Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST 20 każin taħt il-mannara Ara paġna 9 Minkejja kollox jibqa' popolari. Imma għaliex? L-ILLUM tanalizza l-possibilitajiet Ma fhimtx x'inhu jiġri? Il-bidliet proposti fi l-Liġi tal-IVF pass, pass Wara r-rapporti ta' din il-gazzetta... kkonfermati l-arresti dwar dokumenti foloz Ara paġni 4 u 5 Ara paġni 10 u 11 Żieda ta' 31% fis-serq mill-bajjiet fl-2017 ISSĦANA bdiet u s-sajf issa riesaq ġmielu u miegħu jiġi l-baħar u l-għawm. Apparti li trid toqgħod attent għas-saħħa tiegħek billi tipproteġi lilek innifsek mix-xemx, jidher illi trid toqgħod attent ukoll fejn tħalli l-basktijiet bl-oġġetti personali tiegħek, fosthom xi kartiera. Is-sena l-oħra s-serq mill-bajjiet żdied b'31% mis-sena ta' qabel u dan minkejja li tipi oħrajn ta' serq, minn postijiet bħall-ħwienet, lukandi, djar u knejjes, naqsu. Minkejja dan it-tnaqqis meta wieħed iħares lejn iċ-ċifri sena b'sena, serq permezz ta' pickpocketing żdied b'aktar minn 400%, fl-aħħar tmien snin. Jiġifieri minn 450 każ irrappurtat fl-2009 għal 2,144 każ irrappurtat fl-2017. Dan xorta huwa tnaqqis mill-2,447 rapport li kienu saru fl-2016. Din il-gazzetta, is-sena l-oħra kienet irrappurtat kif mill-għassa ta' Tas-Sliema biss il-Pulizija kienet qed tiriċievi medja ta' 10 rapporti kuljum ta' serq ta' dan it-tip, jew inkella mat-3,600 każ ta' pickpocketing fis-sena. Intant bħala lokalitajiet jidher illi l-Imdina kienet l-aktar lokalità illi fiha kien hemm kriminalità, bir-rata tkun ħames darbiet aktar mir-rata nazzjonali. Dan probabilment huwa kaġun tal-attività turistika qawwija u allura konċentrazzjoni ta' nies f 'din iż-żona, speċjalment hekk kif ikun riesaq is-sajf. San Ġiljan kienet it-tieni lokalità bl-ogħla rati ta' kriminalità flimkien ma' lokalitajiet bħall- Belt Valletta, il-Furjana u l-Gudja (minħabba l-preżenza tal-ajruport) u magħhom tiżdied ukoll il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar. Globalment, matul l-2017 saru 17,136 rapport lill-Pulizija, li huwa wkoll 162 każ inqas mis- sena 2016. Terms and Conditions are available from www.bov.com or contact 2131 2020 Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130 Bank of Valletta p.l.c. is a public limited company regulated by the MFSA and is licensed to carry out the business of banking and investment services in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta) and the Investment Services Act (Cap.370. of the Laws of Malta). pay with your BOV Contactless Cards Simple | Swift | Secure BOV CARDS Żmien ta' taqlib għall-każini tal-banda. Wieħed żgumbrat, minn tal-inqas tlieta oħra quddiem il-Qorti u deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad- Drittijiet tal-Bniedem tista' sservi ta' preċedent ikrah għal 20 każin Ara paġni 6 u 7 Nr 602 • 29 ta' April 2018 Godfrey Farrugia: Kien responsabbli għall-bidliet fl-IVF, mela għaliex issa kontra? U għaliex ħass li kellu jabbanduna lill-PL? Ara intervista f 'paġni 12 u 13

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018