Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

Minn Miriam Dalli 1 24 bikja. 124 tbissima. Dan huwa n-numru ta' trabi li twieldu f 'Malta permezz tal-IVF minn mindu dan is-servizz beda jiġi offrut b'xejn fl-2013. Kull tarbija li titwieled hija miraklu. Iżda għal kull koppja, partikolarment dik il-koppja li tant batiet biex tkun tista' ssir ġenitur, m'hemm xejn li jista' jitqabbel ma' dak il-mument li jħaddnu lil wild tagħhom magħhom. Għal dik it-tarbija li setgħet qatt ma twieldet li kieku ma kienx għat-trattament tal-IVF. Dawn il-124 storja ta' suċċess u mħabba jfakkruna fuq kollox f ' dawk li għadhom qed jissieltu biex ikollhom it-tfal. Fil-jiem li għaddew smajna lill-esperti tal-IVF jgħidu li huma biss medja ta' żewġ koppji minn 10 li jirnexxilhom ikollhom it-tfal permezz tat-trattament tal-IVF kif jitħaddem bħalissa. Ir-rata ta' suċċess hija ta' 21%. U allura l-mistoqsija tqum waħedha, x'qed jiġri mit-tmien koppji l-oħra? X'qed jiġri mill- eluf ta' koppji oħra li qed isoffru fis-silenzju għax m'għandhomx il-mezzi biex imorru jagħmlu t-trattament barra minn Malta fejn il-possibbiltà li jirnexxielhom ikollhom it-tfal tiżdied bil-bosta? Il-proposti l-ġodda biex tiġi emendata l-liġi tal-IVF ma faqqsux minn lejl għal nhar. Huma emendi li jħarsu lejn il-ħolqien tal-ħajja u l-preservazzjoni tal-ħajja. Irrid nistqarr magħkom li, bħal ħafna minnkom, kelli d-dubji u l-mistoqsijiet tiegħi dwar dawn l-emendi. Ridt nisma' l-argumenti kollha, staqsejt ħafna u ridt fuq kollox ngħarbel. L-aktar ħaġa li dejqitni min- naħat kollha hija l-esteriżmu ta' min jaqbad u jakkuża minghajr ma jisma' argument. Ta' min irid jinsulta għax sempliċiment tistaqsi jew tesprimi opinjoni. Ir-realtà hi li dubji jista' jkollu kulħadd. L-isteriżmu ma jwassalna mkien u l-għajjat ma jikkonvinċi lil ħadd. Huwa d-dritt ta' kulħadd li ma jaqbilx ma' dak li jkun qed jiġi propost – iżda huwa inġust meta nibdew naraw u nisimgħu argumenti sparati fl-ajru li ma jkollhom l-ebda bażi xjentifika. Barra minn Malta, il-ġenituri prospettivi għandhom l-għażla kemm tal-iffriżar tal-bajda, kif ukoll tal-iffriżar tal-embrijun. Il-possibbiltà li mara jinrexxilha twelled wild permezz tal-iffriżar tal-embrijun huwa ferm akbar. Għalija huwa ta' tħassib meta' nisma' li kważi 20% tal-Maltin għandhom problemi ta' fertilità. Nitħasseb għaliex naf it-trawma li jgħaddu minnha koppji li jkunu jixtiequ tarbija u ma jirnexxilhom. Għax naf kemm hi weġgħa ta' qalb meta wara li tkun għaddejt minn dawk it-trattamenti kollha t-tweġiba li tingħata tkun li ma rnexxilekx. Il-Gvern qed jipproponi li embrijuni friżati li koppja ma tużax imorru dirett għall- adozzjoni. Fl-Istati Uniti, l-adozzjoni ta' embrijun tinvolvi proċess rigoruż li tinkludi stejjer mediċi estensivi. Id-deċiżjoni dwar jekk tkunx adozzjoni miftuħa titħalla f 'idejn il- familji. Fil-każ ta' Malta qed jiġi propost li ġaladarba jkun hemm l-adozzjoni, il-ġenituri oriġinali jitilfu kull dritt u obbligu. Meta l-Gvern ippreżenta l-emendi għal din il-liġi, tkellimt ma' ħabiba tiegħi li għaddiet mit-trattament tal-IVF u staqsejtha jekk dawn il-proposti jagħmlux tant differenza. Spjegatli ċ-ċiklu kollu tat- trattament, l-impatt fiżiku, emozzjonali u psikoloġiku u t-trawma li għaddew minnha bħala koppja kull darba li t-trattament ma rnexxiex. Enfasizzat għal aktar minn darba li meta tkun ilek trid it-tfal ma taqbadx u tħalli embrijuni warajk kif ġib u lahaq. Nistqarr li d-dibattitu li għaddej fil-pajjiż dwar dan is-suġġett tant sensittiv u emozzjonali jien nilqgħu għax ifisser li se jkollna liġi li ġiet diskussa b'mod wiesa'. Però, bilfors irrid nappella għall-argumenti aktar razzjonali anke għaliex il-liġi eżistenti bis-sitwazzjoni kif inhi bħalissa mhijiex b'saħħitha biżżejjed. Il-liġi proposta se tagħti aċċess lil kull mara l-opportunità li ssir omm. Hemm imbagħad il- kunċett ta' 'altruistic surrogacy'. Din tal-aħħar se tkun diskussa f 'konsultazzjoni pubblika. Fuq dan il-punt nemmen li – jiġi deċiż x'jiġi deċiż – irid ikun hemm qafas legali sod li jilqa' għall-eventwalitajiet kollha u biex anke jagħmel ċari l-obbligi u d-drittijiet f 'każ ta' 'altruistic surrogacy'. Segwejt il-kumment tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Għalija dawn il-kummenti kienu insensittivi ma' min għaddej minn tbatija u diffikultajiet. Mhux biss qed jgħid lil dawn il-koppji li jekk ikun fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista jdawwar lura l-liġi tal-IVF, iżda issa qed jamplifika l-argument tiegħu billi jgħid li n-nisa se jibdew iduru għas-surrogazija, jekk isibu rwieħhom fi problemi finanzjarji jew fil-faqar. Għalkemm tista' tgħid li dan huwa argument li jinġieb anke barra minn Malta, il-pożizzjoni ta' diskussjoni m'għandhiex tkun waħda ta' bieb magħluq għalkollox iżda, jekk xejn, għandu tkun waħda miftuħa għal dibatitti u waħda li tipproponi salvagwardji. Waħda li tifhem il-weġgħat ta' min irid ikollu t-tfal u ma jistax. Diskussjoni li ma tistigmatizza lil ħadd u ma tippunta swaba' lejn ħadd. Diskussjoni li toffri soluzzjonijiet u ma ssabbatx bibien f 'wiċċ min verament għandu bżonn. illum | Il-Ħadd 29 ta' April 2018 18 Opinjoni L-estremiżmu ma jwassalna mkien Għad hemm ċans ta' soluzzjoni Minn Dun Anġ Seychell. G eorge Vella huwa eks ministru Laburista irtirat, mimli bil-għomor u bl-esperjenza, b'karriera fil-qasam politiku mimlija bl-indafa. Dan l-aħħar tkellem fuq il- proposta ta' liġi li tbiddel il-liġi dwar l-IVF. Kien għalhekk li meta tkellem u qal li l-proposta ġdida tal-IVF "hija travestija sħiħa tal-etika, tal-moralità u tad-dinjità tal- bniedem", Malta kollha waqfet u qagħdet tisma'. L-eks ministru Vella ta' s-servizz tiegħu fil-qasam mediku bħala tabib tal-familja, bħala deputat Parlamentari taħt Dom Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici, u bħala Deputat Prim Ministru u ministru taħt Alfred Sant u ministru taħt Joseph Muscat f 'karriera ta' 42 sena fil-politika. Indaqs ma jfissirx l-istess George Vella spjega pubblikament għaliex ħa din il- pożizzjoni. Huwa stqarr li biex tkun daqs ħaddieħor ma jfisserx li għandek tkun kopja tiegħu, jew l-istess. Ifisser ikollok prinċipji ġejjin minn fruntieri limitati frott il-korrettezza etika u morali, lil hinn mill-fruntieri ta' xi reliġjon partikulari u li jinsabu minquxa fl-etika u fil- moralità ta' kuxjenza ffurmata. Hekk qal George Vella fil-kitba tiegħu u jien naqbel miegħu. Imma f 'ċerti oqsma tal- ħajja u tas-soċjetà meta tibqa' għaddej bl-idea ta' kulħadd indaqs, illum jew għada tiltaqa' ma' kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu ma' problemi etiċi u morali li qatt ma nkunu ltqajna magħhom qabel. L-iffriżar tal-embrijuni Fost dawn meta hemm dawk marbuta mal-metodu tat-tnissil magħruf bħala "fertilizzazzjoni in vitro" (IVF). Hawn iqumu l-kwistjonijiet tal-iffriżar tal- embrijuni u s-self tal-ġuf. Għax hawn jidħol ukoll il-ġejjieni tal-embrijuni li jisfaw iffriżati. Xi jkun id-destin ta'dawk l-embrijuni li jisfaw iffriżati u ma jintużawx mill-propjetarji tagħhom. Se jitħallew imutu mal-mogħdija taż-żmien, jiddgħajfu u jitgħarrqu? Jew jingħataw anke lil persuni mhux miżżewġa? Huma mistoqsijiet li għamel George Vella fil- kitba tiegħu u li nagħmlu aħna lkoll! Għax ebda reliġjon ma tippermetti l-qtil; għall-ebda raġuni. Self tal-ġuf Kwistjoni oħra għandha rabta ma' meta titqanqal il-ħtieġa li embrijun ikollu bżonn jitqiegħed fil-ġuf ta' mara barranija minflok f 'dak ta' ommu. L-istorja tixhed li kemm-il darba ġara, li minkejja l-kuntratt li jsir u li fih jidħol saħansitra l-ħlas tal-flus, meta jgħaddu x-xhur tat-tqala fil- ġuf barrani, il-mara li ġġorr it-tarbija tant tħossha tinġibed lejn it-tarbija li qiegħda fiha imma mhix tagħha, li tasal biex tirrifjuta li tagħtiha lura lil omm bijoloġika. Kien hemm każijiet fl- Amerika fejn l-omm tellgħet lill-mara li għajxet lit-tarbija fil- guf tagħha u għal dan il-għan ħallset somma mitluba mil-liġi, meta dil-mara li ġarret it-tarbija irrifjutat li tagħtihielha lura. Il-qorti illiberata għax fehmet ir-rabta intima li nħolqot bejn it-tarbija u min ġarrha fil-ġuf għal xhur sħaħ u tatha raġun, minkejja li kien sar il-kuntratt bil-ħlas tal-flus. Aħseb u ara fejn m'hemmx flus fin-nofs. Appell Nagħmel tiegħi l-appell li għamel l-eks ministru George Vella biex l-abbozz ta' liġi għal din ir-riforma dwar l-IVF tkun imwarrba fil-ġenb għal xi żmien sakemm wara diskussjoni wiesgħa, infurmata minn nies kompetenti, jintlaħaq ftehim dwar riforma li tkun fl- aħjar interessi tat-tarbija. Il-metodu Na-Pro-Technology. Iżda ma rridx inħalli barra dak li kont ktibt dwaru fit- Times, kif ukoll F'Leħen is-Sewwa dwar il-fatt li teżisti alternattiva għall-IVF. Dal- metodu jissejjaħ Na Pro Technology u r-rata ta' suċċess tiegħu hu ferm ikbar minn dak tal-IVF, allura anqas bżonn tal-IVF. Filwaqt li dik tal-IVF ma taqbiżx it-30%, dak tal NTP tasal għal 80% tal-pazjenti li jirnexxilhom joħorġu tqal b'mod naturali, wara li jiġu solvuti il-kawżi tal-infertilita tagħha. X'differenza hemm bejn il- metodu IVF u dak NTP? Id-differenza kbira hija din: l-IVF ma ssolvix u lanqas tikkura x'inhu jwassal għall- infertilita fil-pazjenti, filwaqt li l-NTP jinqeda b'metodi dijanjostiċi differenti biex tidentifika x'qed iwassal għall-infertilita. Wieħed jibqa skantat bir- rata ta' suċċess tal-metodu NTP imqabbel mal-IVF. Imma kullħadd xortih: Ftit wisq hemm flus li għandhom bħala għan it-tiftix fit- teknoloġija NTP għax ħafna mil-finanzi tad-dinja qed imorru fl-IVF u t-tobba qed jitilfu l-ħiliet meħtieġa biex jagħtu lura l-fertilita naturali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018