Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 29 ta' April 2018 | illum Sports 29 'Il-kick-boxing tani dixxiplina, edukazzjoni u maturità kbira' - Keith Azzopardi minn Cristian Antony Muscat KEITH Azzopardi huwa wieħed mill-aqwa-kick- boxers f 'pajjiżna u li żgur li għandu futur mill- isbaħ f 'dan l-isport. F'din l-intervista se jkun qed jagħti iktar dettalji rigward diversi aspetti tal-kick- boxing f 'pajjiżna u rigward l-andament tiegħu f 'dan l-isport li tant iħobb kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Kif għażilt il-kick-boxing fost minjiera ta' sport ieħor? Il-kick-boxing tista' tgħid illi għażiltu waħdi hekk kif niftakar illi l-kowċ li kien jieħu ħsiebi kien ġar tiegħi. Inzertat illi ommi qabbditni miegħu u bis-saħħa t'hekk bdejt inħobb dan l-isport u komplejt nipprattikah sal- lum il-ġurnata. Liema kienet dik ir-rebħa li l-iktar tibqa' tgħożż fil- karriera tiegħek? L-ikbar rebħa illi kelli kienet meta kont għamilt suċċess fi Franza f 'Settembru tas-sena l-oħra għax ikkompetejt f 'livell veru għoli tal- kickboxing. Iġġilidt kontra fighter Franċiż f 'pajjiżu iżda minkejja kollox, irnexxieli nirbaħ titlu professjonali Ewropew hemmhekk. Naħseb li dak il-mument ser nibqa' ngħożżu tul ħajti kollha. Bħalissa qed issofri minn injury. Kif qed tirkupra minn din l-injury u timmissjah xejn it-taħriġ u l-fatt li f 'dan iż-żmien mhux qed tikkompeti? Iva bħalissa nimmissja ħafna l-fights u nistqarr illi din ser tkun l-ewwel darba f 'erba' snin illi ser ikolli naqbeż din il-ġlieda. Nista' ngħid illi qed nirkupra tajjeb mill-injury u nemmen illi aħjar hekk milli nkompli niggrava l-affarijiet. Madankollu persważ illi kif jgħaddi kollox inkompli fejn ħallejt. Kif tara l-livell tal-kick- boxing f 'pajjiżna - dan naqas jew żdied minn kemm ilek tikkompeti int fil-kick- boxing? Iva, il-livell tal-kickboxing għola ħafna hawn Malta. Nista' ngħidlek illi l-kowċ tiegħi Noel Mercieca jaħdem ħafna għal dan l-isport f 'pajjiżna kif ukoll għandu kuntatti tajbin ħafna f 'pajjiżi bħal Iran u l-Arġentina. Tant hu hekk illi morna n-naħa l-oħra tad-dinja meta żorna l-Awstralja u rnexxielna noħorġu b'rebħa minn hemm. Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq livell professjonali. M'hemmx dubju illi f 'dan l-isport Malta mxiet 'il quddiem ferm jekk komparat ma' dixxiplini oħra. Meta f 'Jannar tas-sena l-oħra mort Turin u kkompetejna ma' kickboxers ta' livell, kelli f 'moħħi illi mmur tajjeb. Għalija kien unur kbir illi kkompetejt ma' kickboxers ta' fama mondjali fuq l-istess ring. Anke l-fatt illi kien hemm udjenza ta' ċertu fama bħal David Trezeguet li kien plejer ta' Juventus juri li kien avveniment veru kbir. Issib xejn sponsors fil-kick- boxing? Importanti illi jkolli l-isponsors minħabba illi jien irrid nitħarreġ kuljum apparti illi dan kollu joħodli ħafna ħin u b'xi mod trid tipprova taqla' xi ħaġa tal-flus. Fil- verita' għandi xi sponsors illi jgħinuni iżda dawn mhumiex xi kumpaniji kbar. B'xorti ħażina Malta xi ftit limitata f 'dan il-qasam u li taqla' x'tiekol mill-isport għalissa huwa xi ftit diffiċli. L-iktar illi jkollna dħul hu mill- promozzjonijiet illi jkollna meta nikkompetu barra minn Malta. Minkejja kollox jien xorti nħares 'il quddiem u nara x'se jiġri u ħerqan illi nkompli nipparteċipa f 'kompetizzjonijiet futuri. Il-media tagħti bizzejjed exposure lill-kick-boxing f 'pajjiżna jew tagħmel dan waqt xi ġlieda importanti bħalma kont involut fiha int ftit tal-jiem ilu? Iva nemmen illi l-media f 'Malta tagħtini ħafna sapport u meta jkollna xi kompetizzjoni barra minn xtutna dejjem jibagħtu għalina permezz ta' intervisti u għalhekk m'għandix xi ngerger. Niftakar meta kont mort tajjeb Franza, kif wasalt Malta ġew l-ajruport jilqgħuni l-ġurnalisti. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew zgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-kick-boxing. Il-messaġġ tiegħu lit-tfal hu li dan l-isport lili tani dixxiplina, edukazzjoni u maturità kbira. Bis-saħħa ta' dan l-isport irnexxieli niltaqa' ma' nies kbar u għamilt karriera. Tgħallimt ħafna u ngħid lit-tfal illi flok joqogħdu jiġru barra, jipprattikaw xi dixxiplina għax mhux biss ikunu qed jimlew il-ħin tagħhom iżda jieħdu ħafna valuri u vantaġġi kbar minnu. Il-kick-boxer ewlieni Malti, Keith Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018