Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189
15 Il-Ħadd 22 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet FI tmiem in-niżla ta' Triq ix-Xatt, li twasslek għax- xatt pittoresk Kalkariż, hemm żona li hi magħrufa bħala, tax-Xewkija. Preżentement f 'din iż- żona, li tlaqqa' flimkien il- belt storika tal-Birgu mar- raħal kwiet tal-Kalkara hemm numru ta' karrijiet, opri tal-baħar u oġġetti oħra mitluqin fiż-żona u li qed ikerrhu mhux ftit id-daħla tal-Kalkara. Apparti mill-istat ta' rovina li ħafna minn dawn l-karrijiet u bċejjeċ tal-baħar jinsabu fihom, il- maġġoranza tagħhom huma wkoll mingħajr l-ebda indetifikazzjoni, jiġifieri numru jew identifikazzjoni tas-sid. Għalhekk din il-ġimgħa l-awtoritajiet tal-Gvern Malti niżlu l-Kalkara u waħħlu diversi avviżi ta' żgumbrar fuq dawn l-oġġetti. Ikkuntattjata mill- gazzetta ILLUM, is-Sindku Kalkariża Speranza Chircop saħqet li,"in-nies Kalkariżi kienu ilhom igergru fuq dawn l-oġġetti u għalkemm ma kienx il- Kunsill li ħareġ l-ordni ta' infurzar xorta waħda jilqa' dan l-iżvilupp." Skont l-avviż (ara ritratt), is-sidien ta' dawn bċejjeċ tal-baħar għandhom ġimgħa ċans sabiex iħottu l-proprjetà privata tagħhom. Jekk fil-ħin stipulat mill-awtoritajiet ikkonċernati dan ma jsirx, il-Pulizija ma jkunx fadlilha għażla ħlief li tuża l-forza bl-iżgombru jagħmel tajjeb għalih sid l-proprjetà. Skont il-liġi attwali l-awtoritajiet jistgħu jiddisponu minn kull oġġett ta' ingombru li jkun qiegħed joħloq xi diżordni, inkonvenjent jew ostaklu u li jkun qiegħed f 'post jew f 'żona li fiha ma jkunx permess. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Avviż ta' żgombru għal opri tal- baħar fix-xatt tal-Kalkara L-AD titlob li jkunu ċċarati l-pjanijiet għas-surrogat "IDDISKUSSJONI dwar l-emendi għal-liġi tal- IVF għandha tkun iktar tolleranti ta' veduti li jikkuntrastaw. F'materji ta' kuntrast ta' valuri etiċi huwa essenzjali li l-liġi proposta stess tkun tirrispetta dan. Għal dan l-iskop Alternattiva Demokratika qed tipproponi li min għal raġunijiet ta' kuxjenza jkun tal-fehma li m'għandux jagħmel użu mill-proċess tal-iffriżar tal-embrijuni għandu jkollu l-opinjoni tiegħu rispettata u għaldaqstant għandu jkollu d-dritt ta' opt-out minn dan." Dan qaluh illum Carmel Cacopardo, Chairperson u Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali huma u ippubblikaw dokument bil-pożizzjoni tal-Alternattiva Demokratika dwar l-emendi għal-liġi tal- IVF liema dokument huwa anness. Filwaqt li Alternattiva Demokratika taqbel mal-linja ġenerali tal-emendi, li jinfetaħ iktar l-aċċess għall-IVF, tħoss il-ħtieġa li tissottolinea li: 1) għandna nirrispettaw il-pluralità ta' valuri etiċi fil-pajjiż u għaldaqstant għandu jkun possibli li persuna li għal raġunijiet ta' kuxjenza ma taċċettax l-iffriżar tal-embrijuni jkollha l-opinjoni tagħha rispettata u per konsegwenza jkun possibli li tagħmel użu mis-servizz tal-IVF b'din il-limitazzjoni, (opt-out etiku mill-iffrizar): dan id-dritt għandu jkun rikonoxxut minn stat lajk; 2) li f 'kull ħin għandu jkun rispettat id-dritt tal-informazzjoni, kemm tal-persuna li ser tirċievi d-donazzjoni tal-isperma jew il-bajda kif ukoll ta' kull wild li jirriżulta, id-dritt tal-informazzjoni jfisser li l-identità ta' min ikun qed jagħmel id-donazzjoni għandha tkun magħrufa kemm lil min ikun ser jirċievi d-donazzjoni, kif ukoll lill-ulied ġġenerati meta dawn jagħlqu is- 16-il sena: is-segretezza mhix aċċettabbli; 3) li hu neċessarju li jsir screening tal-isperma u l-bajda għal mard trasmess ġenetikament; 4) nifhmu li s-surrogacy qed tkun proposta bil- kundizzjoni li dan ma jkunx kummerċjalizzat, però għadu mhux ċar kif dan ser isir għax ġaladarba jkun infetaħ il-bieb ser ikun diffiċli li jkun hemm kontrolli effettivi tal- kummerċjalizzazzjoni; 5) il- proposta tal-addozzjoni tal- embrijuni ma jidhirx li tista' tkun implimentata u teħtieġ diskussjoni iktar profonda. Fid-dawl ta' dan Alternattiva Demokratika mill-ġdid tafferma l-ħtieġa li f 'soċjetà li tħaddan il- pluraliżmu etiku nirrispettaw iktar l-opinjonijiet ta' xulxin. Ovvjament, l-iktar mumenti fejn hu meħtieġ dan ir-rispett hu fejn il- fehmiet jikkuntrastaw: għax fejn dawn jaqblu ma hemm bżonn l-ebda sforz! Hemm bżonn iktar ħsieb u inqas għaġla biex l-abbozz ippreżentat ikun jista' jiġi mtejjeb. "F'soċjetà li tħaddan il-pluraliżmu etiku ma hemm post għall-ebda tip ta' fundamentaliżmu," ikkonkludew Cacopardo u Cassar. kundizzjoni li dan ma jkunx kummerċjalizzat, però għadu mhux ċar kif dan ser isir għax ġaladarba jkun infetaħ il-bieb ser ikun diffiċli li jkun hemm kontrolli effettivi tal- kummerċjalizzazzjoni; 5) il- proposta tal-addozzjoni tal- embrijuni ma jidhirx li tista' tkun implimentata u teħtieġ diskussjoni iktar profonda. Alternattiva Demokratika mill-ġdid tafferma l-ħtieġa pluraliżmu etiku nirrispettaw xulxin. Ovvjament, l-iktar mumenti fejn hu meħtieġ ippreżentat ikun jista' jiġi tip ta' fundamentaliżmu," ikkonkludew Cacopardo u Tgħid ukoll illi jidher li l-adozzjoni tal-embrijuni ma tistax tkun implimentata...