Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 08 ta' April 2018 Ta' Azzopardi jgħidu li l-ammont ta' tonn se jibqa' l-istess bi 12-il gaġġa iktar ...Tkompli minn paġna 1 FILPETIZZJONI Nicolai Abela jfakkar kif matul is-sajf tal-2016, il-kosta tal-Grigal ta' Malta partikolarment il-kosta ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar, il-Qawra u x-Xemxija esperjenzaw ammont kbir ta' ħmieġ permezz ta' żjut u ħama li ġej mill-gaġeġ tat-tonn. Dan il-ħmieġ wassal biex il-baħar ma kienx tajjeb għall-għawm u anke rwejjaħ partikolari xejn pjaċevoli f 'żona frekwentata minn eluf ta' Maltin u turisti f 'dan iż- żmien. Id-deċiżjoni biex ikunu rilokati l-gaġeġ ta' Azzopardi Fisheries ittieħdet minħabba l-furur kbir li qajjem il-fatt li l-kosta spiċċat mimlija ħmieġ. F'risposta għal domanda Parlamentari lura fi Frar li għadda l-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera kkonferma li kienu nstabu 10 gaġeġ li l-istess kumpanija kienet qed topera b'mod illegali. Id-Deputat tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia kien qal illi ritratti mill-ajru juru illi azzjoni kontra gaġeġ illegali għadhom ma ttiħdux. Fil- fatt Abela, fil-petizzjoni li qed jibgħat lill-Parlament qed jgħid ukoll illi filwaqt li rapport finali dwar l-impatt għandu jkun lest ix-xahar id-dieħel, xorta ħarġet din l-applikazzjoni. "F'Jannar u Frar ta' din is-sena in-numru ta' gaġeġ żdiedu għal 22 illegalment," jgħid Abela. "Saru protesti lill-Awtorità tal-Ippjanar u l-ERA imma s-sitwazzjoni baqgħet l-istess... minkejja li l-gaġeġ tressqu aktar 'il barra xorta jeżisti r-riskju li nesperjenzaw l-istess ħmieġ u epidemija tal-2016 minħabba ż-żieda fil-gaġeġ. L-awtoritajiet jidhru li la għandhom poter u lanqas interess biex isibu rimedju għal din is-sitwazjoni." Il-kumpanija ta' Azzopardi Fisheries qed tgħid illi qed tagħmel din l-applikazzjoni "fid- dawl ta' kuntratti eżistenti ma' sajjieda li kellhom ikunu onorati. L-istess ammont ta' tonn kellu jkun mixtri bħas-snin ta' qabel bil- konsegwenza li d-densità fil- gaġeġ kienet id-doppju ta' snin preċedenti." AJD Tuna iżda qed tinsisti li minkejja ż-żieda fin-numru ta' gaġeġ, l-ammont ta' tonn se jibqa' l-istess. Fil- Project Describtion miktub minn Krista Farrugia minn ADI Associates jingħad illi l-ammont tat-tonn se jibqa' l-istess, b'toqol ta' 3,300 tunnellata. "Il-volum mhux se jinbidel bħala riżultat tal-estensjoni," jinsisti r-rapport. Ikompli jgħid illi dak li se jinbidel se tkun id-densità. Il-gaġeġ, li se jkunu 50 metru fid-diametru u 42 metru fondi se jkunu jifilħu 138 tunnellata tonn, kuntrarjament għal 275 tunnellata ta' toqol li hemm bħalissa. Fl-istess deskrizzjoni l-kumpanija tispjega kif il-problema fl-2016 kienet li l-kumpanija kienet xtrat il-ħut li jintuża għall-ikel tat-tonn minn fornitur differenti mill-Marokk, li imbagħad irriżulta li kien qed joffri prodott ta' kwalità inferjuri. Ta' Azzopardi kien imbagħad biddel il-fornitur u minflok il-ħut qed ikun importat mill-Olanda. AJD Tuna tħaddem bejn 40 u 45 persuna full-time u 40 persuna part-time. Dik ta' Abela hija waħda mill-uniċi tliet petizzjonijiet mal-Parlament Malti. Hija wkoll l-akbar waħda minnhom, f 'termini ta' firem. Intant ma' din il-gazzetta l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia spjega kif issa l-petizzjoni se tkun qed tmur quddiem il-Kumitat tal-petizzjonijiet li huwa mmexxi mid-Deputat Laburista Chris Agius fejn tkun diskussa u jekk ikun hemm ħtieġa li tittieħed azzjoni, tittieħed. Ma' din il-gazzetta Farrugia spjega kif il-Petizzjoni lill- Parlament hija sinjal ċar ta' kemm id-demokrazija parlamenetari qed taħdem iktar viċin taċ-ċittadin, hekk kif issa il-poplu għandu mod ieħor ta' kif jindirizza sitwazzjonijiet, bidliet, żvilupp jew kwistjonijiet li jħoss li jeħtieġ isemma' leħnu dwarhom fil- Parlament. Abela jgħid li l-awtoritajiet m'għandhomx l-interess biex isibu rimedju agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham l-applikazzjoni "fid- Project Describtion miktub 40 u 45 persuna full-time u TN 201624 EXTENSION TO AN EXISTING TUNA FARM OPERATION OFF THE NORTHEAST COAST OF MALTA PROJECT DESCRIPTION STATEMENT Version 1: January 2018 It-tonn; sors ta' ikel, profitt u xogħol Is-sid ta' AJD Tuna, mal-avukat tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018