Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189
9 Il-Ħadd 22 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet illi tagħżel hi liema ħajjiet privati tattakka u liema konvenjentament tinjora. U naturalment ukoll kien hemm uħud li ma jaqblux ma' dan l-argument u ddefendew r-reputazzjoni tagħha. Dak l-imbierek sewkestru... Ir-reazzjoni ta' Cardona kienet waħda qawwija. Hemm min jgħid, qawwija biżżejjed biex tikkumpara mal-allegazzjoni u maż- żufjett li kien spiċċa fih il-Ministru Cardona u hemm min jgħid li kienet thedida għal-libertà. Apparti l-libelli Cardona, permezz ta' mandat ta' sekwestru, kien iffriża xejn inqas minn €47,460 mill- flus mill-bank ta' Daphne Caruana Galizia jew €11,500 fuq kull wieħed mill-erba' libelli. Kien l-ewwel darba li politiku mar għall-aktar miżura massima fil-konfront tal-midja u f 'intervista ma' Pierre Portelli, dak iż-żmien editur tal-Malta Independent, Cardona kien qal illi minkejja li hu kien qed jappoġġja t-tneħħija ta' mandat ta' sekwestru minn fuq ġurnalist, ladarba din kienet miżura legali li hu seta' juża, użaha. Iqum urugan bejn it- tnejn... U minn hemm qamet tempesta politika oħra. Il-Partit Nazzjonalista organizza attività f 'Tas- Sliema illi matulha kien beda kampanja hekk kif beda jinsisti illi l-libertà tal-espressjoni kienet mhedda minħabba li dak ta' Cardona se joħloq preċedent ikrah b'thedida li l-ġurnalist jinġieb għarkopptejh finanzjarjament jekk jirraporta xi ħaġa li ma togħġobx politiku. Cardona u dawk li jappoġġjawh innegaw dan l-argument u fakkru illi huma fil-fatt qatt ma kienu fetħu libell kontra l-ġurnalist tan-Net TV, filwaqt li ssottolineaw dan bl- argument li Caruana Galizia mhux ġurnalista. Cardona qal dan fl-istess intervista ma' Portelli filwaqt li Bonnici kien iddeskriva lil Caruana Galizia bħala 'hate blogger' ma' din il-gazzetta. Kien qed jixrob il- Ferdinand... Il-Ferdinand huwa bar normali mal-ġenb tal-Knisja tas-Siġġiewi. Normalment fih jintefgħu nies mis- Siġġiewi u l-irħula tal- madwar, bħalma jkun hemm fil-bars tal-madwar. U f 'dan il-bar ikun hemm ukoll Chris Cardona. Fil-fatt nhar it-22 ta' Mejju Caruana Galizia kienet ippubblikat ritratt illi fih Cardona jidher wara Muscat f 'mass meeting elettorali donnu qed jieħu nagħsa. Hi allegat illi fil-fatt Cardona kien mar il-Ferdinand qabel, wasal xi nofsinhar u telaq fit-3pm. Kienet allegat hekk; "Chris Cardona had a long, liquid lunch..." Dan l-imbierek bar reġa' spiċċa fl- aħbarijiet, lokali u internazzjonali, hekk kif konsosrzju ta' ġurnalisti ppubblikaw storja, b'implikazzjoni ċara. Xhieda fil-Ferdinand Bar qalu illi dan deher jitkellem mal- Fulu, wieħed mill-akkużati tal-qtil ta' Caruana Galizia, filwaqt li xhieda minn xi ħadd deskritt bħala uffiċjal għoli tal-PN irriżulta wkoll li dawn, allegatament, dehru ħerġin mill-bar flimkien. Cardona ċaħad bil-qawwi u ddeskriva l-istejjer bħala fabbrikazzjonijiet u spekulazzjoni bbażati fuq l-għidut. 'Mela billi toxrob miegħu, ħati bħalu?' Minn hemhekk bdew l-ewwel reazzjonijiet. Dawk li jissimpatizzaw mal-PN u l-qarrejja ta' Caruana Galizia raw din l-istorja bħala parti minn kullana ta' stejjer, il-maġġor parti ta' Caruana Galizia, li se jwasslu għal l-kollass ta' Joseph Muscat u l-Partit Laburista kif nafuh illum. Għal bosta oħrajn, speċjalment dawk li huma votanti Laburisti din l-istorja kienet assurda. Fis-sens illi, jgħid l-argument tagħhom, il-fatt li Ministru jmur f 'bar u jidher jixrob ma' persuna speċjalment f 'ambjent ta' każin, mhux kaġun u raġuni biżżejjed biex issibu ħati tal-akkużi tal-persuna li qed jixrob magħha. Portomaso u fejn kien jgħix... U għal dawk li forsi kienu nsew, Daphne Caruana Galizia kienet ħarġet ukoll storja illi fiha allegat illi Chris Cardona kien qed jgħix f 'appartament f 'Portomaso, li huwa naturalment proprjetà tal- familja Fenech, u li kien qed jagħmel dan b'xejn. Il-PN permezz ta' Beppe Fenech Adami kienu talbu spjegazzjoni. Numru ta' sigħat wara l-Ministru Cardona kien ippubblika kuntratt illi juri li kien qed iħallas €1,440 fix-xahar f 'kirjiet. L-oppożizzjoni kienet ġabet fid-dubju l-awtentiċità tal- kuntratt, filwaqt li Caruana Galizia kienet ħeġġet li Cardona juri l-irċevuti għall- ħlas. Mhux kuntenta b'hekk Caruana Galizia fit-3 ta' Ottubru 2015 ippubblikat artiklu illi fih allegat li Cardona mar jgħix ma' persuna qrib tiegħu. Il-wirt ta' relazzjoni ħażina... Il-wirt ta' relazzjoni ħażina bejn Caruana Galizia u Cardona komplew wara mewtha hekk kif sigħat wara li nqatlet it- tfal tagħha u żewġha għarrfu illi huma se jkunu qed jidħlu fiż-żarbun ta' ommhom, partikolarment fuq il-każi ta' libell li kien fetaħ Cardona. Insomma l-istorja ta' Cardona fil-konfront ta' Caruana Galizia hija waħda qarsa ħafna, kif inhi bejn Caruana Galizia u ħafna politiċi oħrajn. U għalkemm Caruana Galizia issa ilha mejta sitt xhur, Alla biss jaf x'tempesti politiċi għad iridu jinqalgħu fuq dak li kitbet fuq dan il-politiku popolari mal-Laburisti, tant li eleġġewh Deputat Mexxej tal-istess partit sentejn ilu. Iż-żmien jagħtina parir..... 'Acapulco għall-grokk għand Ferdinand