Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486
illum Il-Ħadd 29 ta' April 2018 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, il-bowler ewlieni Malti, Justin Caruana Scicluna rebaħ id-deheb fis-singles tal-irġiel fil-Kampjonati tal-Mediterran tat-Tenpin Bowling f 'Ankara, fit- Turkija. Huwa ddomina l-kompetizzjoni tal-irġiel minkejja sfida minn champions ta' pajjiżi oħra bħat-Turkija, il-Greċja, u Franza. Din hi t-tieni darba li Justin ħa d-deheb fis-singles tal-irġiel wara suċċess simili fis-Slovenja fl-2013. L-ILLUM ħadet il- kummenti tal-istess Justin Caruana Scicluna li saħaq li: "Din kienet it-tmien parteċipazzjoni tiegħi fil- Kampjonati tal-Bowling tal- Mediterran u probabilment l-aktar waħda diffiċli minħabba l-kundizzjonijiet tal-lanes li lgħabna fuqhom. Din il-midalja tad-deheb fis- Singles kienet it-tieni waħda tiegħi. F'din l-edizzjoni kont fuq quddiem mill-bidu nett tal-logħob u kont determinat ħafna li mmur tajjeb. Dan minħabba l-fatt li dawn l-aħħar xhur kont qed inbati biex inżomm ċertu konsistenza fit-teknika tal- logħba u ma kontx kuntent bil-prestazzjonijiet tiegħi fil-kompetizzjonijiet lokali. Minkejja dan ġejt hawn u rbaħt il-midalja tad-deheb," temm jgħid Caruana Scicluna. 'Kont determinat ħafna li mmur tajjeb u rnexxieli nikseb id-deheb għal Malta' - Justin Caruana Scicluna 'Irrealizzajt il-ħolma ta' ħajti' - Ian Grech minn Cristian Antony Muscat ISSĦANA qawwija li laqtet il-Grawnd ta' Carrara ma fixklitx l-isforzi ta' Ian Grech biex waqt il-Logħob tal-Commonwealth, irreġistra l-aħjar qabża fil-karriera tiegħu meta qabeż 7.43 fir-Rawnds ta' Kwalifikazzjoni tal-Long Jump tal-Irġiel. L-ILLUM tkellmet ma' Ian Grech innifsu fejn tana iktar dettalji. Huwa stqarr ma' din il-gazzetta li: "Biex wasalt s'hawn ma kinitx faċli. Kont ilni nipprepara għal din il- kompetizzjoni sa minn Awwissu li għadda, biex l-ewwel nikkwalifika mbagħad xahar wara niġi Gold Coast l-Awstralja biex nieħu sehem fil-Logħob kbar tal- Commonwealth. Bħala kompetizzjonj nista' ngħid, li din kienet il-ħolma ta' ħajti, li nikkompeti fi stadium b'aktar minn 30 elf persuna u kont qiegħed nikkompeti mal-aqwa atleti professjonali fid- dixxiplina tal-long jump u jien ħassejt li għenitni u mmotivatni biex naqbeż aktar però aktar minn hekk għamilt ħbieb magħhom u tgħallimt minnhom ukoll," temm jgħid Grech. Justin Caruana Scicluna bil-midalja tad-dehebf 'Ankara, t-Turkija Ian Grech waqt il-qabża storika li kellu l-Logħob tal-Commonwealth -Awstralja