Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Il-Ħadd 08 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter S'issa Simon Busuttil mhux fuq il-lista tal-kandidati • Mal-ILLUM jgħid li għadu kmieni wisq u m'għandu assolutament l-ebda pjan dwar dan • Is-Sindku Samuel Azzopardi mal-PN fuq Għawdex HEKK kif l-elezzjonijet f 'Malta għall-Membri tal-Parlament Ewropew (MEP), qegħdin dejjem jersqu viċin, numru ta' sorsi qrib sew il- Partit Nazzjonalista żvelaw mal-ILLUM li l-eks Kap u MEP tal- Partit Nazzjonalista Simon Busuttil s'issa m'għandux ħsieb li jikkontesta l-elezzjoni li jmiss tal- Parlament Ewropew (PE) li se ssir f 'Ġunju 2019. Mistoqsi minn din il-gazzetta Busuttil qal; "m'għandi assolutament ebda pjanijiet dwar jekk noħroġx jew le. Għadu kmieni wisq." Fl-elezzjonijiet tal- PE tal-2004 u tal- 2009 hu kien kiseb total ta' 128,681 vot; b'58,899 vot fl-2004 u 69,782 vot fl-2009 rispettivament. Għal bosta fil-Partit Nazzjonalista l-preżenza ta' Busuttil fuq il-karta tal-vot tfisser aktar voti għall-istess partit f 'elezzjoni li ftit nies jaħsbu li qatt jista' jirbaħ. Dan minħabba illi Busuttil huwa l-aktar kandidat f 'dawn it-tip ta' elezzjonijiet li qatt kiseb voti u li kieku joħroġ il-probabiltà hi li jerġa' jżid fuq l-ammonti li ġab fl-2004 u fl-2009. Fil-fatt fl-2009, Busuttil kiseb 68.4% tal-voti kollha li kiseb il-Partit Nazzjonalista fl-ewwel għadd f 'dik l-elezzjoni u iktar minn wieħed minn kull erba' voti mitfugħa fl-ewwel għadd fl-istess elezzjoni, b'27.7%. Fl-2004, sena wara biss li Malta saret stat membru tal-Unjoni Ewropea, Simon Busuttil kien kiseb 60.2% tal-voti kollha tal-PN fl-ewwel għadd u 24% tal-voti kollha mitfugħa f 'dik l-elezzjoni. L-eqreb li kien ġie għal Busuttil kien ir-rivali tiegħu fl-aħħar elezzjoni u l-Prim Ministru preżenti Joseph Muscat meta fl-2004 akkwista, 36,958 vot tal-ewwel għadd (31% tal-voti kollha fl-ewwel għadd li kiseb il-PL). Skont l-istess sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta, jidher li l-kandidat għall-PN minn Għawdex se jkun is-Sindku tar-Rabat, Samuel Azzopardi. Fl-2016, Azzopardi kien ġie sospiż mill-kariga tiegħu u mill-Partit Nazzjonalista wara li kien involut f 'inċident tat-traffiku meta kien qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol. Wara li kien spiċċa l-każ tal-Qorti, Azzopardi reġa' aċċetta l-kariga ta' Sindku. Wara xi żmien 'il bogħod mill- prominenza politika, Azzopardi reġa' beda jidher fit-tiġrija tal-Kap Nazzjonalista ta' Awwissu li għadda, meta hemmhekk ta l-appoġġ b'mod apert lil Adrian Delia. Is-sindku tar-Rabat hu wkoll in-neputi tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Frederick Azzopardi, li kif kienet żvelat l-ILLUM f 'Settembru li għadda kien wieħed mill- membri parlamentari favoriti biex iċedu s-siġġu lil Delia. Fil- fatt Delia flimkien mat-tim tiegħu kellhom laqgħat ma' Azzopardi fid-dar tiegħu. Apparti minn dan, jidher li l-kunsillier Nazzjonalista ta' Ħal Qormi, Jerome Caruana Cilia, li għal żmien twil kien imsemmi bħala kandidat prospettiv għall-Ewropa wkoll mhux biħsiebu joħroġ għall- elezzjoni tal-2019. Jidher li l-kandidat favorit tad-Dar Ċentrali mhu ħadd ħlief l-avukat u preżentatur popolari, Frank Psaila. Avolja l-ebda kandidat għadu ma ġie approvat mill-eżekuttiv tal-PN, f 'Novembru li għadda Psaila ħabbar il- kandidatura tiegħu fuq Facebook. Apparti minn hekk huwa evidenti li Psaila diġà beda jipprepara sabiex jilħaq il-miri politiċi tiegħu, hekk kif huwa wieħed mill- aktar nies li qed ikunu preżenti f 'attivatijiet man-nies li fihom ikun hemm Delia. Intant il- lista ta' kandidati għall-PN tinkludi t-tliet membri preżenti. Roberta Metsola u David Casa li tnejn se jkunu qegħdin jikkontestaw għat-tielet sena ssusegwenti. Min-naħa l-oħra, Francis Zammit Dimech se jkun qed jerġa' jikkonesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għat-tieni darba. Fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew jiġifieri dik tal-2014, il-Partit Nazzjonalista kien għal darb'oħra tilef il-maġġoranza ta' voti hekk kif b'kollox ġab 40% tal-voti totali meta kkomparat mal- 53.3% li kiseb il-Partit Laburista.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018