet komposta minn nofs il-korsa. Din intrebħet minn Marsamxett, bl- ekwipaġġ ikun iffurmat minn Ronnie Zammit, Martin Mifsud, Sandro Zammit u Jesmond Debattista. Dawn kienu segwiti minn Bormla, l-Isla u l-Birgu. Riżultati: Kategorija Open Dgħajjes (A) - Tal-Midalji b'erba' imqadef 1. Birżebbuġa - Ħin: 5'53"; 2. Bormla; 3. Marsa u Marsamxett Frejgatini b'żewġ imqadef u tmunier 1. Marsa - Ħin: 6'49"; 2. Birżebbuġa; 3. Bormla Dgħajjes (C) - Tal-Pass b'żewġ imqadef 1. Bormla - Ħin: 5'56"; 2. Marsamxett; 3. Isla Kajjikki b'zewġ imqadef 1. Marsa - Ħin: 6'44"; 2. Birżebbuġa; 3. Bormla Tal-Pass ta' b'Erbgħa 1. Birżebbuġa - Ħin: 5'41"; 2. Marsamxett; 3. Marsa Klassifika Finali: 60 - Birżebbuġa; 40 - Bormla; 35 - Marsa; 31 - Marsamxett; 6 - Isla; 0 - Birgu u Kalkara Kategorija B Dgħajjes (C) - Tal-Pass b'żewġ imqadef 1. Bormla - Ħin: 6'17"; 2. Marsamxett; 3. Kalkara Kajjikki b'żewġ imqadef 1. Bormla - Ħin: 6'55"; 2. Isla; 3. Kalkara Dgħajjes (A) - Tal-Midalji b'erba' imqadef 1. Bormla - Ħin: 5'11"; 2. Birżebbuġa; 3. Isla Frejgatini b'żewġ imqadef u tmunier 1. Isla - Ħin: 7'29"; 2. Bormla; 3. Birżebbuġa Dgħajjes (B) - Tal-Pass b'erba' imqadef 1. Bormla - Ħin: 5'54"; 2. Marsamxett; 3. Birżebbuġa Klassifika Finali: 84 - Bormla; 28 - Marsamxett; 26 - Isla; 24 - Birżebbuġa; 10 - Kalkara; 0 - Birgu u Marsa Birzebbugia jirbħu x-shield r-Regatta ta' Jum il-Ħelsien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018