Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486
Il-Ħadd 29 ta' April 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat LMFPA Awards li saru fit-23 ta' April 2018, ġew fi tmiem staġun kalċistiku eċitanti u kompetittiv ħafna, li ra timijiet jissieltu biex jipprevalu kemm fil-quċċata, kif ukoll fin-naħa t'isfel tal- klassifika, fid-diviżjonijiet kollha. Sa ċertu punt dan kien anke rifless fir-riżultat tal-votazzjoni ta' dawn l-unuri. B'iktar minn 300 vot imqassam, ivverifikat u magħdud (għal tliet darbiet), ħafna unuri baqgħu missielta sal-aħħar nett, bir-rebbieħ f 'numru ta' unuri jgħaddi fl- ewwel post b'vantaġġ ta' vot 1 jew 2 biss. Iċ-ċerimonja nnifisha saret ġewwa x-Xara Lodge u attendew għaliha l-Onorevoli Clifton Grima, l-Onorevoli Ryan Callus, plejers, ex plejers, amministraturi sportivi u membri tal-istampa. Is-serata irnexxielha tiċċelebra l-futbol, preżent u passat, waqt li tenfasizza l-bżonn ta' iktar xogħol u ambizzjonijiet ogħla. Fid-diskors tiegħu, is- Segretarju Ġenerali tal-MFPA, Carlo Mamo, tkellem dwar kwistjonijiet l-iktar inkwetanti u sostna l-fatt li l-MFPA qatt ma hi ser tkun osservant kritiku biss, imma ser tkun attivament qed taħdem biex tkun parti mis-soluzzjoni. Minħabba f 'hekk, hu spjega, kif l-Assoċjazzjoni qiegħeda diġa`, u ser tkompli taħdem, fuq numru ta' proġetti biex jitjieb il-livell tal-futbol u l-kundizzjonijeit tax-xogħol tal-membri tagħha. Membru distint tas-serata kien is-Sur Roy Vermeer, rebbieħ tal-Merit Award għal kontribuzzjoni imprezzabbli tiegħu fl-avvanz tal- kundizzjonijiet tal-plejers f 'Malta. Is-Sur Vermeer ħadem fil-FIFA u UEFA għal diversi snin u preżentement huwa d-Direttur Legali fi ħdan il-FIFPro. L-iSpecial Award ingħata lill-aqwa ħdax il-plejer tal- ewwel ġenerazzjoni tal-futbol nazzjonali Malti. Leġġendi tal-futbol tal-passat bħal John Holland, Joe Cini, Louis Arpa u Willie Vassallo, fakkru lill-partitarji dwar l-istorja ta' mħabba twila li pajjiżna għandu mal-logħba tal-futbol. L-Unur ta' Best Young Player tas-sena mar għand il-midfielder Jake Grech, l-istilla ta' Birkirkara, filwaqt li r-rebbieħ tal-MFPA Best Player tas-sena mar għand Andrew Cohen. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' Andrew Cohen innifsu fejn talbitu jgħaddi l-kummenti tiegħu rigward x'fisser għalih dan l-unur personali f 'karriera illustri fil- futbol. Huwa saħaq li: "Li tirbaħ unur personali fi tmiem staġun mill-aqwa huwa dejjem xi ħaġa mill- isbaħ iżda meta dan l-unur jiġi vvutat lilek mingħand il- kollegi u r-rivali tiegħek, huwa ta' sodisfazzjon ferm ikbar. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li vvutawli u lill-Malta Football Players Association (MFPA) għas-serata finali li kienet waħda mill-isbaħ kif ukoll għall-organizzazzjoni mpekkabli tagħhom. Inrodd ħajr ukoll lill-president ta' Gżira Unietd Sharlon Pace li dejjem emmen fija, kif ukoll lill-kowċ Darren Abdilla u lill-istaff tekniku tiegħu. Ma kienx ikun possibli għalija li nirbaħ dan l-unur mingħajr l-għajnuna tal-plejers sħabi li għenuni bis-sħiħ biex ikolli wirjiet tajbin matul l-istaġun kollu. Ma nistax ma nirringrazzjax ukoll lill-partitarji kollha ta' Gżira United li dejjem kienu warajna kemm fi żminijiet sbieħ u anki fi żminijiet inqas sbieħ. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-familja kollha tiegħi speċjalment lill-mara futura tiegħi Maria Cremona għall- paċenzja u s-sapport kollu li ttini kontinwament. Dan kien staġun mill-isbaħ għalija," temm jgħid Andrew Cohen. Iċ-ċerimonja ser tixxandar fuq TVM fl-4 ta' Mejju fit- 20.30, fuq ONE TV fil-5 ta' Mejju fid-20.40 u fuq NET TV fit-8 ta' Mejju fid-20.45. Din hi l-lista kompluta tar- rebbieħa: Best Futsal Player: Maicon Silva Best Female Player: Stephania Farrugia Best First Division Player: Paul Chimezie Best Referee: Alan Mario Sant Best Coach: Paul Zammit Best Young Goalkeeper: Jake Galea Best Young Defender : Jean Borg Best Young Midfielder: Jake Grech Best Young Forward: Kyrian Nwoko Best XI Goalkeeper: Henry Bonello Best XI Right Back: Enmy Pena Beltre Best XI Left Back : Joseph Zerafa Best XI Central Defenders: Steve Borg Enrico Pepe Best XI Midfielders: Paul Fenech Andrew Cohen Mislav Andjelkovic Best XI Forwards: Amadou Samb Alex da Paixao Alves Bojan Kaljevic Special Award: Alfred Mizzi Anton Camilleri Edward Darmanin Edwin Farrugia John Holland Louis Arpa Eddie Theobald + Willie Vassallo Joe Cini Ronnie Cocks + Raymond Xuereb Merit Award: Roy Vermeer MFPA Best Young Player: Jake Grech MFPA Best Player: Andrew Cohen Meta l-unur jiġi mingħand il-kollegi tiegħek, huwa ta' sodisfazzjon ferm ikbar' - Andrew Cohen Andrew Cohen bit-Trofew tal-MFPA Best Player 2018