Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 22 ta' April 2018 | illum Sports 31 fl-Istadium f 'Ta' Qali u ġejna 3-0 u dakinhar kontskorjajt l-aħħar gowl fit-80 minuta. Imbagħad erġajna ltqajna sentejn wara fl-2007 meta f 'logħba ta' kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew konna rbaħna 4-0 u jien ukoll kont fost l-iskorers. Meta skoprejt aktar lil pajjiżkom stajt ninnota kemm għandkom gżira sabiħa u poplu li jaf jagħti merħba lil ħaddieħor. Togħġobni ħafna l-Belt Valletta minħabba l-istorja iżda anke x-xenarju u l-arkitettura li fiha. Apparti minn hekk niftakar ħafna lil Michael Mifsud, li fl-opinjoni tiegħi huwa wieħed mill-aqwa plejers Maltin illi qatt lgħabt kontrih. Kellu karriera brillanti kemm f 'pajjiżu iżda aktar u aktar barra minn Malta. Jien niftakru sew meta kien jilgħab fin-Norveġja ma' Lillestrom iżda anke ma' CoventryCity fl-Ingilterra. Barra minn hekk jilgħab ma' wieħed mill-aqwa timijiet li hawn f 'Malta jiġifieri Valletta. Int aġent mal-kumpanija Betsson. Kif qed tgħixha din l-esperjenza f 'dan il- qasam ferm differenti minn dak li kont tagħmel? Jien ninsab ferħan ħafna naħdem bħala aġent ma' din il-kumpanija. Hija esperjenza għal kollox ġdida għalija fejn qed niltaqa' ma' kollegi ġodda, qed insir naf ħafna nies u nara klijenti minn madwar id-dinja kollha. Issa ninsab Malta fejn ġejt mistieden minn Valletta FC li jikkollaboraw ma' din il-kumpanija tant rinomata. Ħallejt in-Norveġja f 'temperatura ta' seba' gradi taħt iż-żero u issa ninsab f 'temperatura fantastika ta' 25 grad celsius. Xi trid aktar mill-ħajja? Għaliex taħseb li t-tim nazzjonali Norveġiż ma rnexxielux jikkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja? Fil-verità rridu nkunu onesti u ngħidu illi għalissa għadna m'aħniex tajbin biżżejjed bħala tim nazzjonali biex naslu s'hemm. Naħseb illi bħala pajjiż għandna bżonn nagħmlu l-qabża fil-kwalità sabiex verament nirnexxu. Iżda jidher illi fadal xi ħaġa li mhux tiffunzjona. Li hu żgur hu li rridu nsaħħu l-kampjonat tagħna sabiex ikun iktar kompetittiv. Ilna ma nikkwalifikaw għal xi fażi finali ta' xi turnament partikolari għal dawn l-aħħar 18-il sena minn mindu ħadna sehem fl-EURO 2000 li kienu saru fl-Olanda u l-Belġju. Minn hemm 'l hemm ġieli rsaqna viċin iżda qatt ma rnexxielna nerġgħu nagħmluha. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ lil dawk il-partitarji ta' Liverpool u Roma li ser jaqraw din l-intervista. Nixtieq nirringrazzjahom tal-merħba li tawni anke bħala klabb tal-partitarji minħabba li hu ferm sabiħ li tiltaqa' ma' nies illi jżommu ma' dawn it-timijiet. Ngħid lil Maltin kollha grazzi talli laqgħuni u biex inkun onest miegħek qed naħsibha darbtejn sabiex niġi ngħix hawn Malta għax verament laqtitni din il-gżira. Min jaf forsi sa sentejn oħra nerġa' nkun fostkom bħala resident f 'pajjiżkom! RINGRAZZJAMENT SPEĊJALI GĦAL DIN L-INTERVISTA JMUR GĦAL BETSSON MALTA. fostkom bħala resident f 'pajjiżkom' Twieled l-belt Norveġiża ta' Molde nhar l-24 ta' Settembru 1980. Għamel aktar minn 20 sena jilgħab il-futbol b'mod professjonali. Illum il-ġurnata rtira minn din il-logħba tant sabiħa sabiex qabad professjoni oħra ferm dierenti minn dak li kien jagħmel: aġent mal- kumpanija tal-betting, Betsson. JOHN ARNE RIISE "Nista' niddeskrivi lil Francesco Totti bħala l-alla ta' Ruma illi għamel il-karriera kollha tiegħu jilgħab ma' dan it-tim. Kien plejer mill-aqwa anke bħala karattru. Kien ikellimni ta' spiss u kien jara li ma jonqosni xejn. Nikkunsidrah bħala lider kemm fil-grawnd kif ukoll barra."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018