Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 29 ta' April 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ...................... 1 Sliema W ....................... 1 (4-3 wara l-għoti tal-penalties) BIRKIRKARA għamluha għall-finali tal-FA Trophy meta għelbu l-isfida ta' Sliema Wanderers bl-iskor ta' 4-3 wara l-għoti tal- penalties. Sliema Wanderers kellhom bidu mill-aqwa u kellhom ċans tajjeb li jiftħu l-iskor wara biss tliet minuti meta minn azzjoni ta' corner Ricardo Calixto Correa Duarte indirizz kross lejn Frank Temile li għola tajjeb u ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi salvata tajjeb mill-goalkeeper tal-Istripes, Kristijan Naumovski. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu ferm aggressivi u fid-49 minuta irnexxielhom jiftħu l-iskor meta Edward Herrera xeħet cross pinġut mil-lemin lejn Ognjen Rolovic li permezz ta' xutt mill-ewwel kważi minn fuq il-penalty spot tefa' l-ballun wara Glenn Zamit. Il-Wanderers ġabu l-iskor indaqs fit-62 minuta meta Frank Temile rebaħ il-ballun mingħand Lucas Maia, avvanza fil-kaxxa u permezz ta' lob delizzjuż tefa' l-ballun fix-xibka. L-iskor baqa' ma nbdilix sa tmiem id-90 minuta u b'hekk il-partita kellha tmur għall- ħin barrani. Fil-ftuħ tal-ħin barrani, il-Wanderers ħarġu ferm tajjeb u wara biss ftit sekondi xutt potenti ta' Riccardo Calixto Correa Duarte għadda ċentimetri barra mil-lasti ta' Kristijan Naumovski. Fil-105 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, freekick insidjuż tal-ispeċjaista Srdjan Dimitrov għall-Istripes stampa mal-mimduda, bid- difiża tal-Wanderers tkun pronta u tikklerja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu. U lanqas sa tmiem il-ħin barrani, l-iskor baqa' ma nbidilx u b'hekk il-partita kellha tmur għall-lorterija tal-penalties fejn hawnhekk kienu li ħarġu rebbieħa bl-iskorers għalihom ikunu Frank Temile, Michele Sansone waqt li naqqsu milli jsibu x-xibka Mark Scerri, Edmond Agius, Mathias Muchardi Min-naħa l-oħra għall- Istripes sabu x-xibka Srdjan Dimitrov, Waldemar Acosta u Mislav Andelkovic waqt li fallew għalihom Edward Herrera, Ryan Scicluna. Birkirkara Naumovski, Herrera, Maia, Barbosa, Andelkovic, Grech (Micallef 102'), Zammit, Ognjen Rolovic (Dimitrov 72'), Acosta, Scicluna, Attard Sliema W. Zammit, Scerri, Biancardi, Temile, Calixto Correa Duarte, Adamovic, Agius, Ni Nortey, De Assis (Shaw 105'), Mintoff (Sansone 39'), Muchardi Referi Malcolm Spiteri KRISTIJAN NAUMOVSKI Kien l-aqwa plejer fil-grawnd fejn salva lil Birkirkara minn gowls ċerti. Fil-passat iddefenda l-lasti tat- tim nazzjonali tal-Maċedonja. Ingħaqad ma' Birkirkara f'Diċembru tal-2017. Ritratt - Dominic Borg Ritratt: Birkirkara FC Birkirkara l-nali tal-FA Trophy wara l-għoti tal-penalties Attakk fuq il-lasti ta' Sliema Wanderers

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018