Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 29 ta' April 2018 | illum Intervista 13 b'kanċer ktibtlu ittra dwar l-iżball li se jagħmel' għadux tal-istess fehma. Hu kien pront jgħid "dik hi r-roadmap ta' Joseph Muscat. Fl-2016 meta jien kont fis- sodda tal-mewt niġġieled mal-marda tal-kanċer, kont ktibtlu ittra daqsiex dwar l-iżball li se jagħmel meta ħareġ jitkellem pubblikament favur l-iffriżar tal-embrijuni. Ma kien tkellem ma' ħadd; qabad u għamel fattih, minkejja li hu jaf li kulħadd kontra, anke l-maġġoranza tal-poplu kontra," saħaq Farrugia. It-tabib kompla jsostni li "jien kontra kull forma ta' abbuż fuq in-nisa, l-abbuż u d-dominanza minn ċertu rġiel fuq il-mara, bħala tabib esperjenzajtha f 'din il-kamra u qsamt id-dulur ma' ħafna u ħafna nisa hawnhekk." F'kelma waħda jien favur id- drittijiet u l-emanċipazzjoni tal-mara. "Joseph Muscat mhux qiegħed ikun sinċier," kompla jakkuża Farrugia, "għax hu jaf fiċ-ċert li xħin jidħol l-iffriżar tal-embrijun pass pass se jidħol l-abort b'mod legali minn drittijiet imposti mill-Qorti tal-Ewropa. Il-liġi ser tidħol f 'Malta mill-ventilatur." Il-grupp parlamentari Laburista fl-aħħar ġimgħat wera l-appoġġ tiegħu għal-liġi li qed iressaq il-Gvern Laburista b'mod assolut anke jekk kien hemm vuċijiet mill-istess partit li esprimew ir-riservi tagħhom fosthom, l-eks Ministru tal- Affarijiet Barranin, George Vella u l-eks Deputata Laburista Deborah Schembri. Skont Farrugia din hija kwistjoni etika, ta' dritt tal-ħajja u għalhekk skontu l-Gvern ma jistax japplika 'l-whip' fuqha, "b'hekk qed iġiegħel lil xi membri jivvotaw kontra l-kuxjenza tiegħu," jallega Farrugia, "meta fil-passat din ma kinitx prassi." L-eks Ministru Laburista, kompla jgħid "jien dejjem tkellimt fuq il-prinċipji xjentifiċi tal-ħajja u d-drittijiet fundamentali għax il-politika u r-reliġjon ma tidħolx fiha, jien qed nitkellem bħala leġislatur u policy maker. Din mhix kwistjoni ta' aħmar, blu jew oranġjo. Meta niġu għall- iffriżar, se jkollna problemi kbar fl-adozzjoni tal-embrijuni għax min hu dak il-bniedem dan, li se jgħaddi mill-proċess ta' IVF hu x'inhu l-ġeneru tiegħu u ma jkunx jixtieq li tintuża ż-żerriegħa tiegħu jew tagħha biex iħossu aktar parti mill- embrijun?" Farrugia qal li skontu "kieku l-Gvern ried veru jgħin lill- koppji u lill-familji kien jara li jagħti l-mediċina b'xejn lill- koppji tal-IVF, attwalment din tiswa bejn €2,000 u €3,000 għal kull ċiklu. Il-kollass tar-relazzjoni Muscat-Farrugia Fit-13 ta' Mejju tas-sena l-oħra propju hekk kif il-Maltin kienu qegħdin jagħtu ż-żejt lill-magna elettorali li bdiet qabel il-waqt, Godfrey Farrugia, il-whip tal-Partit Laburista ħasad lil bosta hekk kif tefa' r-reżenja tiegħu mill-Partit Laburista u fl-aħħar elezzjoni kien kandidat mal-Partit Demokratiku. Mossa politika li finalment reġgħet daħlitu fil-Parlament. Staqsejt lil Farrugia x'kien il-punt deċiżiv li wassal għar-reżenja tiegħu mill-PL. Hu qal li "l-ewwel żvolta kienet meta jien ma aċċettajtx li nibqa' Membru fl-Eżekuttiv. F'dak il-mument irrealizzajt li l-kontabbiltà mhux se tiġi mħarsa fis- settur tas-saħħa u għalhekk jien bgħatt l-ittra tar-reżenja tiegħi mill-eżekuttiv tal-gvern. Għalhekk ukoll meta ħriġt mill- Girgenti (f 'laqgħa tal-kabinett) bdejt ngħid lill-ġurnalisti li rridu nħarsu lejn id-dinjità tal- pazjent, u dan għax kont naf li jekk ma titħarisx il-kontabbiltà fis-sistema tas-saħħa tkun id-dinjità tal-persuna li tmur minn taħt." Apparti minn hekk Farrugia kompla jsostni li "jiena dejjem kont leali, imma mhux leali biss lejn il-partit iżda lejn pajjiżi wkoll għax dan jiġi qabel kull lealtà oħra. Jien ħriġt għall- politika biex inservi, biex nagħti lili nnifsi għal ħajja pubblika. Ħafna huma dawk li jgħidulek il-politika ċċappsek. Jien bqajt ferm bogħod minn hekk. Fl-2013 jien ħriġt mal-għajta Malta tagħna lkoll għax emmint fiha, jien stajt qgħadt komdu hawn naħdem bħala tabib. Ħriġt mal-għajta ta' Muscat għax ridt inneħħi s-susa u tnawwir li kien hemm fil-PN però wkoll biex nibnu fuq it-tajjeb u neliminaw il-ħażin, biex it-tajjeb ngħidlu tajjeb u l-ħażin ma npinġuhx tajjeb. Huwa propju hawn fejn il-Gvern ta' Muscat mar ħażin," saħaq Farrugia. Farrugia kompla jgħid kif "qabel ir-rivelazzjonijiet tal- Panama Papers meta kien ikun hemm l-iċken skorrettezza, Muscat dejjem aġixxa minnufih u f 'ċertu każijiet kien hemm anke riżenji." Minkejja dan skontu "wara l-Panama Papers li kienu żvelati minn ġurnalisti internazzjonali, it-tmexxija nbidlet u l-affarijiet ma baqgħux sejrin fl-istess direzzjoni." Kieku l-Gvern ried veru jgħin lill-koppji u lill-familji kien jara li jagħti l-mediċina b'xejn lill-koppji tal-IVF " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018