Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486
illum | Il-Ħadd 29 ta' April 2018 Intervista 12 N har il- Ħadd illi għadda eluf ta' Maltin ingħaqdu imkien u ħonqu t-toroq tal-kapitali b'appell lejn il-Gvern sabiex jerġa' jikkunsidra l-emendi tiegħu l-liġi ġdida tal-IVF. Dan l-episodju kien wirja ċara li din il-kwistjoni li titratta bażi ta' etika u moralità kkonsolidat ruħha bħala kwistjoni taħraq d-diskors politiku ta' din il- gżira. Fost l-eluf ta' nies li huma voċiferi kontra dawn l-emendi hemm il-Membru Parlamentari tal-PD Godfrey Farrugia, tabib tal-familja, eks sindku indipendenti, eks membru tal- Partit Laburista, eks Ministru tas-Saħħa u eks whip tal-Partit Laburista. L-istess bniedem li bħala Ministru tas-Saħħa taħt Gvern Laburista kien inkarigat sabiex jimplimenta mill-A sa Ż il-proċess tal-IVF f 'Malta. Minkejja dan, sitt snin wara issa fuq in-naħa l-oħra tal- kamra u b'idea differenti dwar il-Gvern ta' Muscat, Farrugia jinsisti mal-gazzetta ILLUM li, "il-liġi li qed jagħmel il-Prim Ministru hija fażulla. Fażulla għax ma tħarisx id-dritt tal-ħajja bl-iffriżar u lanqas l-ekwita meta tagħżel bejn l-embrijuni. Jien qed nitkellem għal min m'għandux vuċi, jien bdejt ħajti bħala embrijun, kull meta daħlet pazjenta tqila ġol-klinika tiegħi, l-ommijiet dejjem staqsewni 'kif inhi tarbija?' U jien bħala tabib ma kontx inkun qed neżamina pazjent wieħed, iżda tnejn." Fost l-oħrajn, l-emendi proposti se jkunu qegħdin joffru s-servizz ta' IVF lil kull forma ta' koppja, jestendu l-iffriżar tal-embrijuni u d-donazzjonijiet tal-isperma u tal-bajd se jsiru legali. Fuq din l-affari Farrugia kien pront sabiex jisħaq li hu dejjem kien favur id-drittijiet ċivili u jemmen fid-drittijiet ċivili 'lajċi' dwar l-ugwaljanza imma "meta niġu għad-dritt fundamentali tal-ħajja, dan jiġi qabel kull dritt ieħor. bis-sistema preżenti tal-iffriżar tal-bajd u sperma dawn id-drittijiet ċivili jistgħu xorta jiġu segwiti. Id-drittijiet ċivili hekk kif proposti jistgħu jibqgħu u ħadd m'għandu jċaħħad xi dritt lil xi ħadd ieħor," saħaq Farrugia. Staqsejt lill-membru parlamentari jekk iħossx li bl-oppożizzjoni tiegħu għal din il-liġi hux qiegħed jostakola d-dritt li familji jkollhom it- tfal. Farrugia rrisponda, "jien ħdimt fosthom, nifhimhom u għandi kompassjoni mal- koppji infertili, però dawn diġà għandhom iċ-ċans bis-sistema preżenti jkollhom wild. Issa bis-sistema li qed jipproponi l-Gvern, se nipperikolaw d-dritt tal-ħajja tat-trabi mhux imwielda. U dan għaliex? Biex tiżdied l-indiċi tar-rata ta' suċċess tal-proċess tal-IVF. Jekk aħna vera stat li nixtiequ niddistingwu l-pajjiż tagħna minn oħrajn fejn tidħol id- dinjità tal-bniedem, dan hu l-mument tal-verità," tenna Farrugia. Mhux diġà teżisti l-possibbiltà ta' ffriżar ta' embrijuni? Fil-liġi preżenti li dwar l-IVF diġà teżisti l-possibbiltà ta' ffriżar tal-embrijuni però, din hi limitata għal dawk l-okkażjonijiet ta' emerġenza fejn l-impjantazzjoni tal- embrijun ma tkunx tista' ssir minħabba xi problema li tinqala' fis-saħħa tal-omm fil-perjodu bejn dak il-ħin li l-bajda ttieħdet, tiġi ffertilizzata u jitqiegħed l-embrijun fil-ġuf. Huwa f 'każijiet eċċezzjonali biss l-embrijun jiġi ffriżati u dan sakemm l-omm tirkupra. Farrugia spjega li "fil-liġi preżenti l-iffriżar qiegħed hemmhekk biex jipproteġi lill-embrijun" u għal meta jinqalgħu każijiet bħala dawn biss. Bil-proposta tal-emenda fil-liġi ser nagħmlu l-proċedura b'regola. "Xjentifikament il-punt tat-tluq, huwa li l-embrijuni huma ġenetikament uniċi, bioliġakment umani, iżda barra minn hekk għandhom direzzjoni kemikali, biex jiżviluppaw u jikbru tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħna, sat-tmiem tal- ħajja. Fihom hemm 'blueprint' kimika ta' kif bniedem uman se jgħix u jikber tul ħajtu, allura jien meta nħares lejn id-dritt tal-ħajja, inħares lejn dritt universali, u l-qofol joħroġ mid-dinjità tal-bniedem stess." Farrugia kompla jgħid li "biex tirrikonoxxi drittijiet ċivili trid bilfors tirrikonoxxi id-drittijiet tal-ħajja. Għax għidli inti jekk fl-ewwel ċiklu se jiġu ffertilizzati tliet embrijuni biex jiġu ffertilizzati u fit-tieni ċiklu se jkun hemm ħamsa u jintgħażlu tnejn, jien min jien biex nagħżel li dawn it-tnejn jiġu impjantati u jitwieldu u nħalli lil ħuhom jew oħthom jiġu ffriżati, meta l-proċess ma jiggarantix li żgur jgħixu?" staqsa t-tabib. Id-deputat kompla jgħid li "jekk jiena nqis ruħi ambjentalista kif jista' jkun ma nkunx favur il-ħajja b'mod assolut? Favur il-ħajja trid tkun b'mod assolut, għax kompromessi ma jeżistux f 'dan ir-rigward. Jien favur il-proċess tal-IVF," insista Farrugia, "kont jien stess li implimentajtu bħala Ministru tas-Saħħa. Però jien favur is-sigurtà tal-ħajja u l-proċess komprensiv li hu wkoll favur id-drittijiet għal min m'għandux vuċi." L-iffirżar tal-embrijuni... se jwassal għad-dħul tal-abort f 'Malta? Is-sena l-oħra, f 'intervista oħra ma' ġurnal lokali Farrugia kien stqarr li ladarba l-iffriżar tal-embrijuni jkun permess dan kien se jwassal għad-dħul tal- abort f 'Malta. Fid-dawl ta' dan il-ħsieb staqsejt lil Farrugia jekk lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Meta kont fuq is-sodda tal-mewt b'kanċer Kien il-Ministru responsabbli mill-implimentazzjoni tal-IVF f 'Malta. Mela għaliex issa kontra? U għaliex issa tkellem? U fejn marret daqstant ħażin ir-relazzjoni bejn Godfrey Farrugia u Joseph Muscat? It-tabib u d-deputat tal-PD u eks Ministru Laburista intervistat mill-gazzetta ILLUM. Jien min jien biex nagħżel li dawn it-tnejn jiġu impjantati u jitwieldu u nħalli lil ħuhom jew oħthom jiġu riżati " " Joseph Muscat mhux qiegħed ikun sinċier... għax hu jaf ċ-ċert li xħin jidħol l-iriżar tal- embrijun pass pass se jidħol l-abort b'mod legali minn drittijiet imposti mill-Qorti tal- Ewropa " "