Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 08 ta' April 2018 Il-maġġoranza tal-inċidenti jsiru bejn id-9.00am u t-3.00pm 25% ta' dawk kollha involuti f 'inċidenti tat-traffi ku kienu qed isuqu mutur FLAĦĦAR tliet xhur tas-sena, il-maġġoranza tal-inċidenti tat-traffiku seħħew bejn id-9.00am u t-3.00pm. Fil-perjodu ta' bejn Ottubru u Diċembru tas-sena l-oħra seħħew 3,450 inċident, b'40% minnhom isiru f 'dawn il-ħinijiet. Dawn iċ-ċifri ġew ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), li tat ħarsa lejn kull tip ta' inċident li seħħ fit-toroq Maltin tul dawn ix-xhur. Skont l-istess pubblikazzjoni, sfortunatament, l-aktar ġurnata illi fiha ġew irreġistrati diżgrazzji tat- traffiku kienet dik tal- Ħadd, b'16.3% tal-aċċidenti kollha. Apparti minn hekk l-aktar ġurnata illi fiha ġew irreġistrati aċċidenti tat- traffiku kienet dik tal-Erbgħa. L-aktar lokalità li fih ġew irreġistrati aċċidenti kienet Birkirkara fejn f 'dawn it-tliet xhur seħħew 329 aċċident. Din il-lokalità kienet segwita b'Ħal Qormi u l-Msida b'188 u 146 inċident rispettivament. B'kollox f 'Għawdex seħħew 150 aċċident, 10 anqas mis-sena ta' qabel. Apparti minn hekk in-numru ta' inċidenti tat- traffiku rrapportati fl-aħħar 3 xhur tas-sena 2017 laħaq it-3,450, żieda ta' 1.4% mill- istess perjodu komparattiv fl- 2016. Iż-żona tan-naħa ta' fuq kienet l-aktar żona li fiha saru inċidenti b'40% tal-inċidenti kollha jsiru hawn. Min-naħa l-oħra, fl-istess perjodu ġew irreġistrati 667 inċident fin- naħa t'isfel ta' Malta. F'dawn l-istess tliet xhur kien hemm 92 inċident tat-traffiku li kien jinvolvi mutur u minn dawn, 24 sofrew ġrieħi gravi. Fl-istess perjodu minn 134 inċident tat-traffiku li kien jinvolvi karozza, 18 weġġgħu gravi. L-istess ċifri wrew li, mill-persuni kollha involuti f 'inċident tat-traffiku, l-irġiel kienu l-aktar li sofrew grieħi gravi, b'total ta' 20 % tal-aċċidenti kollha. 15% tan-nisa involuti f 'inċidenti sofrew ġrieħi gravi. Intant, l-akbar ammont ta' vittmi tat- traffiku kienu f 'vetturi privati (64%), segwiti minn muturi (24.9%). Bejn Ottubru u Diċembru kienu żewġ persuni li tilfu ħajjithom, sewwieq ta' mutur u persuna li kienet miexja fit-triq. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter ILMINISTRU għal Għawdex Justyne Caruana nediet it-tieni edizzjoni ta' Science in the Citadel. Din l-attività għall- familja kollha se tittella' s-Sibt, 28 ta' April bejn l-10 ta' filgħodu u t-8 ta' filgħaxija u se tkun mifruxa madwar il-bini taċ- Ċittadella. Il-Ministru Caruana qalet li dan il-festival marbut max-xjenza hu importanti ferm u interessanti għax jesponi sa minn età żgħira lil uliedna għad-dinja tax-xjenza. Il- Ministru qalet li llum il-ġurnata bl-avvanzi teknoloġiċi li qed isiru, jeħtieġ li nkunu ppreparati u festivals bħal dawn iwassluna qrib id-dinja teknoloġika u xjentifika. Dan il-festival jikkombina tajjeb mal-viżjoni tal-gvern li qed jadotta f 'pajjiżna fejn qed tiżdied il-ħidma f 'oqsma oħrajn bħat-teknoloġika tal-informatika u bħax-xjenza fid-diversità vasta tagħha. Il-Ministru Caruana faħħret l-inizjattiva fejn is-settur volontarju, dak edukattiv u dak kummerċjali ngħaqdu flimkien biex jesploraw x'inhi x-xjenza, xi sfidi u x'opportunitajiet toffri filwaqt li jesponi l-potenzjal f 'Għawdex. Collenn Bower, l-organizzatriċi tal-festival, ipprovdiet dettalji tal-esebiti li wieħed jista' jiltaqa' magħhom. Fost is-suġġetti esposti hemm ix-xjenza marittima u dik agrikola, l-intelliġenza artifiċjali u l-logħob diġitali. Is-Sinjura Bower irringrazzjat lill-Ministeru għal Għawdex tal-appoġġ sostanzjali li qed jingħata din is-sena kif ukoll għall-għajnuna u għall- parteċipazzjoni minn għadd ta' sponsors. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit ta' Facebook, Science in the Citadel. Ix-xjenza fiċ-Ċittadella ILMINISTRU għall- Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal- Kummerċ Carmelo Abela u l-kontraparti Awstraljana tiegħu Julie Bishop esprimew il-fiduċja tagħhom li r-relazzjonijiet tajbin ħafna li diġà jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi se jibqgħu jissaħħu. Iż-żewġ ministri ltaqgħu nhar il-Ħamis, 5 ta' April 2018 fil-belt kapitali tal-Istat ta' Queensland, Brisbane. Il-materji ta' interess bilaterali li ddiskutew kienu jinkludu modi kif jista' jiżdied il-kummerċ bejn Malta u l-Awstralja kif ukoll kif jistgħu jitkattru l-kuntatti kulturali u bejn in- nies. Il-Ministru Abela iżża ħajr lill- Ministru Bishop għad- dikjarazzjoni ta' appoġġ ta' pajjiżha biex Malta jirnexxilha tikseb siġġu mhux permanenti fil- Kunsill tas-Sigurtà tan- Nazzjonijiet Magħquda fl-2023-24. Iż-żewġ ministri tkellmu wkoll dwar il- Laqgħa tal-Kapijiet ta' Stat tal-Commonwealth (CHOGM 2018) li se ssir Londra bejn is-16 u l-20 ta' April u li fiha t-tnejn li huma se jkunu qed jakkumpanjaw lill- prim ministru tal-pajjiż rispettiv tagħhom. Qablu dwar il-ħtieġa li l-Commonwealth tingħata nifs ġdid iżda mingħajr ma jitwarrbu l-valuri fundamentali tal-organizzazzjoni. Skambjaw ukoll fehmiet dwar kwistjonijiet ta' interess internazzjonali fosthom dwar l-attakk ta' Salisbury u r-riperkussjonijiet tiegħu. Il-Ministru Abela kien Brisbane bħala parti mid-delegazzjoni uffiċjali li kienet qed takkumpanja lill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt żjara uffiċjali li għamel fl-Awstralja. Waqt il-laqgħa mal- Ministru Bishop, kien akkumanjat mis- Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall- Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Fiona Formosa, mill- Kummissarju Għoli ta' Malta għall-Awstralja Charles Muscat, mill- Konslu Onorarju ta' Malta fi Brisbane Sandra Micallef u mis-Segretarju Privat Alessandro Mangion. Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta' Malta u tal-Awstralja jiddiskutu kwist- jonijiet ta' interess bilaterali u dinji