Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 29 ta' April 2018 | illum Sports 31 titlu finali. Jien inqis dan il-kumitat bħala x-xewka tad-dahar ta' Valletta li jżomm kollox magħqud u organizzat. Huma jiltaqgħu ta' spiss bejniethom u jaraw x'hemm bżonn ħalli dejjem jimxu 'l quddiem. Apparti minn hekk issib ukoll xi volontarji li jagħtu daqqa t'id lill-klabb f 'dak li jeħtieġ u dan jagħmel Valletta FC bħala familja kbira u magħquda. Dawn in-nies lilna jimbuttawna sabiex nagħtu l-mija fil-mija tagħna fil-grawnd. Kważi kważi ngħid illi huma dawn in-nies illi jżommu l-futbol Malti għaddej. Xi tgħidli dwar il-partitarji Beltin? Il-partitarji nqishom bħala t-12-il raġel tagħna fil-grawnd. Jiġu numerużi fil-grawnd u hemm min minnhom lanqas biss jitlef logħba. Fl-aħħar partiti tagħna kienu hemm u tawna s-sapport neċessarju. Meta mbagħad ġejna biex nirbħu l-kampjonat huma riedu jgawdu magħna speċjalment meta għollejna t-tazza tal-kampjonat. Jien ngħid illi mingħajrhom ikollok xi ħaġa nieqsa mill- grawnd u nammirahom għax sena wara sena dejjem ikunu hemm għalina. X'taħseb illi huwa l-ingredjent illi jorbot kollox flimkien għas-suċċess finali? Jien naħseb li l-ingredjent prinċipali f 'din ir-riċetta ta' suċċess huwa l-kollettività u l-għaqda fil-grupp. Peress illi l-kampjonat intrebaħ fl-aħħar ġurnata, fil-logħbiet li wasslu għaliha kien hemm ħafna emozzjonijiet imħallta u għalhekk kien importanti li nkunu flimkien magħqudin bħala plejers u kumitat għax kieku ma konniex naslu biex nirbħu dan l-unur. Tliet logħbiet minn tmiem il-kampjonat konna għadna t-tieni post wara Balzan. Kien għalhekk illi bqajna konċentrati sabiex wasalna biex akkwistajna l-punti massimi. Nitkellmu issa fuq it-tim nazzjonali Malti. Int lgħabt ħafna taħt Pietro Ghedin. X'tikkumenta fuq il-kowċ il- ġdid Tom Saintfiet? Jien ngħid illi kull kowċ għandu l-filosofija tiegħu. Bħalissa qed nippruvaw nidraw metodu ġdid u għalhekk nemmen illi trid iż-żmien sabiex tadatta għal din it-transizzjoni. Ghedin kellu sistema difensiva li biha konna nsofru inqas gowls filwaqt illi Saintfiet qed jipprova jbiddel il-metodu fejn inkunu iktar avventurużi u fejn hemm bżonn nattakkaw. Tinsiex ukoll li aħna l-plejers ġejjin minn klabbs differenti fejn it-timijiet għandhom kowċis b'ideoloġiji partikolari. Meta mbagħad niġu biex nilagħbu fuq livell internazzjonali naraw logħob differenti bl-intensità li wkoll tvarja mill- kampjonat tagħna. Ix-xewqa ta' kulħadd hi li nġibu riżultati aħjar taħt dan il-kowċ. Hemm xi logħba partikolari li tibqa' tiftakar fuq livell domestiku u li baqgħet memorabbli għalik? Mhux ser immur daqshekk 'il bogħod iżda nagħżel l-aħħar logħba tal- kampjonat Premier li lgħabna kontra Gżira ftit tal-ġranet ilu u li tatna l-24 kampjonat tagħna. L-emozzjoni li nħasset f 'dik il-partita u dik li kienet qed tintlagħab fil-Hibernians Stadium bejn Balzan u Hibs kienet xi ħaġa unika. Iżda l-aktar ħaġa li nibqa' niftakar hija l-għajta tal-gowl illi kien hemm mill- partitarji tagħna għall-gowl ta' Clayton Failla fil-grawnd ta' Kordin. Huma mumenti uniċi li tibqa' tgħożżhom aktar ma jgħaddi ż-żmien. Jekk nitkellmu fuq livell ta' tim nazzjonali liema kienet l-iktar logħba li tibqa' tiftakar? Nista' ngħid illi l-isbaħ logħba tiegħi kemm ili mat-tim nazzjonali kien hemm lgħabna kontra l-Italja fl- Istejdjum Nazzjonali. Dakinhar huma kienu rebħulna 2-0 fejn kien skorja doppjetta Mario Balotelli. Niftakar li dakinhar xogħli kien li nimmarka lil El Sharaawy u nista' ngħidlek illi xejn ma kienet faċli nagħmel dan minħabba l-ħeffa li għandu dan il-plejer. Minkejja t-telfa, kellna wirja tajba u għalija li tilgħab kontra avversarji bħal dawk kien ta' unur kbir. Logħba oħra li nista' nsemmi hi kontra l-Ingilterra f 'Wembley Stadium, post li huwa kkunsidrat bħala t-tempju tal-futbol u fejn tħoss ċertu eċitament meta tilgħab hemmhekk. Hawn ċertu nies illi jgħidu li l-futbol Malti huwa marid minħabba xi allegazzjonijiet li hemm xi logħbiet irranġati u minħabba każijiet ta' korruzzjoni illi feġġew dan l-aħħar. X'taħseb int? In-nies tgħid ħafna affarijiet. Li kieku jien kelli nemmen kulma jintqal, jaqbilli noqgħod id-dar u ma noħroġx minn hemm. Jekk noqogħdu sejrin hekk anke l-Italja feġġew skandli ta' korruzzjoni ferm aktar gravi minn dawk allegati f 'Malta. Sfortunatament dejjem ser issib it-tuffieħa mħassra qalb xi siġra tal-frott. Wara kollox kull kampjonat għandu t-tajjeb u l-ħażin tiegħu. Imma ma tistax taqta' linja u tgħid li l-futbol Malti kollu marid. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lill- partitarji Beltin u lil dawk kollha li segwewkom f 'dan l-istaġun. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill- familja tiegħi li kienu miegħu f 'kull ħin u f 'kull mument fejn segwewni ħafna. Nixtieq niżżiħajr lill-president, kumitat u lil dawk li ħadmu wara l-kwinti. Fl-aħħar u mhux l-inqas lill-partitarji li kienu dejjem warajna f 'dawn il- mumenti tant eċitanti. tal-kampjonat tibqa' l-isbaħ waħda fil-karriera tiegħi' Huwa l-Captain taċ-Champions il-ġodda tal- futbol Malti, Valletta FC. Kien xprun ewlieni biex il-Beltin jirbħu l-24 titlu -istorja glorjuża tagħhom. Qabel ingħaqad ma' Valletta,kien jilgħab ma' Pietà Hotspurs u Hibernians. Huwa plejer ferm importanti tat-tim nazzjonali Malti. Ryan Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018