Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 22 ta' April 2018 | illum Sports 29 Filosoja okata fuq it-trawwim tat- tfal u ż-żgħażagħ l-volleyball LISTAĠUN 2017/18 kompla fuq nota pożittiva għal Swieqi Phoenix Volleyball, hekk kif dan it-tim żagħżugħ irnexxielu jikseb ir-rebħ tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għall- ewwel darba, ftit wara li t-tim tal-Under18 tal-istess klabb rebaħ it-titlu ta' din il-kategorija għat-tielet sena konsekuttiva. Swieqi Phoenix Volleyball irnexxielhom jirbhu dan il-kampjonat b'mod tassew impressjonanti, b'12 il rebħa minn daqstant logħbiet, u b'telfa ta' set wieħed biss tul il-kampjonat, dak tal-ewwel set tal-ewwel logħba. Il-president ta' Phoenix Sports Club Orlando Bonnici spjega kif din hija 'ħolma li saret realta'' għall-klabb, hekk kif Swieqi Phoenix issa ġew promossi biex jilgħabu fis- Super League tal- volleyball. Hu spjega kif ir-riżultati miksuba dan l-istaġun jirriflettu l-implimentazzjoni ta' proġett fit-tul maħsub sabiex timbena bażi soda fil-livell ta' 'nursery'. "Il- filosofija tagħna, hekk kif imwettqa mill-Head Coach Leonard Zammit Munro u t-tim tiegħu, hija li niffokaw l-investiment u l-enerġiji tagħna fuq l-iżvilupp tal- plejers żgħażagħ.Għalhekk, aħna kburin ħafna bil-fatt illi prattikament il-pleyers kollha li rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni huma prodott tan-nursery tagħna ta' tul dawn l-aħħar ħames snin." Intant, it-Technical Director u Head Coach ta' dan il-klabb, Leonard Zammit Munro, tana iktar dettalji dwar il-proġett fit-tul mat-tfal u ż-żagħżagħ li wassal għal dan ir-rizultat. Huwa saħaq li: "Ir-rebħ tal-Ewwel Divizjoni kien tragward importanti għall-Phoenix Sports Club, li tiegħu jagħmel parti Swieqi Phoenix Volleyball. Fil-fatt, il-klabb beda l-avventura tiegħu fil-volleyball sitt snin ilu biss meta twaqqfet in-nursery bi ftit tfal. Dak iż-żmien il-president tal- klabb, Orlando Bonnici, kien staqsieni jekk kontx interessat li nieħu dan il-proġett f 'idejha. Billi l-interess tiegħi dejjem kien fl-izvilupp tal-plejers u ż-zewġt itfal tiegħi kienu daħħlu fin-nursery ukoll, aċċettajt. Ta' min wieħed jgħid li jien u Orlando Bonnici naħsbuha bl- istess mod fuq ħafna affarijiet, fosthom li t-tfal u n-nursery huma l-bazi tas-suċċess fl-isports, u li bħala 'benchmark' għal 'best practice' għandna dejjem inħarrsu lil' hinn minn xtutna - u għaliex le, naraw kbir, għax b'hekk biss tista tħares lejn il- futur u b'mod strateġiku, tikber. It-tnejn li aħna għandna background fil-management jew sports administration u dan għinna sabiex ikollna d-dixxiplina u l-paċenzja li ninvestu, u li nagħmlu kollox pass pass, imma sew," temm jgħid Zammit Munro. Għal aktar informazzjoni dwar Swieqi Phoenix Volleyball wieħed jista' jikkuntattja lil Phoenix Sports Club fuq 79449359 jew 99473395, jew iżur il-paġna fuq Facebook Swieqi Phoenix Volleyball Malta. FTIT tal-jiem ilu, it-tim tal-handball tan-nisa ta' La Salle kiteb l-istorja hekk kif rebaħ il-Kampjonat għat- tielet sena konsekuttiva fejn fl-aħħar partita deċisiva għelbu lil Phoenix bl-iskor kbir ta' 28 b'14, u b'hekk kisbu d-doppju tal-gowls. Biex ikollha stampa aħjar ta' x'kien l-ingredjent prinċipali li wassal lil La Salle biex jiksbu dan is- suċċess, l-ILLUM tkellmet ma' waħda mill- aqwa plejers li timmilita fil-Kampjonat tal-handball lokali u plejer tal-istess La Salle, Francesca Farrugia, fejn tatna iktar dettalji. Hija affermat li: "Żgur li l-isforz kollettiv li għamilna matul danl- istaġun kien wieħed mis- sigrieti tas-suċċess li ksibna riċentament. Għalkemm bdejna kellna bidu ta' staġun inċert, bqajna niġġieldu sal-aħħar u dan wassal għal rebħa kbira propju fl-aħħar ġurnata tal- Kampjonat. Fl-aħħar partita kontra Phoenix, kellna difiża impekkabli , fejn lgħabna b'għaqal fl-attakk u kellna l-goalkeeper li kellha logħba tajba ħafna u fejn fallejna aħna fid-difiża kellna lilha ssalvana! Kellna stagun mimli tlugħ u nżul, iżda qomna għall-okkażjoni u rbaħna l-Kampjonat kif kien tassew jimmeritana," temmet tgħid Farrugia. 'Qomna għall-okkażjoni u rbaħna l-Kampjonat kif kien tassew jimmeritana' - Francesca Farrugia Plejers u diriġenti tat-tim tal-handball tan-nisa ta' La Salle jirħu bil-kbir wara li rnexxielhom jirbħu l-Kampjonat għat-tielet sena konsekuttiva Plejers u diriġenti ta' Swieqi Phoenix Volleyball Club jirħu bil-kbir wara li rnexxielhom jirbħu l-Kampjonat għall-ewwel darba -istorja Ritratt - Jonathan Bugeja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018