Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 22 ta' April 2018 Sports 28 L-aħwa Zammit determinati li jkomplu mexjin fuq il-passi ta' missierhom minn Cristian Antony Muscat Miguel u Nikolai Zammit - aħwa u ulied il-plejer leġġendarju tal-waterpolo lokali, Charlie Zammit, iktar magħruf bħala 'Iż- Żiemel', u li kulma jmur qed jistabilixxu lilhom infushom bħala fost l-aqwa plejers Maltin f 'pajjiżna u li jinsabu determinati li jkomplu mexjin fuq il-passi ta' missierhom u b'hekk m'hemmx dubju li għandhom futur mill-isbaħ f 'dan l-isport li tant iħobbu. L-ILLUM iltaqgħet mal-aħwa Zammit fejn tawna iktar dettalji rigward l-andament tagħhom fil- waterpolo lokali, waqt li kkuemmentaw ukoll fuq diversi binarji ewlenin li jsawwru l-logħba tal- waterpolo f 'pajjiżna. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? MIGUEL ZAMMIT L-imħabba tiegħi lejn il-waterpolo bdiet minn ta' età żgħira hafna meta kont immur il-pixxina ma' ommi nara lil missieri jilgħab. Missieri kien ikollu trejning kuljum u ġieli kont immur miegħu u minn dakinar kont naf li dan huwa l-isport għalija. NIKOLAI ZAMMIT L-imħabba tiegħi lejn il- waterpolo bdiet minħabba missieri u ħija Kemm ispirak u għadu jgħinek missierek Charlie biex taqbad il-karriera tal- waterpolo? MIGUEL ZAMMIT Missieri Charlie magħruf ukoll bħala 'Iż-Żiemel' fil-waterpolo minn dejjem kien ta' ispirazzjoni għalija għaliex dejjem ħarist lejh bħala role-model. Missieri minn dejjem għenni u għadu jgħinni sal-lum il- ġurnata fil-karriera tijaj tal waterpolo u nixtieq li fil karriera nerbah lunuri li rebah hu. NIKOLAI ZAMMIT Missieri ispirani ħafna u għadu s'issa jikkoreġieni anke meta nilagħbu kontra xulxin X'tikkummenta fuq l-aħħar staġun ma' Neptunes? MIGUEL ZAMMIT Bħala l-aħħar staġun għalija personali kien wieħed tajjeb fejn lgħabt ħafna mal-klabb tiegħi ta' Neptunes, avolja spiċċajna t-tieni fil-klassifika iżda ħassejt li stajna tajna aktar u morna aħjar. NIKOLAI ZAMMIT Fl-aħħar staġun jien kont imweġġa' għalhekk jien ma kontx nista' nilgħab u fis-sajf kont għadni kemm niġi lura u ma kontx 100% imma milli rajt ma kienx staġun tajjeb għalina bħala Neptunes. U l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tal- waterpolo? MIGUEL ZAMMIT Bħala esperjenza mat- tim nazzjonali ta' Malta taż-żgħar kelli ħafna u dejjem kienu sbieħ u li qatt mhu se ninsa waqt li mat-tim nazzjonali tal- kbar intgħażilt f 'diversi tournaments li saru f 'Malta kif ukoll barra min Malta u naħseb li dawn kienu ta' tagħlima u se jgħinuni aktar għall-futur tiegħi. NIKOLAI ZAMMIT Jien nieħu gost nilgħab ma' Malta għax dejjem huwa unur li tirrapreżenta lin-nazzjon tiegħek u s-sajf li għadda kienet l-ewwel darba li ħadt sehem f 'European Championships u kienet esperjenza vera sabiħa. X'tikkummenta fuq ir- riżorsi (pixxina) li fihom tittrenjaw u tilagħbu f 'Malta? MIGUEL ZAMMIT Mhu se ngħid xejn ġdid meta ngħid li hawn Malta ma tantx għandna riżorsi u postijiet fejn nittrejnjaw . Hemm bżonn ta' aktar faċilitajiet fejn aħna nistgħu nipprattikaw u nkomplu nkabbru l-isport tal- waterpolo f 'pajjiżna. NIKOLAI ZAMMIT Ma tantx nista' nikkummenta fuq ir- riżorsi għax jien nittrenja n-Neptunes imma meta niġu biex nilagħbu l-pixxina m'hemm xejn fuq xhiex nista' ngerger. X'sagrifiċċji u commitments partikolari jinvolvi l-waterpolo? MIGUEL ZAMMIT Il-waterpolo fih ħafna sagrifiċċji peressli bħala plejers nittrejnjaw kuljum ġieli anke darbtejn kuljum matul is-sena kollha. Biex tilħaq fejn tixtieq f 'dan l-isport trid tkun determinat u dedikat ħafna u ssib ħin biex tlaħħaq ma' kollox. NIKOLAI ZAMMIT Plejer tal-waterpolo għandu bżonn jagħmel ċerti sagrifiċċji imma hemm żewġ tipi ta' plejers: min irid jilħaq livell ta' Malta u min jixtieq jilħaq livell aħja. Kien propju għalhekk li jien xtaqt intejjeb il- livelli tiegħi fil-waterpolo u għalhekk kelli nagħmel sagrifiċċju u mort xahrejn nittrejnja barra minn Malta waħdi u kienet esperjenza diffiċli ħafna għax kelli nidra ngħix waħdi. 7: Jiena mort il-Montenegro biex nittrejna u hemmhekk indunajt kemm jinbidel it-taħriġ minn Malta għal- livell professjonali. Jien hemmhekk kelli trejning darbtejn kuljum li kien iebes ħafna imma meta ġejt lura Malta ħassejtni litjibt ħafna fil-logħba u bdejt nilgħab mal-kbar fejn qabel kont rotation biex nintgħażel. Xi jfisser għalik il-kowċ tat- tim nazzjonali Karl Izzo? MIGUEL ZAMMIT Karl Izzo ħadem ħafna biex jgħin il-waterpolo Malti jikber bħala sport u dejjem ħares lejn il-futur tal- waterpolo Malti biex ikompli jimxi 'l quddiem. NIKOLAI ZAMMIT Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Karl Izzo dejjem għeni biex insir plejer aħjar. Kien propju hu li beda jgħidli biex immur nittrejnja barra minn Malta. Huwa wkoll dejjem tani ċans ma' Malta biex nilgħab kontra timijiet barranin . Il-Kampjonat tas-Sajf baqagħlu ftit imma bħala preperazzjoni għalih diġà bdejna nżidu fit-trejning u jien qiegħed inħares lejh bħala wieħed ferm importanti wara li ma tantx morna tajjeb fis-sajf li għadda, avolja spiċċajna t-tieni fil-klassifika. Kif qed tħares lejn il- Kampjonat tas-sajf li ġej ma' Neptunes? Taħseb li se tkunu b'saħħitkom biżżejjed biex tirbħu l-Kampjonat? MIGUEL ZAMMIT Naħseb li din is-sena bħala tim ħa nkunu aktar b'saħħitna milli konna s-sajf li għadda peressli kabbarna il-bankina tagħna. Diffiċli biex ngħidlek li ċert li se nkunu rebbieħa fil- Kampjonat tas-Sajf għaliex kull tim huwa b'saħħtu din is-sena imma nista' ngħidlek li għandi tama tajba li nistgħu nispiċċaw rebbieħa tal-Kampjonat tas-Sajf li ġej. NIKOLAI ZAMMIT Għadu ftit kmieni biex inkun naf għax bħalissa mhux qegħdin it-tim kollu. Jien naħseb li għandna ċans nirbħu l-Kampjonat tas-sajf imma kif għidt m'aħniex full-team għalissa. X'ħassejt meta fil-jiem li għaddew fil-Kampjonat tax-Xitwa, lgħabt propju kontra missierek hekk kif int lgħabt ma' Neptunes u hu ma' Sirens? MIGUEL u NIKOLAI ZAMMIT Dejjem iħossni eċitat meta nilgħab kontra missieri imma ma nħallix il-fatt li huwa missieri tbiddilli l- mod ta' kif inkun ħa nilgħab. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- waterpolo. MIGUEL ZAMMIT Il-messaġġ tiegħi lejn it-tfal u ż-żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil- waterpolo hija li ma jaqtgħu qalbhom qatt u dejjem iħarsu 'l quddiem. Tridu tkunu lesti li tagħmlu ħafna sagrifiċċji u titrennjaw ħafna għaliex il-waterpolo huwa sport diffiċli imma wara kollox huwa sport vera sabiħ u ninkoraġġihom li jibdewh. NIKOLAI ZAMMIT Għal dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil- waterpolo, huma għandhom jittrejnjaw bis-serjetà u jagħtu l-100% u meta ma tkunx qed tilagħbu, trejnjaw aktar ħalli turu biċ-ċar li tridu tilagħbu! Miguel u Nikolai imkien ma' missiehom Charlie Zammit Ritratt - Jo Meli / Aquatic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018