Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 22 ta' April 2018 CHRIS Cardona u Daphne Caruana Galizia. Żewġ persuni 'larger than life' kif ngħidu bl-Ingliż. Huma żewġ persuni bi twemmin u fehma kompletament opposta, fuq iż-żewġ naħat politiċi estremi iżda li b'xi mod, għall-aħħar sena u aktar, anke jekk Caruana Galizia nqatlet, baqgħu jikkonverġu f 'nuqqas ta' qbil, allegazzjonijiet, stejjer dwar nisa, xorb, bars, gideb, sekwestri u dak li jidher illi huwa bħal donnu storja drammatika f 'serje li ma fihiex tmiem. L-aħbar li ħarġet nhar it-Tlieta, ċioè li Cardona deher jitkellem u jixrob mal-Fulu, wieħed mill-akkużati tal-qtil ta' Caruana Galizia qajmet ħafna reazzjonijiet mill-pubbliku. Min baqa' mbellah, min ħareġ jikkundanna, min iddieħaq bl-istorja kif ħarġet sa dak il- ħin u min ma tax wisq kas. L-ILLUM tat ħarsa lura lejn l-istorja ta' antipatija (biex inkunu diplomatiċi) bejn Caruana Galizia u l-Ministru Cardona fl-aħħar snin. Briedel, barijiet, nisa u grokkijiet Jidher illi l-Ministru Cardona huwa persuna li jħobb imur f 'dak id- daqsxejn ta' bar u jieħu grokk jew tnejn ma' sħabu jew nies li jaf jew inkella ma' xi kostitwenti. S'hemmhekk, kollox tajjeb. Li forsi ma ntebaħx biha minn qabel Cardona huwa l-fatt illi dak li jagħmel fil-ħin privat tiegħu jew inkella dak li jagħmel meta ma jkunx liebes il-kappell ta' Ministru, se jintuża bħala arma f 'attentat biex tkisser lilu, lil dawk ta' madwaru u ġġib f 'biċċiet il-kredibbilità tal-persuna tiegħu. Konxja tal-fatt illi diġà kien hemm din il-perċezzjoni, Daphne Caruana Galizia ħarġet storja li min kien f 'Malta dakinhar u min jaf u jiftakar l-ewwel reazzjonijiet, jaf u jiftakar sew illi xi ftit jew wisq kienet emmnuta. Kien aktar faċli li temmen illi Cardona mar f 'burdell milli, ejja ngħidu l-eks Ministru George Vella. Fuq hekk inbniet l-istorja ta' Acapulco, qisha xi storja minn film ta' Hollywood tajjeb biss għall-adulti. Nhar it-30 ta' Jannar Caruana Galizia kienet ħarġet blog illi fih allegat li Cardona kien mar f 'burdell fil-Ġermanja f 'FKK Acapulco, fir-raħal ta' Velbert il- Ġermanja. Cardona kien qed jitkellem f 'Forum organizzat mill-Kummissjoni Ewropea u l-Ministeru tal- Intern u Enerġija tal-Ġermanja. Caruana Galizia qalet li kien hemm xi ħadd li jaf lill- familja tagħha u anke lilha sew f 'dan il-burdell partikolari. Hi allegat li dan is- sors kien qalilha li Cardona u membru tal-istaff tiegħu daħlu fix- showers flimkien f 'liema punt it-tnejn qabdu jidgħu għax l-ilma kien kiesaħ. Bħal qisha biex tipprova l-awtentiċità tal-istorja Caruana Galizia qalet illi l-Ministru għandu tattoo ta' Che Guevara. Ma' Cardona hi kienet allegat ukoll li kien hemm Joe Gerada, li jaħdem fl-istess ministeru ta' Cardona. Min kien qed isegwi saħansitra qal lil Caruana Galizia li hu u dieħel fil-burdell Cardona qal lil Gerada, "Joe, Joe minn hawn." Minn hemmhekk kellna ġurnalist tal-Partit Nazzjonalista illi fil-fatt tela' l-Ġermanja, żar il-burdell u staqsa lil xi nisa preżenti jekk qatt rawx lil Cardona. Waħda min-nisa, qalet li jista' jkun. Naturalment Cardona ċaħad bil-qawwi u ħa azzjoni pjuttost qawwija wkoll li qajmet diskussjoni (ara iktar 'il quddiem fl-artiklu). Din ta' Acapulco ma kinitx l-ewwel darba li Caruana Galizia kitbet stejjer dwar dak li allegatament jagħmel Cardona fil-ħin tiegħu jew inkella, allegatament fil-ħin tax-xogħol tiegħu. Fil-fatt Caruana Galizia kienet ħarġet stejjer dwar Cardona f 'bar partikolari fil- Belt Valletta. Hi kienet allegat illi Cardona kien preżenti f 'dan il-bar partikolari bosta drabi fosthom darba, meta hi allegat li baqa' fil-bar sas-2:30am. 'Mhux ħajtu? Imma dan Ministru!' Din l-istorja qajmet diskussjoni wiesgħa u taħraq, bħal dejjem. Minn naħa, bosta (speċjalment attivisti jew simpatizzanti Laburisti) argumentaw illi f 'kull każ qed nitkellmu dwar il- ħajja privata ta' persuna u anke jekk huwa Ministru, Cardona kellu kull dritt jgħix il-ħajja privata tiegħu, jieħu drink fejn irid u jiltaqa' ma' kwalunkwe mara li jrid hu. Kienu bosta dawk li argumentaw illi l-istorja ta' Caruana Galizia, anke jekk hija vera u tiġi ppruvata li hija vera, mhux rilevanti għax titratta l-ħajja privata tal- persuna. Min-naħa l-oħra, bosta oħrajn (speċjalment attivisti jew simpatizzanti Nazzjonalisti) argumentaw illi jekk il-ħajja privata qiegħda b'xi mod taffetwa dik pubblika minħabba allegat xorb u jekk l-allegat attendenza ta' burdell sar fil-ħin illi matulu l-Ministru suppost kien xogħol, mela allura l-poplu għandu kull dritt li jkun jaf. Naturalment, id-diskussjoni ħadet xejra politika u daret fuq il-messaġġier, f 'dan il-każ Daphne Caruana Galizia u l-mod kif uħud jakkużawha L-istejjer, l-allegazzjonijiet, ir-risposti u s-sekwestru li mmarkaw ir-relazzjoni bejn Cardona u Caruana Galizia sa din il-ġimgħa... Cardonagalizia; Mid-doxxa f 'Acapulco agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018