Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 22 ta' April 2018 Aħbarijiet Żewġ passiġġiera ntalbu jinżlu minn fuq titjira tal-EasyJet li kienet se tħalli Malta. Aktar tard jitniżżlu wkoll il-passiġġiera kollha ILGAZZETTA ILLUM tħalliet fl-għama dwar il- paniku li qam abbord titjira tal-easyJet (EZY8826) ftit minuti biss qabel ħalliet l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta lejn Gatwick, nhar it- Tnejn li għadda. Kienu passiġġiera li qalu ma' din il-gazzetta li ftit qabel l-ajruplan ħalla Malta, meta l-bibien kienu diġà magħluqa, żewġ passiġġieri ntalbu jinżlu minn fuq l-ajruplan minħabba "dokumenti mhux kif suppost." Aktar tard il-passiġġiera kollha ntalbu jinżlu minn fuq l-ajruplan. L-ILLUM tkellmet ukoll ma' kelliema għall-Ajurport Internazzjonali ta' Malta li la ċaħdet u lanqas ikkonfermat dan il-każ. Qalet biss li t-titjira damet ma telqet minħabba "suspetti," u aktar tard, meta wieġbet mistoqsijiet bil-miktub, l-istess kelliema qalet li t-titjira ttardjat "minħabba raġunijiet ta' sigurtà." Ikkonfermat ukoll li l-pulizija qed tinvestiga dan il-każ. Meta mistoqsija x'riedet tgħid "b'suspetti," jiġifieri jekk kinitx qed tirreferi għal suspetti fuq passiġġiera, jew inkella suspetti tekniċi fuq l-ajruplan, il-Kelliema tal-Ajruport qalet li "jistgħu jkunu t-tnejn li huma." Iżda x'ġara eżatt fuq l-ajruplan? Passiġġiera li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw kif kulħadd kif lest bilqiegħda, biċ-ċintorin tas-sigurtà maqful, meta l-ajruplan beda miexi biex jaqbad ir-runway. Kien hawn li żewġt irġiel qamu minn quddiem u marru fuq wara tal- ajruplan u talbu lill-ekwipaġġ biex jinżlu. Persuna li kienet bilqiegħda fuq wara tal-ajruplan semgħet wieħed minn dawn l-irġiel jgħid lil membru tal-ekwipaġġ li jixtiequ jinżlu, għax sieħbu beda jħossu ma jiflaħx. Il-bibien tal- ajruplan kienu diġà magħluqa. Kien hawn li membru tal- ekwipaġġ sejjaħ għall-Kaptan tal-ajruplan, li mar ħdejn l-irġiel u beda jkellimhom. Sadanittant, skont il- passiġġiera li tkellmu mal- gazzetta, mal-bieba ta' quddiem tal-ajruplan tpoġġa mill-ġdid it-taraġ, tela' uffiċjal ieħor u talab żewġt irġiel oħra, li kienu bilqiegħda fin-nofs tal-ajruplan biex isegwuh. Il-passiġġera spjegaw kif iż-żewġt irġiel inħarġu fuq il-pjattaforma ta' qabel tinżel it-taraġ. Wara xi ħin, l-istess żewġt irġiel, "li kienu lebsin pulit ħafna," reġgħu daħlu, qabdu l-bagalji u niżlu minn fuq l-ajruplan. L-istess għamlu ż-żewġt irġiel l-oħra. Kien hawn li diversi passiġġiera ma bdewx iħossuhom komdi u talbu biex anke huma jinżlu minn fuq l-ajruplan. Uħud qabdu, qamu, ħadu l-bagalji u talbu li jinżlu minn fuq l-ajruplan, inkluż il-passiġġiera li tkellmu mal- gazzetta Illum. Meta ra hekk, il-Kaptan avża lill-passiġġiera li t-titjira kienet se ssir xorta waħda, iżda qabel il-passiġġiera kollha kellhom jinżlu minn fuq l-ajruplan, jiġbru l-bagalji u jirritornaw fit- terminal tal-ajruport u jerġgħu jgħaddu mill-proċedura kollha tas-sigurtà. Passiġġier partikolari li tkellem magħna spjega kif nesa n-nuċċali fuq l-ajruplan u reġa' dar lura waqt li kienu għadhom neżlin il-passiġġiera. Sadanittant, dejjem skont l-istess passiġġier, diġà kien hemm uffiċjali tal-ajruport u anke pulizija abbord l-ajruplan. Huwa kien eskortat lejn postu biex jiġbor in-nuċċali. Kien hawn li sema' uffiċjal tal-ajruport, jgħid lill-ekwipaġġ li l-passiġġiera li ntalbu jinżlu ma kellhomx "id-dokumenti kif suppost." Sakemm ninżlu l-passiġġiera kollha, iż-żewġt irġiel li ntalbu jinżlu minn fuq l-ajruplan u anke ż-żewġt irġiel li talbu minn jeddhom biex jinżlu ma dehru mkien, lanqas meta l-passiġġiera kollha nġabru mill- ġdid fit-terminal. Passiġġiera qalet mal- gazzetta ILLUM li staqsiet uffiċjal tal-ajruport x'kien sar mill- irġiel u qalilha li se jinżammu fl-ajruport sakemm l-ajruplan jinżel fid- destinazzjoni tiegħu. It-titjira ħalliet Malta madwar tliet sigħat wara, għalkemm uħud mill-passiġġiera għażlu li ma jitilgħux u qabdu titjira ta' linja tal-ajru oħra li kienet skedata għall-għada. Intant, kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta la ċaħdet u lanqas ikkonfermat dan il-każ għalkemm qalet li t-titjira damet ma telqet minħabba "suspetti." Intant, il-gazzetta bagħtet ukoll għadd ta' mistoqsijiet lill-pulizija, tistaqsi jekk hemmx investigazzjoni u x'sar mill- irġiel li ntalbu jinżlu minn fuq l-ajruplan. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Titjira tinżamm milli titlaq minħabba suspetti ta' 'dokumenti foloz' MANIFESTAZZJONI FAVUR IL-ĦAJJA B'RISPOSTA GĦALL-ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-EMBRIJUNI IL-ĦADD TA' APRIL 16:00 - 17:30 NILTAQGĦU QUDDIEM KASTILJA EJJA U KUN VUĊI GĦAL KULL EMBRIJUN

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018