Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

Il-Ħadd 22 ta' April 2018 | illum 21 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Issa li beda ż-żodijaku ta' Taurus għalik ser ikun ifisser dan ser iġib miegħu taqlib u dan il-perjodu ser joffrilek opportunità pożittiva mmens f'kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat int se tinqata; imma jekk dejjem int temmen fik innifsek aktar tkun kapaċi tegħleb l-ostakli u dan huwa ż-żmien fl-astroloġija li jgħinek tagħraf issib lilek innifsek. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: blu u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 277 u 28 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Scorpio Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Issa li beda ż-żodijaku ta' Taurus għalik ser ikun ifisser li dan ser iġib miegħu perjodu ta' taqlib u int trid toqgħod ftit aktar attent minn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħtih importanza. Minħabba f 'hekk l-effett issa se jinħass madwarek, għalhekk malli tara ċertu ċaqliq li mhux se jogħġbok u għandek tilqa' sabiex ma jinħolqux sitwazzjonijiet ikkomplikati żżejjed. Namaste. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: aħdar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 26 u 28 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Libra Pisces huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Issa li beda ż-żodijaku ta' Taurus għalik ser ikun ifisser li trattab rasek minn mument għall-ieħor. Dan għaliex issa, aktar minn qatt qabel ser ikun effettiv dak il-karattru iebes tiegħek. Dan jaf ikun ta' xkiel kemm mill-att ta' karriera u wisq aktar jekk għandek relazzjoni. Għalhekk uża aktar moħħok milli qalbek, hekk biss timxi aktar 'il quddiem. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 26 u 28 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius Aries huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Issa li beda ż-żodijaku tal-istilla tiegħek, int bħala Taurus għalik dan ifisser li ser ikollok ftit ta' taqbida sabiex tagħraf aktar timxi b'moħħok milli b'qalbek Għal dawn il-ftit ġimgħat qalbek ħalliha fil-kexxun! Dan biex int tkun tista' timxi fuq dak il-ħsieb għaqli u jekk jirnexxielek tagħmel dan se tasal f 'aktar sitwazzjonijiet pożittivi. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Virgo Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa li beda ż-żodijaku ta' Taurus għalik ser ikun ifisser toroq aktar miftuħa b'opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk għandek xi relazzjoni. Din se toffrilek xejra ta' tibdil pożittiv. Però bħalissa l-aktar li qiegħda tispikka hija l-karriera fejn hemm ħafna tibdil u affarijiet kompletament ġodda. Namaste. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 27 u 28 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Issa li beda ż-żodijaku ta' Taurus għalik ser ikun ifisser li se tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbilità ta' dak li int qed tiffoka fuqu. Issa int se tkun iffokat fuq dak li għaddej madwarek iktar mis-soltu u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik sodisfazzjon tant meħtieġ. Però trid tagħraf iżżomm bilanċ mat- tkomplia tal-ħajja madwarek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: isfar u blu L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 27 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Pisces Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Issa li beda ż-żodijaku ta' Taurus għalik ser ikun ifisser li int għandek tibda tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek fejn ma tantx għandek timxi fuq il-pariri ta' ħaddieħor f 'dan il-perjodu. Li tisma' parir dejjem huwa ta' gwida imma għandek tasal s'hemm. Int għandek tkun b'saħħtek biżżejjed biex tasal għall-konklużjonijiet tiegħek mingħajr ebda parir. Namaste. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: oranġjo u aħmar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 28 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Taurus Leo huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Issa li beda ż-żodijaku ta' Taurus għalik ser ikun ifisser li l-perjodu madwarek ser ikun aktar stabbli minn dak li jkun is-soltu u hekk kif int tagħraf li dan huwa perjodu ta' stabbilità aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aktar 'il quddiem kemm fil-karriera u anke fil-ħidma li topera. Għalhekk aħtaf dan iż-żmien stabbli li ġej għalik. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: isfar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Aquarius Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Issa li beda ż-żodijaku ta' Taurus għalik ser ikun ifisser li int tista' tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament. Għalhekk ikun tajjeb li dan il-perjodu tużah biex iddur dawra miegħek innifsek sabiex meta jasal mument ta' pressjoni fil-karriera tkun aktar imħejji u tagħraf tilqa' għal dan. Namaste. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu u aħdar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 26 u 28 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Aries Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Issa li beda ż-żodijaku ta' Taurus għalik ser ikun ifisser li int trid toqgħod ferm attent tul dan il- perjodu kif tagħraf tiddeċiedi għal xi deċiżjonijiet li ġejjin fil-viċin. Dan huwa perjodu delikat għalik, din is-sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu nervi ġewwa fik għalhekk int trid tagħraf iżżomm kemm tista' Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 26 u 28 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Cancer Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Issa li beda ż-żodijaku ta' Taurus għalik ser ikun ifisser li se tħossok xi ftit imfixkel bejn dak li int fl- imħabba kellek fil-passat għal dak li int fil-preżent għandek. Dawn il-ħsibijiet jafu joħolqu ftit ta' konfużjoni għalhekk int għandek tiffoka biss fuq dak li int għaddej minnu fil- preżent għax il-passat kien biss . Imxi u ħares 'il quddiem. Namaste. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: isfar u roża L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Leo Scorpio huma magħrufin għas-sensittività tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Issa li beda ż-żodijaku ta' Taurus għalik ser ikun ifisser li se toħloq xi ftit tensjoni madwarek ftit aktar mis- soltu, u dan l-aktar li se jaffettwak huwa kemm mal-ħbieb tiegħek u anke fir-relazzjoni li għandek. Taf tkun ħafna aktar f 'nervi u kollox bħal qisek tara kollox ġej ħażin. Agħraf din il-gwida ħalli tagħraf tikkumbatti. Namaste. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 27 L-istilla li se tkun ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Gemini Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru L-Oroskopju mwassal għalikom mill- Ħadd 22 ta' April sas-Sibt 28 t'April PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com Jibda ż-żodijaku ta' Taurus Dan huwa mument ta' ri essjoni dwar kif int tista' tkompli dak li għaddej madwarek għall-kumplament tas-sena Peress li ż- żodijaku ta' Taurus tiġi t-tieni stilla dan i sser li int għad għandek iċ- ċans tibni l-pjanijiet tiegħek. Tajjeb tkun taf li l-kalendarju żodijaku ma jibdiex minn Jannar imma minn nofs Marzu eżattament minn meta jibda ż-żodijaku ta' Aries. Ħafna jaħsbu li ż-żodijaku jibda minn Aqauris li mhux il-fatt għax huwa ż-żodijaku ta' Aries li ji aħ il- kalendarju u Taurus tiġi t-tieni. F'dawn it-tliet ġimgħat ser inwassal aktar informazzjoni dwar iż-żodijaku ta' Taurus. Int li tixtieq tkun taf aktar dwar Taurus tista' tibgħat email fuq : dspiritualist@pauljon13.com u jien nibgħatlek dak kollu li tixtieq tkun taf! Għad għandek iċ-ċans li takkwista koppja bi skont speċjali għal aktar informazzjoni - 99013600 Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018