Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189
11 Il-Ħadd 22 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet għażliet quddiem Muscat Muscat jista' juri illi qed jieħu nota tal-aħħar żviluppi relatati ma' '17 Black', juri illi mhux se jaċċetta dawn l-affarijiet, imma fl-istess ħin jgħid li se joqgħod biss fuq dak li tiddeċiedi l-Qorti. Jekk jagħmel dan ikollu raġun sa ċertu punt biss. Fis-sens li jkun qed juri illi lest jieħu deċiżjoni imma qed jiddeċiedi li jibqa' jipposponiha sad- deċiżjoni li toħroġ mill-Qorti bbażata fuq dak li huwa purament legali u skont il-liġi. Filwaqt li għal darb'oħra dan jagħmel sens, dan jittradixxi għajtiet passati ta' Muscat meta tkellem dwar il-korruzzjoni. Il- Partit Laburista kien jikkwota, meta kien jitkellem dwar l-iskandlu taż-żejt, lill-awditur meta kien qal li dwar dan il- każ 'sab id-duħħan imma mhux in-nar.' Dak iż-żmien il-PL kien jinsisti li la hemm 'd-duħħan', politiku (Austin Gatt) għandu jirreżenja, anke jekk sal-ġurnata tal-lum, legalment, qatt ma nstabet ebda prova li Gatt kien imdaħħal f 'dan il-każ ta' korruzzjoni jew għad-dirittura huwa korrott. Ir-rifjut ta' Muscat li jneħħi lil dawn it-tnejn meta issa duħħan hemm u hemm ħafna, ikun inkonsistenza kbira mat-twemmin tal-istess PL fuq il-korruzzjoni bejn l-2008 u l-2013. Jinsisti li se jistenna lill-Qorti... Għażla oħra, għalkemm iċ-ċans li jieħu din it-triq tista' tkun pjuttost remota hija li jiddeċiedi li jirreżenja u miegħu jinżlu Keith Schembri u Konrad Mizzi u b'hekk il-kwistjoni tkun magħluqa darba għal dejjem. Il-Partit Laburista ifittex xi ħadd ieħor biex imexxih u kull min b'xi mod kellu kuntatt ma' dan il-każ ma jibqax. Iċ-ċansijiet li Muscat jieħu din l-għażla, anke jekk ikun xi ftit imħajjar, huma żgħar ħafna minħabba li ebda politiku ma jrid li jkollu ħruġ daqstant inglorjuż. Muscat, bħal kull politiku stuż bħalu jaf sew illi riżenja hija l-agħar mod kif tagħlaq separju politiku għax 1) riżenja hija ammissjoni ta' falliment 2) riżenja f 'dan il-każ tkompli ssaħħaħ l-idea fost bosta illi Muscat huwa intrinsikament marbut ma' dawn iż-żewġ personaġġi u 3) għaliex ammissjoni ta' żball fuq dan il-każ jipperikolalu l-futur politiku lil hinn minn xtutna. Riżenja issa tfisser ukoll illi jitlef l-opportunità li jerġa' jmur quddiem l-elettorat u jittama għal rebħa kbira oħra b'distakk kbir fl-2019. Għalkemm teżisti din l-għażla, il-probabilità kbira hija li ma jmurx għaliha Muscat. Jinżel hu u jagħlaq kollox