Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 22 ta' April 2018 GĦAD m'hemm l-ebda indikazzjoni meta mistennija jibdew ix- xogħlijiet fuq l-estenjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa, hekk kif il-pjanti tal-proġett għadhom quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-approvazzjoni. Dan minkejja li numru ta' studenti qed ikunu kostretti jieħdu l-lezzjonijiet tagħhom fil-Mellieħa Sports Club, bil-possibilità li minn Ottubru li ġej, aktar studenti jkollhom jibdew jieħdu l-lezzjonijiet f 'binja oħra barra mill-iskola. L-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa ilha fuq l-ixkaffa ftit taż-żmien mhux ħażin anke jekk il- popolazzjoni ta' din l-iskola qed tiżdied u qed jinħass sewwa n-nuqqas ta' spazju u klassijiet għall-istudenti. Għall-estensjoni tal-iskola diġà hemm biċċa art lesta biex fiha jibdew ix-xogħlijiet. Din l-art tinsab kantuniera ma' Triq Napuljun Caruana Dingli u Triq il-Mitħna l-Ġdida. Madwar 20 sena ilu, l-istess biċċa art kienet ippjanata biex tilqa' fiha faċilitajiet sportivi. Iżda aktar tard kien sar ftehim biex il-grawnd tal-futbol tal-Mellieħa, jibda jintuża wkoll mill- iskola primarja, tant li lura fl-2010/11 dan kien sar bil-fondi tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Sorsi li tkellmu mal- gazzetta ILLUM spjegaw kif mis-sena skolastika li jmiss se tinħoloq mill-ġdid il-problema ta' nuqqas ta' klassijiet tant li mhux eskluż li tinstab binja jew faċilità oħra, barra mill-iskola, biex tilqa' fiha xi klassijiet, l-istess kif diġà qed isir fil-Mellieħa Sports Club. Matul din is-sena skolastika, l-iskola primarja tal-Mellieħa, li hija parti mill-Kulleġġ Marija Reġina, qed tilqa' fiha 630 student. Fl-aħħar ta' din is-sena se jispiċċaw madwar 60 student u huwa stmat li fis-sena skolastika li jmiss jidħlu bejn 80 u 110 student ġdid. B'hekk, il-popolazzjoni tal- iskola tista' tiżdied b'madwar 50 student u dan meta diġà hemm problema bil- klassijiet. Bħalissa, il-Mellieħa Sports Club (li jinsab viċin l-iskola) qed jilqa' fih madwar ħames klassijiet tal-kindergarten. Iżda jekk il-Gvern ikollu jsib faċilità oħra biex tilqa' fiha aktar klassijiet, x'aktarx li din id-darba mhux se tkun fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Skont sorsi, l-uniku possibilitajiet huma jew is-sala parrokjali, li kienet diġà ssemmiet qabel il- Mellieħa Sports Club, jew inkella wieħed miż-żewġ każini tal-baned jew il- binja tas-Soċjetà Korali u Orkestrali Marija Bambina. Min jaf sewwa l-Mellieħa, mill-ewwel jifhem li dawn qegħdin ftit 'il bogħod mill- iskola mhux ħażin. Lura fl-2016, il-Kumitat tal-Kontijiet Dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika wara riżoluzzjoni mressqa mis- Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ippjanar, dak iż-żmien Michael Falzon, kien ivvota favur li tiġi emendata konċessjoni li kienet ingħatat lill-Mellieħa Sports Club "b'tali mod li tinfetaħ ftit mill-użu ristrett," li kellha. Falzon kien insista li "nħass il-bżonn ta' iktar spazju għal dawk li huma skopijiet edukattivi," u wara sejħa ta' interess, il-club kien wera interess li jagħmel parti mill- faċilitajiet disponibbli. Pressjoni qawwija fuq l-iskejjel... Waqt l-istess seduta, li seħħet fit-13 ta' Jannar, il- Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo kien tkellem dwar il-fatt li l-popolazzjoni fl-iskola tal-Mellieħa kulma jmur qed tiżdied anke minħabba "influss qawwi ta' nies li qed jiġu pajjiżna bil- familji li jkunu jinkludu tfal fl-età tal-iskola." Il-Ministru Bartolo kien spjega li minkejja li kien hemm indikazzjonijiet li l-iskejjel qed jitbattlu u allura se jinħolqu spazji ġodda (tant li fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista kienet saret lista ta' skejjel li se jkunu għall-bejgħ) is-sitwazzjoni nbidlet. Fil-kummenti tiegħu, il- Ministru Bartolo kien qal li nħolqot "pressjoni qawwija" tant li nħarġet espressjoni ta' interess f 'San Pawl il- Baħar u l-Mellieħa, "biex nakkomodaw lil dawn it-tfal, jew nakkomodaw parti minn ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Mhux se jkun hemm biżżejjed klassijiet Interested persons are to send a covering le�er together with a detailed Curriculum Vitae by not later than 6th May 2018, address to Human Resources Unit, Iden�ty Malta Agency, Onda Building, Aldo Moro Street, Marsa. Applicants may also send by email to recruit- ment@iden�tymalta.com CAREER OPPORTUNITY ICT Service Manager Duties and responsabilities: • Administer and troubleshoot servers, desktop computers, printers, routers, switches, firewalls, phones, personal digital assistants, smartphones, software deployment, security updates, software and hardware. • Maintain, service and repair computers and IT equipment as necessary. • Managing the IT infrastructure within the organisation including WAN, LAN and server applications. • Monitor network resources and their performance to ensure high-quality connectivity. • Document service processes, related installations and major set-up of hardware and software. • Propose improvements to processes as necessary to the Chief Information Officer. • Any other duties as may be required by Chief Information Officer and his delegates. Qualifications required: MCAST Advanced Diploma in IT (Computer Systems and Networks) or equivalent, hands on experience of cabling, termi- nation, troubleshooting and certification of networking systems. At least 1 year experience in supporting computer systems and notebook computers, network hardware operating systems, application software, internet protocols, wiring and basic cabling installation techniques. Basic knowledge of network enterprise security and network infrastructures. OR A minimum of 3 years proven experience in ICT support and administration. Junior Administrative Officer (ICT Networks and Support) JOBSPLUS Permit Number: 203/2018 L-iskola primarja tal-Mellieħa ilha aktar minn sentejn tuża kmamar tal-Mellieħa Sports Club bħala klassijiet L-iskola, l-art u l-Mellieħa Sports Club

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018