Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 22 ta' April 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 42 36 79 73 59 12 57 20 Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Marsa Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovi- ja, Santa Venera Rational Pharmacy, 74/75, Triq il- Wied, Birkirkara Pharmaland Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions,Triq il-Princi- pessa Margerita, Ta' Xbiex Penny Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi Norman's Pharmacy, 133, High Street, Sliema Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Balzan St. Louis Pharmacy, Triq Cali', Mosta Brown's Village Pharmacy, Main Street, Mellieħa Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla St Elias Pharmacy, St Elias Street, Xgħajra St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Għaxaq Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Qrendi Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Batu Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria St. John's Pharmacy, 85, Triq l-Indip- endenza, Xewkija Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir l-aktar mill-Punent għall- Majjistral BAĦAR: Ħafif L-OGĦLA: 23˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir il-biċċa l-kbira msaħħab u b'xi ħalbiet iżolati tax-xita mal-jum, u mbagħad isir sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra f'xi ħalbiet tax- xita RIĦ: Punent il-Lbiċ forza 2 għal 3 li jsir varjabbli BAĦAR Ħafif Kwart tal-Maltin jilmentaw minħabba storbju fejn joqogħdu Minn Liam Carter GĦANDEK xi ġirien jagħmlu l-istorbju? Tgerger minħabba t-traffiku kbir fit-triq tiegħek? Hemm xi ħadd li joħroġ mill-garraxx first u second fis-1am? Iddejjaqt tieħu l-gammumila biex tipprova torqod? Tista' tikkonsla hekk kif stħarriġ li għandu kif ġie ppubblikat din il-ġimgħa mill-European Statistics on Income and Living Conditions Survey (SILC) sab li 25.3% tal- Maltin ilmentaw dwar storbju li jkun hemm fit-triq tagħhom. Skont l-istess stħarriġ dan l-istorbju jiġi ikkawżat minn attività kummerċjali, traffiku, fabbriki jew inkella mill- ġirien tagħhom. Apparti minn dan, sikwit tinħoloq id-diskussjoni dwar iktar spazji miftuħa, ġonna, u żoni ħodor hekk kif għal ħafna dawn iffisru kwalità ogħla ta' ħajja. L-istess rapport li stħarreġ il-kundizzjonijiet li ċ-ċittadini Maltin u dawk Ewropej jgħixu fihom ikkonkluda wkoll li 26.8% ta' dawk il-Maltin li wieġbu qalu li t-tniġġiż tal-arja u problemi oħra relatati mal-ambjent kienu inkwetatni ferm għal kwalità ta'għajxien tagħhom. Intant 10% ta' dawk li wieġbu qalu li l-kriminalità, il- vjolenza u l-vandaliżmu huma affarijiet inkwetanti għal-livell ta' għejxien tagħhom. Skont l-istess stħarriġ l-aktar reġjun li fih kienu rrapportati dawn il-problemi u oħrajn kien fir-reġjun tat- Tramuntana tal-Port, fejn kienu rrapportati 50% tal- każijiet kollha f 'dan l-istħarriġ. Din iż-żona tinkludi fiha, il- lokalitajiet ta' Tas-Sliema, San Ġiljan u Paceville tliet żoni li fihom qed issir ammont kbir ta' xogħol ta' kostruzzjoni apparti l-fatt li huma rinomati bħala lokalitajiet tad- divertiment. Aqra iktar dwar il- konklużjonijiet tar-rapport fuq paġna 7. Missjoni b'suċċess: l-istudenti universitarji issa jistgħu jivvutaw onlajn ŻEWĠ żgħażagħ irnexxielhom jagħmlu pressjoni sabiex tinbidel is-sistema ta' votazzjoni fl- elezzjonijiet universitarji. Kmieni din il-ġimgħa Dario Cacopardo u Nathaniel Falzon żewġ żgħażagħ li qegħdin jistudjaw fl-Università ta' Malta pproponew diversi emendi sabiex jinbidel l-istatut tal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji (KSU), bl-għan aħħari jkun li l-elezzjonijiet għall-karigi fl-istess kunsill jibdew jsiru onlajn. Fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu Dario Cocopardo qal; "Sfortunatament, f 'dawn l-aħħar snin, l-elezzjonijiet għall-kunsill tal-istudenti tal-Università ta' Malta esperjenzaw rati ta' parteċipazzjoni baxxi kważi 28%, bl-implimentazzjoni ta' sistema diġitali jinħoloq aktar opportunità biex jiżdied l-interess, il-parteċipazzjoni, jiżdied id-dibattitu u l-maturità filwaqt ukoll li jipprovdu kundizzjonijiet ugwali għall- kandidati kollha," saħaq Cacopardo. L-ilment ta' Cacopardo u Falzon, it-tnejn studenti indipendenti, kiseb l-appoġġ ta' bosta studenti u eks studenti oħrajn u għalhekk nhar l-Erbgħa li għadda ż-żewġ studenti ppreżentaw numru ta' emendi fl-istatut tal-KSU waqt il-laqgħa Ġenerali Annwali 2018, emendi li kienu aċċettati mill-kunsill u b'hekk l-elezzjonijiet ta' dan ix- xahar se jkunu qed jingħataw dinamika ġdida. F'kummenti li hu ta wara li ġew approvati dawn il- proposti, Cacopardo spjega li "għall-dawn l-elezzjonijiet se tintuża s-sistema eżistenti li bħalissa qed tiġi utilizzata f 'elezzjonijiet interni fi ħdan l-Università, madankollu l-Kummissjoni Elettorali tal- KSU se jkollha awtonomija sħiħa fl-elezzjoni," saħaq Cacopardo. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018