Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165
Il-Ħadd 08 ta' April 2018 | illum Sports 31 fit-Tielet Diviżjoni - jekk jaqbillux jew le hija kwistjoni twila oħra. Li kieku dan iseħħ fejn tara lil Victoria Hotsurs jikkompetu - fl-Ewel Diviżjoni jew saħansitra fil- Kampjonat Premier? Dejjem jibdew mit-Tielet Diviżjoni, però nemmen illi timijiet bħal Victoria Hotspurs, Nadur Youngsters u Xewkija Tigers jistgħu dejjem ikunu fl-ogħla livell tal-Ewwel Diviżjoni jew f 'nofs il-klassifika tal-Premier - jiddependi mill-investiment li jkollhom disponibbli fil-mument. Sfortunatament, il-futbol m'għadux jitħares fit-tul imma sena sena. Jekk din is-sena tkun b'saħħtek finanzjarjament timxi, jekk le tnaqqas l-andament. X'tikkummenta fuq l-istadia li fihom tilagħbu f 'Għawdex fosthom il-Gozo Stadium, il-Kerċem Stadium u s-Sannat Stadium? Dawn kif jikkuparaw ma' dawk li fihom jintlagħbu l-partiti mill-Kampjonati Maltin? Bħalissa, qed nilagħbu fil-Gozo Stadium illi huwa fi stat tajjeb ħafna. Il-Kerċem Stadium huwa grawnd żgħir illi jiffavorixxi lit-tim anqas ikkwotat u s-Sannat Stadium mhux jintuża minħabba xogħol ta' manutenzjoni. F'Malta bla dubju hemm għażla vasta ta' grawnds, però l-Gozo Stadium huwa fost l-aqwa grawnds fil-gżejjer Maltin, fejn nikkomparah mal-Hibernians Stadium bħala art. Int li ssegwi mill-qrib ukoll il-futbol Malti, kif tikkompara l-futbol Għawdxi ma'dak Malti? Fil-futbol Għawdxi hemm aktar qalb u namur għal- logħba per se. Il-logħba għadha aktar tradizzjonali. Il-futbol Malti sar iktar negozju fis-sens illi l-presidenti huma aktar ossessjonati fuq il-preżent immedjat u m'għandhomx paċenzja illi jibnu fuq il- preżent fis- sens illi peressli daħlu ħafna plejers barranin, il-plejer sar oġġett aktar milli plejer kif nafuh aħna. Naraw plejers barranin ġejjin u sejrin qishom pastizzi, u bħala kowċ ma tkun tista' qatt tibni għax il- paċenzja u s-sapport huma limitati. X'tikkummenta fuq il- ħidma preżenti tal-GFA? Bħalissa, il-GFA hija wieqfa fis-sens ta' ideat innovattivi u strutturi ġodda għall- klabbs. Hemm bżonn ta' aktar ħeġġa u għajnuna sabiex il-futbol f 'Għawdex jitjieb, però kif nafu ħafna mid-deċiżjonijiet jittieħdu mill-klabbs fejn kulħadd jitkellem kif jaqbel lilu! Xi rwol kellu l-kumitat ħabrieki mmexxi mill- president Anton Tabone f 'dan ir-rebħ tal- Kampjonat? L-irwol tal-kumitat kien illi jgħin fit-tmexxija finanzjarja u attwali tal-klabb flimkien mal- president illi dejjem taw is-sostenn tagħhom biex jgħaqqdu lill-plejers billi jorganizzawlhom diversi attivitajiet. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala kowċ ta' Victoria Hotspurs? F'dan il-mument, Victoria Hostpurs jinsabu fis-seba' sema u l-ambizzjonijiet se jkunu biex nibqgħu nitilgħu 'l fuq u nissaħħu. Għal kull kowċ dawn ikunu aħbarijiet sbieħ għaliex li jkun hemm sfida, huwa sabiħ ħafna. U x'kien l-ikbar sodisfazzjon li ġab miegħu dan il-kampjonat għalik? Is-sodisfazzjon illi bnejna tim ġdid u wasalna fejn wasalna. Mhux faċli tibni tim ġdid u tirbaħ il- Kampjonat mal-ewwel! X'ringrazzjamenti tixtieq tgħaddi wara r-rebħ ta' dan il-Kampjonat? Ovvjament, bħal dejjem nirringrazzja lill-president Anton Tabone, lill-kumitat, lit-team manager Marvin Zegu u lill-kowċ Ruben Mercieca illi flimkien għaqqadna tim kompetenti, u mhux b'anqas lill-plejers illi taw il-kontribut massimu u urew ħeġġa liema bħala sessjoni wara sessjoni, logħba wara logħba! Għaddi messaġġ lill- partitarji kollha ta' Victoria Hotpurs fi tmiem staġun trijonfanti bħal dan. Naturalment inħeġġeġ lill-partitarji biex għal dawn il-logħbiet li għad baqa' jibqgħu jitilgħu l-Gozo Stadium bi ħġarhom biex ikomplu jagħtu s-sapport massimu lill-benjamini tagħhom sabiex inkomplu dejjem nissaħħu u nagħtu l-massimu tagħna f 'kull partita. Ritratt: James Bianchi dipartiment u dan għen għas-suċċess finali' Huwa kowċ bravu u ħabrieki ta' Victoria Hotspurs li huma ċ-Champions il-ġodda tal-Futbol Għawdxi. Fil-passat mexxa wkoll lil Nadur Youngsters bħala kowċ. Huwa wkoll kummentatur tekniku fuq l-istazzjon nazzjonali Malti. Gothard Conti "Bħalissa, il-GFA hija wieqfa fis-sens ta' ideat innovattivi u strutturi ġodda għall-klabbs. Hemm bżonn ta' aktar ħeġġa u għajnuna sabiex il-futbol f 'Għawdex jitjieb, però kif nafu ħafna mid-deċiżjonijiet jittieħdu mill-klabbs fejn kulħadd jitkellem kif jaqbel lilu!"