Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 29 ta' April 2018 Sports 26 Liverpool miżmuma minn Stoke City LIVERPOOL ġewwa darhom f 'Anfield, sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' mingħajr gowls minn Stoke City. Bl-istess skor intemmet il-logħba bejn Burnley u Brighton & Hove Albion. Crystal Palace ġewwa darhom għelbu lil Leicester City bliskor kbir ta' 5-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Wilfried Zaha, James McArthur, Ruben Loftus-Cheek, Patrick van Aanholt u Christian Benteke li sab ix-xibka permezz ta' penalty. Ta' nota huwa l-fatt i l-Foxes spiċċaw il-partita jilagħbu b'10 plaejers meta fis-56 miuta tkeċċa għalihom il-player Marc Albrightin permezz ta' karta ħamra diretta. Everton barra minn darhom għelbu l-isfida ta' Huddersfield Town bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Cenk Tosun u Idrissa Gana Gueye. WBA barra minn darhom għelbu lil Newcastle United bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku għalihom jasal minn Matthew Phillips fid-29 minuta. Southampton ġewwa darhom għelbu lil AFC Bournemouth bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Dusan Tadic, waqt li Joshua King kien ġab id-draw momentarju għal AFC Bournemouth fil-45 minuta. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 28 t'April Liverpool vs Stoke City 0-0 Burnley vs Brighton & Hove Albion 0-0 Crystal Palace vs Leicester City 5-0 Huddersfield Town vs Everton 0-2 Newcastle United vs West Bromwich Albion 0-1 Southampton vs AFC Bournemouth 2-1 FIXTURES Il-Ħadd 29 t'April 15:15 West Ham United vs Manchester City 17:30 Manchester United vs Arsenal It-Tnejn 30 t'April 21:00 Tottenham Hotspur v Watford Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 29 t'April 12:30 Crotone vs Sassuolo 15:00 Atalanta vs Genoa 15:00 Benevento vs Udinese 15:00 Bologna vs AC Milan 15:00 Hellas Verona vs SPAL 2013 15:00 Sampdoria vs Cagliari 18:00 Fiorentina vs SSC Napoli 20:45 Torino vs Lazio 'Konna onorati li lgħabna għal pajjiżna filwaqt li kburin li aħna Mal- tin' - Elaine Genovese minn Cristian Antony Muscat FTIT tal-jiem ilu, Team Malta tat-Tennis rebaħ il-grupp tiegħu u eventwalment wasal sal- play-offs finali tat-Tazza tad-Dinja. L-ILLUM tkellmet ma' waħda mill-plejers ewlenin li sawwru dan it-tim, Elaine Genovese, fejn tatna dawn il-kummenti: "Kien meqjus bħala vjaġġ inkredibbli li wassalna għal dan l-istadju wara li fit-triq eliminajna żewġ pajjiżi ferm qawwija fix-xena tat-tennis iġifieri l-Irlanda u l-Marokk flimkien ukoll mal-Uganda. Kien grupp fejn lanqas waqqajnaset wieħed. Fil-finali kontra l-Afrika t'Isfel aħa ta' Team Malta tajna wirja mill- aqwa iżda minkejja kollox tlifnabl-iskor ta' 2-1. Minn dejjem kien l-objettiv tiegħi illi niġu promossi għal grupp 2 u din id-darba rsaqna verament viċin. Ninsab kburija mit-tim tiegħi magħmul minn Francesca Curmi, Brenda Galea, Emily Lightfood u l-captain Helen Asciak. Kollha kemm huma taw is-sapport tagħhom sabiex tasal din il-wirja sabiħa. Ilna naħdmu qatigħ filwaqt illi tħarriġna kemm ġewwa kif ukoll barra l-court. Konna qed nitrenjaw ġewwa Asciak Tennis Academy u minn hawn nixtieq nieħu din l-okkazjoni sabiex nirringrazzja lil Matthew Asciak u Dali Suza għall- għajnuna kbira li tawna u fl-aħħar u mhux l-inqas lill- Federazzjoni Maltija tat- Tennis. Fl-aħħar mill-aħħar konna onorati illi lgħabna għal pajjiżna filwaqt li kburin li aħna Maltin," temmet tgħid Genovese. Team Malta tat-Tennis wara l-partita kontra l-Irlanda Mohamed Salah jitfa' l-ballun barra minn pożizzjoni ideali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018