Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189
Il-Ħadd 22 ta' April 2018 | illum Intervista 13 ġol-ħajt... xi ħadd li joħroġ u jerġa' jidħol' "Min jieħu d-droga ma għandux ikun ma' priġunieri oħra" Jacob tkellem ukoll fuq id-diviżjonijiet fil-ħabs. Sal- età ta' 21 sena, Jacob kien fid-diviżjoni apposta għar- residenti żgħar. "Kien żmien tal-biża'. Naħseb kien l-agħar żmien." Minn hemm, il-priġunieri żgħar ittieħdu l-Imtaħleb u wara programm li għamel biex jegħleb il-vizzju tad- droga, Jacob tpoġġa' mal- priġunieri kollha jkun xi jkun il-każ. Staqsejna lil Jacob jekk jaqbilx li l-priġunieri kollha jintefgħu f 'keffa waħda. "La qiegħed hemm ġew kulħadd fl-istess dgħajsa. Kulħadd żbalja," qal Jacob iżda ma jaqbilx li persuna li qed tiskonta sentenza minħabba traffikar jew pussess tad- droga titpoġġa ma' priġunieri oħra, waqt li fakkar f 'dak li ġara lilu. "Jekk qatt ma missejt xejn għaliex se titfani ma' xi ħadd li jieħu? Illum jew għada se taqa' żgur, b'saħħtek kemm int b'saħħtek, anke jekk qatt ma tkun ħadd." Iżda ikrah kemm kien ikrah dan iż-żmien, Jacob iħoss li kiber u ħareġ aktar b'saħħtu għalkemm jibqa' bir-rimors li tilef ħafna żmien. RISe tagħmel id-differenza kollha… Jacob kien wieħed mill- ewwel residenti li niżlu fiċ-ċentru tar-riabilitazzjoni tal-Fondazzjoni RISe fil- Belt Valletta. Għalkemm ma kienx jaf x'se jiġri u ma bdew jifhmu xejn, Jacob sab dak li fi kliemu kien nieqes fil-ħabs, jiġifieri l-attenzjoni personali. Fil-fatt, ir-residenti jkollhom diversi laqgħat personali ma' diversi professjonisti, bil-għan li jingħataw dak li għandhom bżonn. "Mill-ewwel tinduna li hawn xi ħadd li jixtieq jgħinek. Mill-ewwel tħossok tajjeb," spjega Jacob. Tant hu hekk, li għalkemm Jacob issa huwa liberu, ma ġiex jaqa' u jqum, iżda għadu jmur ta' spiss jitkellem u jagħti daqqa t' id fejn ikun hemm bżonn. Forsi l-aktar ħaġa pożittiva hija li Jacob, bis-saħħa tar- riforma u l-għajnuna li kiseb, irnexxielu jikseb l-istess post tax-xogħol li kellu qabel ma' daħal il-ħabs. Ftit ftit, ir-residenti taċ- ċentru ta' riabilitazzjoni tar-RISe, jibdew joħorġu mal-familja u anke għax- xogħol. Skont Jacob din hija xi ħaġa pożittiva ħafna, għax fi kliemu, meta toħroġ, "issib it-tapit mifrux u mhux toħroġ mingħajr ma tkun taf x'laqtek." RISe tgħin ukoll lill- priġunieri biex jibdew jibnu ftit ftit ir-relazzjonijiet li kellhom, kemm mal-familja u anke mal-ħbieb jew inkella s-sieħeb jew is-sieħba. "Ngħix bil-biża'… imma ftit biżaġ' tajba." "Fil-verità jien nemmen li l-programm jibda hemm barra," insista Jacob. "Ikollok kemm ikollok saħħa, tista' terġa' taqa' f 'żewġ minuti. Anke jkollok argument ma' ommok jew mat-tfajla. Moħħok jerġa' jmur hemm." Imma tibża'? "Illum ngħix bil-biża'… imma ftit biża' tajba! Inħares lura u nużah għall-quddiem," insista Jacob. In-nies mhux dejjem jgħinuk. Bħall-ħajja normali, Jacob qal li ssib minn iridlek il-ġid u min iridlek id-deni. "Jiena nimxi ġurnata b'ġurnata… Meta tiġi tentazzjoni niġġildilha… s'issa miexi għalkemm mhux kollox ward u żahar," qal Jacob. "Jekk tmiss darba mal- ħabs u ma tgħidlux le, terġa' tidħol." "Kollox iġġib lura… iż- żmien le" Lil dawk iż-żgħażagħ li għaddejin mill-istess esperjenza tiegħu u bħalu kienu jipprovaw jaħarbu mis- soċjetà, Jacob ħeġġiġhom biex ma jiddejqux ifittxu l-għajnuna. "Waħdek mhux se tasal… b'saħħtek kemm inti b'saħħtek mhux tasal żgur. Jekk waqajt ġo ħofra trid lil xi ħadd biex iwaddablek il-ħabel. L-ewwel ħaġa li trid tagħmel hija li taċċetta li qiegħed fi żball, qiegħed ġo ħofra. Minn hemm, jekk għandek ir-rieda, se timxi żgur… investu fiż-żmien li għandkom. Jekk tlift mowbajl, ix-xogħol jew elf ewro se ġġibhom. Imma ż-żmien ma ġġibu qatt." *Jacob huwa isem fittizju