Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486
illum | Il-Ħadd 29 ta' April 2018 16 Opinjoni Qed niddelittaw bir-rekordings bħalissa. Imkien u xejn mhu sagru. Alla jbierek kemm ħadna gost naraw li l-ICT qegħdin l-Imrieħel li kienu jieħdu ħsieb is-servers tal-electrogas u li taħthom ħarġet balla informazzjoni elettronika - għandhom ukoll ħidma marbuta ma' xogħol sensittiv mal-Bank of Valletta, l-MFSA, il-Planning Authority u l-APS fost oħrajn. Aħna wkoll għandna min jgħaddilna l-informazzjoni… isimgħu din!! Ġol-Kabina ta' ajruplan tal-Air Malta, titjira għal Londra. Taħdita fil-kabina Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Pilota kaptan raġel: Smajtuha l-ajruplan li ġabu l-ġdid ma għandux buttuna biex tħassar dak li qed ngħidu. Suffara naċċetta li nitla fuq ajruplan. First officer mara: Da żgur għax kieku joħorġuk ta' pervtu. Pilota kaptan raġel: Għaliex? First officer mara: Mela insejt xi bdejt fuq dik l-istewardess, x'tagħmlilha u ma nafx aktar. Pilota kaptan raġel: Ħi, tkellmet Maria Goretti, bħallikieku nsejtu ċ-ċajt tiegħek fuq dak il-pursor u min jaf kemm għandu wieħed…. Jinfetaħ il-bieb u tidħol pursor mara, xagħarha iswed twil, għajnejha ħodor, figura minn dawk li tara f 'xi ktieb minn dawk. Pursor mara: Kollox sew, tridu xi ħaġa? Pilota kaptan raġel: Li rrid ma tistax ittihuli First officer mara: Qabeż hu, u inti bħalek xi trid. Mhux moqdi? Pursor mara: Captiiin, issa kif ninżlu nara jekk inkunx nista' naqdik! Pilota kaptan raġel: Okay, mela nfakkrek. First officer mara: Jaqq. Pursor: Taf lil mingħandna fuq l-ajruplan? Pilota kaptan: Min? Pursor: Hemm Adrian Delia? Pilota Kaptan: Ajma. Pursor: Qiegħed club class u diġà xorob flixkun inbid. First pilot mara: Ħa ngħidlek aħjar minn Simon, dak kien qisu bajtra. Pilota Kaptan: Il-mara tiegħu faqa żgur. First pilot mara: Waqa' l-għażż. Pilota Kaptan: Ħa ngħidlek jien Nazzjonalist imma daqs kemm għamel Konrad għall-Air Malta ma għamel ħadd. First pilot mara: Jien I don't care fuq Panama, jekk jirranġa l-Air Malta jien nivvota Labour, x'nitnejjek. Pursor: Jien lil Konrad Mizzi nsibu sexy ħafna. Pilota Kaptan: Inti kollox issib sexy l-aqwa li għandu … First pilot mara: Ieqaf għax ser tibda bil-ħmerijiet. Pilota Kaptan: Min hemm aktar? Pursor: Mela ma rajtx il-lista ta' passiġieri. Pilota Kaptan: Ma għandix x'nagħmel, kont qed nara facebook. Min hemm? Għidli ejja sweet. Pursor: Ara fil-Club Class hemm Sandro Chetcuti, għandu ħafna fuljetti f 'ħoġru ta' karozzi lussużi, u mbagħad hemm Michael Frendo ma' xi wieħed iswed qisu Indjan u mbagħad hemm Louis Grech. First Pilot mara: Dak ħelu żgur, ostra x'nagħmilu kieku. Grrrr Pursor: Aħjar immur, għax naħseb Adrian wasal għat-tieni flixkun. Pilota Kaptan: Mur, mur, meta ninżlu ma ninsewx nagħfsu dik il-buttuna l-ħamra biex nħassru kollox. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle minn Carmel Cacopardo R iċentment l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Awditur (NAO) ippubblika r-rapport tiegħu għas-sena 2017. F'demokrazija r-rwol tal-Awditur Ġenerali għandu importanza kbira. Għandu r-rwol li jaċċerta ruħu mill-preżenza jew l-assenza ta' tmexxija tajba (good governance) f 'kull livell tal- amministrazzjoni pubblika. Dan hu kruċjali biex ikun determinat l-istat tas-saħħa tas-settur pubbliku. Ir-rapport fih lista tal- investigazzjonijiet li saru fl-2017 u li dwarhom ġew ippubblikati rapporti separati li diġà ġew diskussi pubblikament. Dawn jinkludu r-rapport annwali dwar il-kontijiet pubbliċi, ir-rapport konsolidat annwali dwar il-Kunsilli Lokali u l-verifiki speċjali. Matul l-2017 ukoll ġie ppubblikat rapport dwar ir-riżultati milħuqa mit-tliet dipartiment tal-Gvern li huma fuq quddiem fil-ġbir tal-flus u ċioè d-Dipartiment tat-Taxxi Interni, id- Dipartiment tal-VAT u d-Dwana. Fid-daħla tiegħu għal dan ir-rapport, l-Awditur Ġenerali Charles Deguara laqa' l-iżviluppi pożittivi li jagħtu indikazzjoni ċara tar-rieda tal- amministrazzjoni biex, sa fejn hu possibli, timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal- Uffiċċju tal-Awditur. Dan issa seħħ għal sentejn wara xulxin u wieħed jittama li jibqa' jseħħ ta' kull sena. Ir-rapport jispjega l-isforzi li jsiru fit-taħriġ tal- impjegati biex ikun assigurat li sa fejn hu possibli l-uffiċċju tal-awditur ikun armat sa snienu biex ikun jista' jsegwi u jinvestiga kif meħtieġ. Dan hu essenzjali biex l-uffiċċju tal-awditur iżomm lil kull amministrazzjoni attenta u kif ngħidu fuq ix-xwiek. L-Uffiċċju tal-Awditur fil-forma preżenti twaqqaf 20 sena ilu. Mill-1997 sar jirrapporta direttament lill- Parlament. Qabel, għalkemm teknikament indipendenti kien jifforma parti mill- Ministeru tal-Finanzi. Matul dawn l-aħħar 20 sena l-Uffiċċju tal-Awditur kellu ħafna x'jagħmel. Aħna nisimgħu l-iktar bil-każijiet individwali li dwarhom ikun hemm investigazzjonijiet. Il-ħidma tal-Uffiċċju tal- Awditur, imma, hi ħafna ikbar minn hekk. Hija, fost oħrajn, eżami kontinwu tal-kontijiet pubbliċi u r-rakkomandazzjonijiet li jsiru biex jitjieb il-mod kif ikun assigurat li jkunu segwiti r-regoli. Biex l-Uffiċċju tal-Awditur ikun effettiv jeħtieġ illi jkun assigurat illi jkun distakkat mill-amministrazzjoni u l-ħidma tagħha. Għalhekk iddejjaqt naqra fir-rapport tal-2017 dwar il-lista ta' dawk li jissejħu "domestic working groups" – gruppi ta' ħidma lokali li fihom ipparteċipa l-Uffiċċju tal- Awditur. Dawn ivarjaw mill- Bord għall-implimentazzjoni tal-istandards tal-accounting fis-settur pubbliku, il- grupp dwar il-leġislazzjoni finanzjarja u dak dwar il- governanza tajba fil-gvern lokali, fost oħrajn. L-Uffiċċju tal-Awditur qiegħed hemm biex jissorvelja l-operat tal- amministrazzjoni u mhux biex jifforma parti minn gruppi ta' ħidma biex jimplimenta proposti inkella biex ifassal proposti li jkunu implimentati minn ħaddieħor. Ftit ilu, l-Awditur Ġenerali flimkien mal- Ombudsman u ċ-Ċhairman tal-Kummissjoni Elettorali wkoll kienu marru lil hinn mir-responsabbiltajiet tagħhom meta aċċettaw l-inkarigu mill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jeżaminaw il-materja tar-rimunerazzjoni tal- Membri Parlamentari u ta' dawk kollha li jokkupaw uffiċċju politiku. Jiena kont argumentajt mal- Ombudsman Said Pullicino dwar dan meta flimkien ma' Arnold Cassola kont iltqajt ma' dak it-trio. Huma kienu ġġustifikaw il- pożizzjoni tagħhom b'parir legali mingħand l-Avukat Ġenerali u minn oħrajn! Sfortunatament, dawn it-tliet għorrief ma rrealizzawx li kkompromettew l-uffiċċju li jokkupaw u dan minħabba li min hu maħtur mil-liġi bħala regulatur ma jistax temporanjament jitfi s-swiċċ u minflok jibda jagħti l-pariri! L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jagħmel tajjeb jekk jagħmel pass lura u dan biex jassigura li jiddistakka ruħu kemm jista' mill- amministrazzjoni. Jekk ma jagħmilx hekk ikun qed jibgħat messaġġi żbaljati. Pass lura mill- Awditur Ġenerali carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com