Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165
5 Il-Ħadd 08 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet FL2016 Malta kienet fost l-erba' pajjiżi illi raw tnaqqis fin-numru ta' intrapriżi kbar, magħrufin aħjar bħala 'high growth', meta mqabbel mal- 2016. Fil-fatt ċifri tal-Eurostat li ħarġu din il-ġimgħa juru kif Malta rreġistrat tnaqqis ta' 18% f 'dak li jirrigwarda dawn it-tip ta' intrapriżi u dan meta l-medja fl-Unjoni Ewropea kienet żieda ta' 14%. Kumpaniji 'High Growth' huma definiti bħala dawk b'żieda medja annwali ta' ħaddiema ta' iktar minn 10% kull sena fl-ewwel tliet snin u li jkunu bdew b'minimu ta' 10 ħaddiema, meta fil-fatt ikun beda dan it-tkabbir. Madwar l-UE dawn it-tip ta' intrapriżi jħaddmu madwar 15- il miljun ħaddiem. Ma' Malta, il-pajjiżi l-oħrajn li raw tnaqqis huma l-Latvja (-38%), l-Estonja (-30%) u l-Finlandja (-4%). Min-naħa l-oħra l-aktar pajjiż li ra żieda f 'kumpaniji kbar li joperaw fil-pajjiż kien Ċipru b'żieda qawwija ħafna ta' 104%, anke jekk in-numru ta' intrapriżi 'high growth' huma ta' 98 biss. Żidiet oħrajn kienu reġistrati fir-Rumanija (+34%), Slovenja (+29%), Spanja (+27%) u l-Italja u Franza fejn iż-żieda kienet ta' 26%. Iċ-ċifri maħruġin mill- Eurostat juru wkoll illi l-akbar żieda madwar l-Unjoni Ewropea ta' kumpaniji 'high growth' kienu fost dawk tal- akkomodazzjoni u servizzi. Hawnhekk iż-żieda kienet ta' 20.6%. It-tieni l-akbar żieda kienet f 'kumpaniji kbar tal- komunikazzjoni (+15.4%) u t-tielet l-akbar tkabbir kien fil- kumpaniji ta' trasport u ħażna (+14.7%). Żidiet oħrajn seħħew fil-kostruzzjoni, manifattura u bejgħ ta' proprjetà fost oħrajn. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Malta fost l-erba' pajjiżi fl-UE li raw tnaqqis fl-intrapriżi kbar fl-2016 Kumpaniji 'high growth' iħaddmu 15-il miljun ħaddiem madwar l-UE Minn Albert Gauci Cunningham TMIEM il-ġimgħa għal ħafna żgħażagħ ifisser ħruġ, rilassament, divertiment u ħin mal-ħbieb u familja. U naqra xogħol, jekk huwa possibbli, tipprova tiskansah f 'dawn il-jiem. U li ż-żgħażagħ Maltin ma jħobbux jaħdmu fi tmiem il- ġimgħa tirrifletti wkoll fiċ-ċifri tal-Eurostat, hekk kif pajjiżna jiġi mal-grupp ta' pajjiżi li għandu fost l-inqas żgħażagħ li jaħdmu fi tmiem il-ġimgħa. Madwar 26% biss taż- żgħażagħ Maltin jaħdmu fi tmiem il-ġimgħa, li jikkumpara mas-47% fil-Greċja, 40% fl-Italja, 38% fl-Irlanda u 36% f 'Ċipru u l-Olanda. L-inqas pajjiż illi fih iż- żgħażagħ jaħdmu fi tmiem il-ġimgħa huwa l-Ungerija fejn huma 11% biss li jaħdmu bejn is-Sibt u l-Ħadd. Fil-Portugal 12% biss jaħdmu fi tmiem il-ġimgħa, il-Polonja 13% u 18% biss taż-żgħażagħ tar- Repubblika Ċeka u tal-Kroazja jaħdmu f 'dawn il-jumejn. L-istess statistika tal-Eurostat turi li huwa aktar probabli illi ż-żgħażagħ li għandhom livell baxx ta' edukazzjoni jaħdmu fi tmiem il-ġimgħa, fil-fatt 37% taż-żgħażagħ li jaqgħu f 'din il-kategorija jaħdmu s-Sibt u/ jew il-Ħadd. Warajhom b'33% hemm dawk iż-żgħażagħ b'livell medju ta' edukazzjoni, b'20% biss taż-żgħażagħ b'edukazzjoni terzjarja jaħdmu fi tmiem il-ġimgħa. Dan jista' jindika wkoll it-tip ta' xogħolijiet li jinsabu fihom, b'impjiegi fis-settur tas-servizzi, akkomodazzjoni u anke tal- ħwient jaħdmu wkoll matul tmiem il-ġimgħa. Lanqas kelb ma trid tara jaħdem bħal-lum! Xogħol fi tmiem il-ġimgħa? Iż-żgħażagħ Maltin jippreferu jiddevertu u jirrilassaw... MADWAR l-Unjoni Ewropea kollha madwar 630 miljun litru ta' whisky kienu prodotti fl-2012. Dan huwa 90 miljun litru inqas mis-sena 2015 u 170 miljun litru inqas mill- quċċata tal-bejgħ fl-2012. Fl- 2016 il-produzzjoni tal-whisky kienet ekwivalenti għal ftit iktar minn 1.2 litri ta' alkoħol pur għal kull ras, għall-valur ta' €4.4 biljun. L-ikbar produttur tal- whisky huwa r-Renju Unit bi produzzjoni ta' €3.7 biljun, dan huwa 85% tat-total tal- UE, jiġifieri kważi disa' minn kull 10 fliexken whisky ġejjin mar-Renju Unit. Dan il-pajjiż huwa allura l-akbar esportatur ta' dan il-prodott tant li fl-2016 biss biegħ b'madwar €5 biljuni f 'whisky. Min-naħa l-oħra l-akbar importatur tal-whisky hija Franza li importat €750 miljun fl-2016 biss jew 24% tal-valur tal-importazzjoni kollha fl-UE. Il-Ġermanja jimpurtaw b'€441 miljun, Spanja jimpurtaw b'€372 miljun u l-Olanda b'€264 miljun. Dak il-grokk! Jagħmluh l-Ingliżi u jixorbu ħafna minnu l-Franċiżi