Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 08 ta' April 2018 Aħbarijiet Iktar kmieni din il-ġimgħa l-Partit Nazzjonalista ressaq numru ta' proposti għall-Kunsilli Lokali ta' pajjiżna, fost l-aktar li sar aċċenn dwarhom kien hemm proposti biex il-Kunsilli Lokali jkunu aktar parteċipi fil-qasam soċjali u fl-għajnuna għal dawk li huma vulnerabbli, l-importanza li kulħadd ikun integrat fis-soċjetà u li l-barranin ikollhom sehem ukoll f 'dak kollu li huwa marbut mal- valuri u tradizzjonijiet ta' pajjiżna, kif ukoll is- siġurtà. Il-Gazzetta ILLUM tagħti ħarsa ħafifa lejn ftit mill-proposti tal-PN u tanalizzahom ukoll. Il-PN bl-ewwel 80 proposta minn mindu sar Kap Adrian Delia. X'inhuma wħud minnhom? Liema jagħmlu ħafna sens? Liema huma biss bżieżaq populisti? U x'jgħidu l-ewwel proposti ta' Delia dwar il-PN illum? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Għassa f 'kull lokalità miftuħa Għases miftuħin u pulizija 'tal-lokal' • Fost il-proposti interessanti tal-PN hemm dik li kull lokalità jkollha għassa li tkun miftuħa l-ħin kollu. Fil-fatt hemm għasses diversi, speċjalment dawk ta' lokalitajiet iżgħar li bħalissa ma jiftħux 24 siegħa kuljum. Qed jipproponi wkoll li dawn ikunu mgħammrin u attrezzati "għaż- żminijet tal-lum." Il-PN ma jsemmi xejn dwar Paceville u lanqas dwar talbiet għal għassa ikbar fil-Qawra. • Il-PN iżda qed jipproponi illi f 'lokalitajiet bħal Tas-Sliema, il-Qawra, Buġibba, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, San Ġiljan, Paceville u Birżebbuġa, meqjusin bħala żoni turistiċi jkun hemm 'Tourism Police'. • Il-PN qed jipproponi li parti mill- Korp tal-Pulizija jkun stazzjonat f 'lokalità waħda, li ma jkunx jista' jiċċaqlaq minnha (għajr għal raġuni verament ġusta) u li jkunu parti minn sezzjoni magħrufa bħala Community Policing. Il- Kunsill Lokali, tgħid il-proposta, ikollu d-dritt jitlob lil dawn il-Pulizja biex jinvestigaw ilmenti diversi rigward traffiku, trasport, ordni pubblika u infurzar. • Il-PN qed jipproponi din is- sezzjoni bil-għan li l-Pulizija jkunu aktar familjari kemm mal- lokalità kif ukoll mar-residenti. Bħalissa pulizija jista' jitpoġġa u jitneħħa minn għassa b'deċiżjoni tal-Kummissarju u 'skont l-esiġenzi tas-servizz.' Kumitat soċjali b'ħidma ma' anzjani, ħabsin, persuni bi bżonnijiet speċjali... • Il-PN qed jipproponi li kull Kunsill Lokali jkollu kunsillier responsabbli mill- qasam soċjali, li jkun imexxi l-Kumitat Soċjali f 'kull Kunsill. • Dan il-Kunsill għandu jaħdem l-aktar ma' dawk li huma vulnerabbli. Ir-rapport isemmi, fost oħrajn, persuni bi problemi ta' housing, anzjani u l-carers tagħhom, familji fil-faqar jew f 'riskju ta' faqar, eks ħabsin, vittmi ta' vjolenza domestika u oħrajn. • Kull Kunsill għandu jagħmel riċerka soċjali, kull ftit żmien bl-għajnuna tal-Gvern biex ikunu stabbiliti r-realtajiet soċjali f 'dik il-lokalità. Barranin, sindki u aktar... • F'punt partikolari r-rapport jgħid illi kulħadd għandu jħossu integrat inkluż dawk ir-residenti barranin. Iżda hawnhekk ir- rapport ikompli jgħid hekk: 'Din l-integrazzjoni trid tasal b'tali mod li dawn ir-residenti jsiru midħla tat-tradizzjonijiet lokali u nazzjonali u jieħdu parti attiva f 'ħafna minn dawn it-tradizzjonijiet... dawn l-istess residenti jridu jifhmu li issa qed jiffurmaw parti minn komunità ġdida li għandha tradizzjonijiet magħġunin b'valuri u li jridu jadattaw ruħhom għalihom." • Dwar is-sindki l-PN qed jgħid illi għandha tkun evalwata l-possibilità li dawn ikunu full time, għalkemm mhux qed jieħu pożizzjoni ċara dwar dan. • Il-proposti jinkludu wkoll il- bżonn li l-Kunsilli jingħataw għajnuna biex jinħolqu spazji u santwarji żgħar għall-annimali li jgħixu fit-toroq. Kampanja ta' edukazzjoni dwar is-saħħa u l-istil ta' ħajja • Il-PN qed jisħaq illi appart kollox il-Kunsilli Lokali m'għandhomx jibqgħu biss xi ħaġa relatata mal-infrastruttura u l-bankini, imma jmorru oltrè minn hekk. Fil-fatt il-Partit qed jipproponi li l-Kunsill iservi tal- post minn fejn ir-residenti jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni u biex ikun hu li jorganizza attivitajiet li jindirizzaw il- ħajja sana. Il-proposta ssemmi problemi ta' saħħa bħal dementia, dijabetè, obeżità u s-saħħa mentali. • Il-PN qed jipproponi li kull Kunsill jiġi mgħejjun mill-Gvern biex ikunu żviluppati gyms fil- miftuħ. Fil-fatt hemm numru ta' lokalitajiet fejn dawn diġà saru fosthom Marsaskala u San Pawl il-Baħar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018