Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 29 ta' April 2018 MA nistgħux ngħidu li dawn l-aħħar jiem u ġimgħat kienu faċli għal Muscat, anzi pjuttost kienu l-aktar diffiċli. Minkejja dan lil hinn mill-kmamar tal-aħbarijiet; fit-toroq, fil-pjazez u f 'diversi ċrieki soċjali differenti donnu jiġri x'jiġri, anke jekk persuna tkun tradizzjonalment Nazzjonalista, l-argument kważi dejjem jagħlaq bil-kliem 'imma n-nies lilu (Muscat) iridu' jew 'xorta jċapċpulu' jew 'imma ma nismax nies igergru' jew inkella 'u dawn mhux it- tnejn l-istess, mur ara!' Bosta drabi jkun jidher illi lil hinn minn dawk li jkunu qed isegwu l-istejjer ħerġin kull ftit ġranet dwar allegat tixħim jew allegat korruzzjoni, ir-rabja tkun ħafna inqas jekk mhux non-eżistenti. Din mhux qed ngħiduha aħna, tinħass ukoll sew fil-Partit Nazzjonalista li qed jipprova, kemm jista' jkun iżomm 'il bogħod milli jkun partit perċeput li jitkellem fuq il-korruzzjoni biss, forsi għax jaf u l-esperjenza elettorali wriet li l-korruzzjoni waħedha, kbira kemm tinħass li tkun kbira, qatt ma tniżżel Gvern. Lil hinn mill-preġudizzju politiku u l-ittimbrar, din il- gazzetta tat ħarsa lejn x'jistgħu jkunu r-raġunijiet għall-fatt li minkejja s-serjetà tal- allegazzjonijiet li ilhom isiru fil- konfront ta' persuni prominenti fil-Gvern ta' Muscat, dan baqa' popolari ħafna tant li l-PN qed jibża' jekk fil-fatt fl-2019 hux se jkun kapaċi jtella' t-tielet siġġu, fil-Parlament Ewropew. Ekonomija b'saħħitha u l-but; Il-kwistjonijiet li ddominaw fl-aħħar 30 sena L-ekonomija tal-pajjiż għaddejja bil-galopp. Il-qasam tax-xogħol qed jesperjenza l-akbar numri ta' nies li jinsabu f 'impjieg, fost l-inqas rati ta' persuni jfittxu x-xogħol u impjegaturi qed ikollhom iħaddmu barranin minħabba li mhux qed isibu biżżejjed persuni biex jaħdmu. Ma' dan żid numri dejjem jikbru ta' turisti li qed iżuru pajjiżna, settur tal-kostruzzjoni li qed jara wieħed mill-aqwa jekk mhux l-aqwa tkabbir fi żmien twil u dħul iktar qawwi mit-taxxa minħabba popolazzjoni dejjem tikber ta' ħaddiema barranin. Dan kollu qed ikollu l-effett ekonomiku tiegħu fuq setturi vasti ta' nies, speċjalment negozji f 'lokalitajiet turistiċi, aġenziji tal-proprjetà, persuni li jaħdmu għal rashom f 'xogħol li jirrigwarda tibjid, elettriku, ilma, madum, għamara kif ukoll profesjonisti bħal nutara u periti kif ukoll mijiet jekk mhux eluf ta' familji li qed jikru proprjetà jew proprjetajiet tagħhom lil xi ħadd. Dan il-ġid ekonomiku, anke jekk fil-fatt mhux qed jilħaq lil kulħadd, qed jilgħab perfettament fin-narrativa ta' Muscat illi l-għan tiegħu li jitħabbeb jew jidher jitħabbeb mal-multi-miljunarji, negozjanti kbar u kuntratturi, Maltin jew barranin, huwa biex jiġi x-xogħol u jinħolqu l-impjiegi u b'hekk iddur ir-rota u Malta jkollha l-flus. B'hekk, għal Muscat, l-għan jiġġustifika l-mezz, anke jekk il-mezz jista' mhux dejjem ikun wieħed trasparenti jew aċċettabbli għal kulħadd. Fil-fatt din in-narrativa kienet pprattikata perfettament u għall- vantaġġ massimu fil- każ tad-donazzjoni lil Puttinu. Hawnhekk Muscat uża l-flus mill-Individual Investor Programme (bejgħ tal- passaporti), skema li minkejja li hija legali xorta tqajjem bosta mistoqsijiet u ffaċċjat ħafna oppożizzjoni. B'dan il-mod Muscat qabad il-flus minn attività li ħafna/uħud jaħsbu li hija dubjuża u użahom għal għan nobbli. B'hekk l-għan (karità) iġġustifika l-mezz (bejgħ ta' passaporti). Muscat jaf sew illi l-poplu Malti, bħal kull poplu ieħor iqum, imur għax-xogħol, jagħmel ix-xirjiet, iħallas il- kontijiet, jieħu ħsieb it-tfal u jipprova jara li l-paga ta' kull xahar twassal biex forsi l-familja jew l-individwu jkollu biżżejjed biex jagħmel kapriċċ. Għal ħafna hija din l-ewwel prijorità, qabel kwalunkwe oħra. Il- benessere tal-familja tagħhom u l-importanza li l-livell tal- għixien ikun assigurat. Għalkemm għad hawn eluf ta' nies li qed jgħixu fil-faqar jidher li hawn porzjon imdaqqas ta' nies li raw jew qed jaraw li dan il-livell tal-għixien tjieb jew tjieb ħafna fl-aħħar snin, direttament minħabba l-istat tal-ekonomija jew direttament minħabba miżuri li ħa l-gvern. Minkejja li għad hawn porzjon ta' nies li qed jgħixu fil-faqar, il-fatt li l-ekonomija sejra tajjeb ifisser li dawk li mhumiex, jew dawk li għadhom qrib jew fil-faqar jaraw illi s-sitwazzjoni tagħhom hija waħda li hemm aktar ċans tkun ratifikata issa, b'dan il-Gvern u mingħajr bidliet. Fl-Istati Uniti, ir-Repubblikani jaf ikollhom riżultati tajbin fl- elezzjonijiet 'midterm' tas-sena d-dieħla, hekk kif l-ekomonija Amerikana għaddejja tajjeb ħafna, minkejja li Trump il- ħin kollu fuq l-aħbarijiet għal raġunijiet ħżiena. Studju li kienet għamlet Ruth Dassonville mill-Università ta' Montreal u l-Università ta' Iowa analizza r-relazzjoni bejn l-ekonomija u l-elezzjonijiet f 'pajjiżi Ewropej bejn l-1952 u l-2012. Wara li wieħed jikkunsidra n-numru ta' partiti f 'elezzjoni, instab li żieda ta' 1% fil-Prodott Gross Domestiku kienet assoċjata ma' żieda ta' kważi 0.75% fl-appoġġ għall- Gvern. Minkejja dan, kif tgħid ukoll riċerka ta' The Economist turi illi fil-fatt fl-Ewropa r-riżultati ekonomiċi ma kinux biżżejjed biex Gvern jerġa' jirbaħ elezzjoni. F'pajjiżna stess naraw illi l-istorja hija waħda li tagħti messaġġ pjuttost ċar. Fl-1987 il-Partit Nazzjionalista rebaħ l-elezzjoni u ma' din ir-rebħa l-ekonomija, permezz ukoll tal- kostruzzjoni, turiżmu u anke proġetti kapitali, ħadet spinta qawwija. Kienu wkoll is-snin illi matulhom l-ekonomija Maltija ġiet liberalizzata u għalhekk żdiedet mhux ftit l-għażla għall-konsumatur. Dan issarraf f 'appoġġ qawwi għall-Gvern Nazzjonalista fl-1992 b'maġġoranza ta' 13,021, l-akbar distakk sa dakinhar. Fl-1996, anjke jekk l-ekonomija kienet sejra tajjeb kien hemm il-kwistjoni tal-Value Added Tax (VAT), taxxa li l-klassi tan-negozjanti ħassew sa dakinhar li ma kinitx vantaġġjuża u li ħafna raw li se tgħolli l-ħajja waħda sew. Fuq l-għajta jew l-impressjoni li se jitneħħew il-cash registers u li se titneħħa l-VAT, flimkien mal- fatt li l-Labour kellhom mexxej ġdid (Alfred Sant) il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal- 1996. Fl-2013 l-ekonomija ma tantx kienet sejra wisq tajjeb, għalkemm fil-fatt Malta żammet fil-wiċċ minkejja kriżi fnanzjarja u żidiet fil-prezzijiet taż-żejt. Il- Partit Laburista b'Joseph Muscat issa Mexxej rebaħ l-elezzjoni fuq il-fattur li kienet qed tinħass ħafna l-bżonn ta' bidla u anke fuq il-fatt li firxa wiesgħa ta' negozjanti u kuntratturi ħassew li x-xogħol kien wieħed kajman. Ma' dan trid tgħodd il-fatt, li ħafna donnhom jinsew, illi Muscat kien wiegħed li se jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kwistjoni li realment jew fil-perċezzjoni bdiet tiekol mil- livell tal-għixien tal-familji u negozji. Trid tgħodd il-fatt ukoll li l-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass kienu għolew, minn madwar €5 kull tank, għal madwar €20 kull tank ta' 12-il litru. Minkejja li dan kollu ġara fi klima ekonomika internazzjonali volatili ħafna, hija probabilità illi parti kbira mir-raġuni għar-rebħa ta' Muscat fl-2013 kienet l-ekonomija, il-kontijiet tad- dawl u l-ilma u r-rabta diretta bejn korruzzjoni reali jew perċeputa mad-dħul tal-familji. Fl-1998 l-elezzjoni ntrebħet mill-PN fuq żewġ kwistjonijiet partikolari; id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, imma wkoll (il-but u l-ekonomija għal darb'oħra) il-wegħda ta' Fenech Adami li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li kien għolla Gvern Laburista biex jagħmel tajjeb għad-djun fl-Enemalta, il-wegħda ta' tneħħija tal-50ċ minn fuq kull mediċina li kienet qed tingħata b'xejn u l-wegħda ta' tnaqqis ta' 33 taxxa (fil-fatt Gvern Laburista ma kienx daħħal 33 taxxa - kienet parti mill-eżerċizzju ta' propoganda Nazzjonalista – fost dawn kien hemm taxxi relatati wkoll mal- liċenzji tal-kaċċaturi). Il-PN kien wiegħed ukoll li jneħħi is-CET, taxxa li ddaħlet flok il- VAT u kien bena kampanja fuq il-famuża 'taxxa tad-drenaġġ.' L-elezzjoni tal-2003 u l-2008 jistgħu jitqiesu bħala l-uniċi tnejn fl-aħħar 30 sena illi fihom il-kwistjoni tal-but u l-ekonomija ma tantx lagħbet agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Muscat; Kif jibqa' jsalva minkejja Gaffarena, Cafè Premiere, sparatura, Panama, Egrant, '17 Black' u għadu popolari...imma kif? Jistaqsu ħafna. L-ILLUM tanalizza l-akbar probabiltajiet għaliex Joseph Muscat jibqa' popolari....

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018