Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189
Il-Ħadd 22 ta' April 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Valletta ..................... 2 Gzira U ...................... 1 VALLETTA ġew inkurunati champions għall-24 darba meta għelbu l-isfida ta' Gzira United bl-iskor ta' 2-1. Il-Beltin fetħu l-iskor fit-tmien minuta mea Kyrian Nwoko avvanza tajjeb fuq il-lemin qabel għadda tajjeb lejn Raed Ibrahim Saleh li pprova jevita lil Roderick Briffa, b'Matteo Piciollo jirċievi l-ballun u b'xamma kbira għall-gowl tefa' l-ballun wara Anthony Curmi. Huma rduppjaw l-iskor fl-64 minuta grazzi għal Raed Ibrahim Saleh li rċieva tajjeb mingħand Santiago Malano, ikkontrolla l-ballun qabeltefa' l-ballun fix-xibka. Gzira United naqqsu l-margni tal- iskor disa' minuti minn tmiem il-partita grazzi għall-penalty ta' Andrew Cohen wara li Juan Carlos Corbalan twaqqa' fil-kaxxa mill-captain Belti, Ryan Camilleri. Valletta Bonello, S. Borg, Camilleri (Prosa 85'), Malano (Borg 74'), Piciollo, Nwoko, Pena Beltre, Zerafa, Saleh, Muscat, Alba (Rocha dos Santos 73') Gzira U. Curmi, Briffa (Sammut 82'), Machedo Neto (Brincat 65'), Thackray (Mambouana 76'), Gatt Baldacchino, Scerri, Muscat, Garba, Cohen, Corbolan, Pulo Referi Clayton Pisani MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-ewwel miż-żewġ gowls ta' Valletta f'din il-partita. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Ritratt - Dominic Borg Ritratt: BOV Valletta Champions għall-24 darba