Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 22 ta' April 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Ekonomija bħal riħ, skuża għal governanza fil-fossa? BĦALISSA l-ekonomija tal-pajjiż sejra tajjeb. Anke jekk mhux ma' kull min titkellem, xorta huma ħafna dawk li jħossu li fil-pajjiż hawn ix-xogħol, hawn in- negozju u r-rota qiegħda ddur. Din mhux realtà li tinħass biss, imma hija r-realtà li qed tidher f 'ċifri li qed jinħarġu minn żmien għal żmien u li jitrattaw ix-xogħol, il-Prodott Gross Domestiku, l-ottimiżu fin-negozju u anke numri relatati mat-turiżmu. Imma, u hawn hi l-'imma' importanti, ekonomija b'saħħitha, li qed tiġġenera x-xogħol u toħloq il-ġid bħal dik ta' Malta ma tiġix u m'għandha qatt tiġi a skapitù ta' fatturi oħrajn daqstant importanti, bħalm'hu l-bżonn tat- trasparenza, l-awto- dixxiplina fost it-tmexxija tal-pajjiż, il-bżonn ta' governanza tajba u l-vera meritokrazija. Għax il-poplu fil- maġġoranza tiegħu jidher li hu kuntent bil-ġid li nħoloq f 'dawn l-erba' snin, ma jagħti liċenzja lil ħadd biex minn wara dahar il- poplu jagħmel xi kuntratt biex jagħti proprjetà pubblika li xi ħadd li ma nafux min hu jew min hi, u li għadhom s'issa (bil-wiċċ tost kollu), anke wara li telqu mill-pajjiż, ma tawx rendikont ta' fejn marru l-miljuni. Ġimgħat wara, anke jekk mietet mill-aġenda tal- pajjiż għax ġiet sorpassata minn mistoqsijiet oħrajn, dwar il-każ Panama, dan l-editorjal għadu qed jesiġi risposti lill-poplu. Imnejn sa fejn, jiġi xi ħadd f 'pajjiżna b'passat dubjuż u bla track-record ta' xejn, jieħu f 'idejh tliet sptarijiet pubbliċi, ma jwettaqx dak li kellu jwettaq, jingħata flus pubbliċi (tiegħek u tal-familja tiegħek), il- kuntratturi ma jitħallsux u nħalluh jitlaq? Imnejn sa fejn? Mela pajjiżna xi free-for-all? Mela hawn xi ġungla? Jekk kollox sar kif suppost u jekk il-poplu ngħatalu lura dak li kien imissu tal-ħlas li għamel lill-Vitals Global Healthcare, minn butu, mela allura llum qabel għada l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne għandu jippubblika rendikont sħiħ ta' fejn marru l-flus. Il-fatt li pajjiżna sejjer tajjeb u għandu fost l-iktar ekonomiji b'saħħithom fl-Unjoni Ewropea, grazzi wkoll għal miżuri għaqlin li daħħal dan il-Gvern, ma jfissirx li għandna naqbdu l-istandards fil-politika u ndawruhom kif jaqbel lilna. Kulħadd jagħmel li jrid u li jogħġbu. Min irid jagħmel li jrid u li jogħġbu missu baqa' barra mill- politika. Meta persuna ta' awtorità, jekk hux Ministru jew uffiċjal għoli tal-Gvern, Laburist jew Nazzjonalist, jiftaħ kont jew kumpanija fil-Panama (jew f 'kwalunkwe ġurisdizzjoni magħrufa għas-segretezza) mingħajr ma jgħid lil ħadd u ftit wara li jkun sar Ministru jew uffiċjal ikun qed jesponi lilu nnifsu u lill-Gvern għal skrutinju rett, ikun jesponi lilu nnifsu u lill-Gvern għad-dubju u allura jkun qed jesponi lilu nnifsu u lill-Gvern għaċ-ċans li xi darba jekk jegħreq hu, jgħerreq lill-partit u forsi, forsi lill-pajjiż miegħu wkoll. U dan Muscat jafu! U għax jafu kien imissu għamel dak li hu mistenni minnu żmien ilu. Kieku llum mhux qegħdin hawn. Kieku llum id-dubji qegħdin fuq xi ħadd li jieħu lura l-kariga biss jekk ikun pruvat innoċenti u 'l fuq minn kull dubju reali (mhux dak ikkreat). Kieku llum il-Gvern mhux qiegħed jiffaċċja din is- sitwazzjoni. Joseph Muscat, ħafna drabi qabel l-elezzjoni kien jgħid li dwar l-akkuża ta' Egrant jekk jinstab li din hija vera, jew jekk imqar ikun hemm xi dubju li hija vera huwa jirreżenja. Innotaw 'verità' jew 'imqar l-iċken dubju ta' verità'. Jekk Muscat lest jitfa' rasu daqstant taħt il-mannara għalih innifsu, għaliex jidher li qed jiddejjaq juża l-istess riga għal ħaddieħor? Għax il-poplu, jew parti sew mill-poplu, jidher li hu kuntent b'ekonomija għaddejja riħ, u sew jagħmel, u għax dan il- Gvern għandu mandat b'saħħtu ħafna ma jfissirx li nistgħu naqbdu l-prinċipji tal-governanza u narmuhom fil-fossa! Waħda ma tiġix à skapitu tal-oħra. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018